L-Emigranti Frustrati
2 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar mercoledì, marzo 01, 2006 at 11:44 AM."Frustranti wisq li jekk tivvota lill-ohrajn xorta ma jigri xejn u jekk tivvota lit-tielet hemm cans jigri xi haga imma m'ghandomx cans jispiccaw il-parlament hlief f'xi gita turistika. Frustranti wisq li l-unika mod biex tbiddel l-affarijiet huwa li tippakkja u tmur x'imkien fejn jahdmu l-affarijiet." - Gybexi (ga ikkwotat f'xi blog iehor imma insejt fejn qrajtha! - sibtha Grazzi Rod)
Il-gybexi hadha bi kbira. U bir-ragun. Meta' tmur lura lejn l-art imwieghda, lejn l-art li tobzoqlok u tghajrek ghax "X'minghalik ha ssib hemm barra? Ma tajnikx bizzejjed hawn? Sejjer tahleb l-Ewropa hux?" qisu l-istonku ma joqghodx kwiet. Tibda tiddardar tiltaqa' man-nies li tant xtaqt tara qabel ma wasalt. Ghax trid toqghod attent u tigdem ilsienek u xejn tmaqdar. Ma jmurx ghal xi mument jahsbu li tlaqt minn Malta ghax ma toghgbokx.
Kif tispjegalhom hux? Ilbierah kelli mistiedna ghall-ikel. Estona li giet tiddegusta il-pjaciri Lussemburgizi ghal hames xhur bhala gurista-lingwisa (ghax taf int, l-avukati jifhmu fil-lettere ukoll ohrog il-ghageb). Staghgbet mhux ftit xhin ghidtilha li ghandi hawn mill-inqas hames snin ohra. Donna ma riditx temmen li tlaqt mill-gzira genna bhal dik u gejt nghix fil-mizerja bajda-silg Lussemburgiza. U sa certu punt nifimha.
Ghax xhin tasal fil-punt fejn tinsa r-riha tal-melh tal-bahar jew il-hoss tar-rih ivenven li jgorr dik ir-riha sa' l-inqas hofra, is-saudade tkun lahqet limiti insopportabbli. X'hin tmur tibbukkja safra ghal-Cuba u fost il-lukandi utopici fil-brochure issib il-Westin Dragonara (Paceville) u Hilton (Paceville) u Intercontinental (Paceville) ghal mument tghid x'izzikk sejjer naghmel Havana meta l-Havana qieghdha d-dar (no pun intended)?
Id-distanza tnessi. Imnalla tkun ix-xorti l-hazina tal-Gybexi li tghinek terga' tiffoka. Ghax lill-Estona jien spegatilha li kont kuntentissimu Malta. Xoghol l-Universita' - akkademiku nghallem id-dritt Ewropew, xoghol freelance naghti pariri legali lill-avukati li kellhom wisq x'jaghmlu u ma kellhomx hin jaggornaw ruhhom ma din il-ligi gdida (u b'hekk nevita il-kuntatt mishut mal-klijent), u xemx, bahar u Paceville. Xi trid iktar? Imma ma l-ewwel nifs ta' arja gdida, ma l-ewwel cans li nahrab mill-gheluq tal-hsieb, mill-klawstrofobja politika u mill-limiti izolani tirt bhall -ghasfur li sab il-bieb tal-gagga miftuha bla hsieb.
Dak il-hin ma tahsibiex darbtejn. Bhall Gybexi kont staqsejt ukoll: Jien x'nista naghmel? halt fil-politika imma hlief timbri u klassifikazzjoni ma ssibx. Hadd ma jaccetta li m'ghandekx gheruq hlief dawk li jridu jtejbu d-dinja ta madwarek. Il-lejberisti jittimbrawni nazzjonalist, in-nazzjonalisti traditur u l-alternattivisti dejjem iharsulek naqra bl-ikrah ma tmurx tehdilhom it-tarbija minn idejhom. Ghax sellunek malajr ikissruh ma tmurx toghla iktar minnhom. Allura x'taghmel gybex? Titlaq hux. Titlaq tfittex it-twegiba forsi la tigi lura tista tghin ahjar. Ghax minghalik li meta tigi lura tista tinvesti din l-esperjenza biex tghin lil haddiehor.
Imma sentejn wara li tlaqt nibda ninduna li hadd ma talbek tghinu. Hadd ma jimpurtah. Kullhadd jigi jitnejjek. Vot blu jew ahmar jew ahdar vi jew va. Waslna fil-punt ta' si salvi chi puo. U dawk l-erba bastids li telqu lejn l-Ewropa jistghu jibqghu hemm jerdghu il-baqra l-hoxna. Gej biz-zikk ta' docklands light railway. Min hsibt li int? Allura nibqa' ftit iehor... nipprova ngharrex kif tista tkun kostruttiv minghajr ma tigi interpretat bhala xi tgheddida gdida. Kulltant nara xaqq ta dawl imma m'ghadnix daqshekk pozittiv.
Nistenna hawn sakemm il-passaport tieghi jsir l-ahhar ness ma dak li tant hu ghal qalbi. U forsi la nirtira immur lura nghix go dar bil-parapett o Marsalforn. U jekk xi hadd jistaqsini kif inhi l-Ewropa, jekk hux ghaqli li titlaq kollox u ttir s'issa naf ki inwiegbu....
"X'qed tistenna? X-xarabank biex tehdok?"
Imbaghad nerhila ghal ghand Peppu Ghezza (Neptunes ghal pagani) u nixroblok Kinnie, nomghod it-Twistees (preferibilment bit-tmeclieq inkluz) u inhares lejn il-bahar filwaqt li niftakar d-dwejjaq silg Lussemburgiz u niftakar iz-zmien meta kont emigrant frustrat.
"ga ikkwotat f'xi blog iehor imma insejt fejn qrajtha!"
Ħa nfakkrek jien fejn qrajtha: http://rodmallia.blogspot.com/2006/02/frustrazzjoni.html
Idem dwar il-frustrazzjoni (u jien għadni ma tlaqtx...)
Istra, din it-tieni darba li rajt il-kelma essaċċ/essaġġ (ċjoè 'as such') miktuba bil-Malti. Mela veru li daħlet...
Jacques, Kinnie u Twistees diġà qed jogħġobni aktar minn J'Accuse. Għalija dan mhuwiex xi 'spin-off' (u nassumi li mhux għalik lanqas).
Jekk tridni niskannjalek pakkett Twistees ibgħat għidli.