kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Mojito


Gejna lura. Ghadni affaxinat daqs tifel zghir li qed jiskopri d-dinja ghall-ewwel darba. Kienet l-ewwel darba li tlaqt il-boghod mill-kontinent il-qadim. Iz-zjara go Djerba ma tghoddx. Hemmhekk il-Maghreb ghalija parti mill-Ewropa li tghodd. L-Ewropa ta' l-Imperu Ruman biex nifthiemu - dak li kien jieqaf fejn jieqfu l-ghenba uz-zebbuga. Did-darba mort lil'hinn u ghall-ewwel darba kelli nibdel sew is-siegha. Sahansitra jien u gej l'ura l-ewwel mort Cancun fejn ergajt iggwadanjajt siegha. Tlaqt minn Varadero, Cuba fit-tlieta u nofs u wasalt Cancun fil-Messiku fit-tlieta u nofs. Wara waqfa ta' xi siegha fejn stajt anki niggosta l-ikel prelibat Messikan maghmul minghajr qamh u b'hafna Mais ergajna tlajna fuq l-ajruplan li telaq fil-hamsa u nofs u ta' wara nofsinhar u ghamel disgha sieghat u nofs vjagg u wasal Brussel fl-ghaxra ta' filghodu.

Il-gisem thawwad. Bejn ghax titlaq fi shana u qtar ta' xita kubana, tghaddi minn shana Messikana tnixxef il-funtani, titla tul il-kosta orjentali tal-Amerka fuq Tampa, Miami, Raleigh u Boston sa ma tasal sal-ishab presidenzjali ta' Washington... tghaddi imbaghad lejn Halifax li ma hux pitazz imma belt gol Kanada... imbaghad taqsam ocean f'dak li minghalik hu lejl u tohrog bla hiseb minn gol-bahar shab li hemm fuq il-kontinent u qabel ma taf x'laqtek tasal Brussel fix-xita u tnax il-grad celsju.

Twegga il-qalb in-nuqqas ta' riha ta bahar. Tasam ir-ruh in-nuqqas ta' xemx sajfija u laghba. Ittellef in-nuqqas ta' arja friska. U imbaghad jiddeffes il-hin u l-gisem jinqabad f'tilt. Issuq dawk is-saghtejn lejn id-Dukat qisek zombie. Laqqas idea ta' kif ghaddew jew ta kif ma bqajtx diehel go hajt wara iktar minn ghoxrin siegha imqajjem. U tasal sfinit u trid taggusta ruhek ghal jiem li gejjin.

Dawn il-jumejn ghaddew qishom mojito. Tahlita tal-hlewwa taz-zokkor tal-kanna kubana bil-qrusija tal-angostura is-sahha tar-ron (rum) u l-pjacir melliesi fuq l-ilsien ta' qatgha minta. Ihalluk stordut imma kuntent mill-esperjenza li ghaddejt minnha.

Issa nibdew fazi ohra. Lesti ghall-kinnnie u t-twistees.

Safar

U ejja ha mmorru. Il-bagalja lesta (kwazi), u l-ikrah ghadda. Issa imiss il-vjagg. Nitilqu illejla ghal Brussel u ghada filghodu nitilqu lejn il-gzira fejn il-kommunizmu kitsch jiddomina u n-nies jghixu f'mizerja kitsch u ghandhom bajjiet mill-isbah. Kinnie & Twistees se jkollu jiehu pawza ta' gimaghtejn mill-inqas. Nigu lura lejn l-ahhar t'April forsi bi stejjer dwar gzira ohra maqtugha mir-realta' tad-dinja minhabba mexxejja b'mohhom maghluq u insulari.

Ir-ritratti mustaccuti intoghgbu. Ghax tad-dahk u kitsch. U jien inhobb nidhak bijja innifsi. Inkella kif nista' nidhak b'haddiehor? Insomma ha mmur nixtri l-ahhar truf tal-ippakkjar imbaghad inhallikom b'hafna salaam u wens. Niltaqghu lejn Mejju - ix-xahar tal-Madonna u tal-haddiema. Forsi sakemm nigi lura ikun hemm tlett gvernijiet godda - Peru, Ungerija u Italja. Dan tal-ahhar ghadu miftuh berah. Jien xtaqt rebha tal-Polo pero' b'Fini bhala leader u Berlusconi iwarrab. Ma nahsibx li xewqti tinqata' u nahseb li l-Unione se jkollhom hajja difficli jippruvaw jiggvernaw bil-kalejdoskopju kompromessi li ipprezentaw. Insomma, kuntent li m'inix Taljan bhalissa. Ghax daqsna gwappi.

Hallejtkom ghax inkella nibda inparla u ma nispiccax. Biex tghaddu il-hin hawn huma l-kliem tal-kanzunetta tal-Caparezza - Gli Insetti del Podere

Gli Insetti del Podere - Caparezza

Il ragno sa bene che si va al podere con schede firmate da prede incollate alle tele,
ci sa fare, la vespa gli concede l'alveare: "Abbiate fede, le cose stanno per cambiare",
vaneggia, vive in una reggia e cicaleggia ad oltranza comizi della sostanza di una scoreggia, mostra cimici, cita saggi e si pavoneggia, noi scarafaggi all'oscuro di ciò che maneggia,
si ribella la formica rossa che rissa, con la nera che la manganella quando passa,
come un fuco la sbattono in cella se scassa, specie se ha la cresta e non l'abbassa,
la mosca verde, ebbra di merde, si perde spesso tra le stronzate del congresso,
scarica le mosche tze tze nel cesso che nessuno può stare nel soggiorno senza permesso.

Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel sedere.
Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel...

Del podere sono insetti inetti per molti aspetti asettici manicaretti per i rettili,
chiusi in parlamenti come tarli nei cassetti, talmente assenti che li prendi per suppellettili, hanno vite piatte come blatte, piattole nelle patte di notti con lucciole nelle bettole,
sparano sciami di frottole, ma nascondono le pallottole come zecche tra le setole.
Come i coleotteri fanno i brillanti, seducono amanti mantidi con manti di diamanti,
e i grilli, lucidi cantanti d'idilli, ammutoliti da insetticidi epuranti di bruchi benestanti,
che pagano crisalidi per ali di farfalla, ma restano ripugnanti.
Alibi da libellule stagnanti che andando avanti fanno più ammutinati che nel Bounty.

Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel sedere.
Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel...

Edizione straordinaria del podere della seraaaa...
Vedova nera piange per l'ape guerriera, licenziata in tronco la termite si dispera,
millepiedi danno calci in culo alla frontiera, l'acaro ride perchè il mondo è una polveriera.
La fanfara anticipa il corteo eccitato come una zanzara con il neon,
imbizzarriti come tafani su cavalli da rodeo volano paroloni che nemmeno a Scarabeo.
E lui "Marameo!", non li ha cagati, pensa al suo team di coccinelle che eccelle nei risultati,
certi grattacapi noiosi li affida a pidocchiosi avvocati che ragni dal buco ne hanno cavati,
quindi c'è chi lo vuole sottoterra lombrico, chi gli piazzerebbe un bombo sull'ombelico,
chi come una lumaca se lo suca e si accontenta di dargli una cavallettata sulla nuca!

Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel sedere.
Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a vedere, tutto normale ti sono entrati nel...
Vieni a vedere su vieni a vedere i meravigliosi insetti del podere e se ti chini,
ma non riesci a...
tutto normale ti sono entrati nel...
Ma vaffanc...

Thejjija Ghas-Safar

Tmiem il-gimgha shiha ikolli bzonn. Mentalment indum iktar minn gimaghtejn imma l-ippakkjar ta' veru jibda' xi tlett ijiem qabel il-vjagg. Tant iktar jekk il-vjagg se jkun ta' gimaghtejn gewwa post li skond is-sorsi ma huwiex wiehed fejn tghid... u ijja filkaz nixtri minn hemm. Ghax il-Kuba ta' Castro affaxxinanti imma anki taf tkun daqqa ta' harta wara l-Lussuburgu. Allura l-paranoia kollha ta' vjaggatur tolqotni bhal tsunami u nintilef fic-cucati. Naghmel elf lista ta affarjiet li ma rridx ninsa warajja. U nitlifhom.

U issa biex qed nikteb dan il-post qed ndum seklu ghax gej u sejjer. Allura ahjar nieqaf hawn u nkompli wara. X'hin forsi inkun ghalaqt il-bagalja. Sadattant gawdu r-riratt tieghi bil-mustacci rivoluzzjonarju. Skond ix-Xifer qisni Gomez tal-familja Adams. M'ghandux tort sa' l-ahhar. Hu x'inhu Melanie m'ghogobha xejn u kelli inqaxxru. Iktar ritratt jinsabu fuq is-sit tieghi fuq mac.com.

Il-Ponta ta' Santa Marija

Image hosting by Photobucket

Cempilt 'l ommi u qaltli li Ghawdex kien genna ta' l-art il-weekend li ghadda. Jidher li waslet is-shana tal-Ghid u li t-temperatura qed tilhaq it-tletin. Qaltli li marret passiggjata Marsalforn u spiccat fl-inhawi tal-breakwater - maghruf fost l-Ghawdxin bhala il-Ponta ta' Santa Marija. Fi tfuliti konna immorru innemsu lin-nisa jghumu biz-zejziet barra taht is-sinjal bil-kitba "Warning: Topless Bathing Not Allowed". Jidher li tant hi shana li z-zghazagh ga qed jghumu gol-bahar li kull ma jonqsu kien li jibghat stedina personalizzata lil kull min kellu x-xorti li jhares lejh (skond ommi).

Il-Ponta kienet t-tarf tad-dominju taghna t-tfal fil-loghob ta' kuljum sajfi. Stajna immorru kullimkien bejn il-Ponta u l-hajt tal-Menqa. Lil hinn mill-Ponta u l-hajt kien hemm iz-zina u l-ghera. Naha minnhom taht il-hajt tal-breakwater u n-naha l-ohra gewwa Ghar Qawqla. U l-leggendi ta' Marsalforn jinnarraw li lil'hinn mill-Qbajjar u lejn Ghar Qawqla kienu joperaw is-setet. Tal-Black Mass biex niftiehmu. U kien ghalhekk li Dun Marjan kien jigbor iz-zghazagh darba jew tnejn fis-sajf taht il-hajt tal-Breakwater u jiccelebra Rock Mass f'nofs il-lejl b'tanto di bonfire jakkumpanja l-messa Divina. Rock vs Black u kollox idur madwar il-limiti u t-truf tas-socjetà balneari sajfija ta' Marsalforn.

Tiskanta li t-turisti (il-barranin) kienu qishom jifhmu u ma nafx kif kienu isibu rwiehhom lil-hinn mill-ponta meta kellhom ix-xewqa li jaharqu sa' l-inqas bizla. Il-limiti lokali kienu jitnaqqxu fil-mohh barrani minghajr ma kienu miktuba imkien. L-Inglizi u l-Francizi kienu igorru x-xugaman sa' wara l-breakwater qabel ma jinzghu nofs it-two-piece (l-imxajtan two-piece) u jikxfu par gmielhom. Qishom jafu bir-regola m'hix miktuba. Qisu xi haga tghidlek li mhux ta' min tintefa' fuq il-blokki, jew fuq ic-caghak, jew fuq il-paletta minghajr l-ghata necessarju li jirrispetta il-pudur.

Koz. Imbaghad tigi Lussemburgu. U tmur tghum go ghadira (lake) biex forsi tissimula l-idea ta' ghuma. U fi sforz li ssib post fejn tqieghed ix-xugaman tibda ddur ma' tarf l-ghadira. U wara biss mitt metru tibda tinduna li l-ghera hija iktar frekwenti. U mhux qed nitkellem dwar topless nebbiexi imma ghera sufija tal-libsa tal-maghmudija. U l-qniepen ta' twissija idoqqu l-moti ta' Dun Marjan gol-breakwater ta' mohhok u tipprova tifhem kif stajt kont taf. Minghajr ma trid issib ruhek f'nofs ghawm nudist u l-pass jirdoppja ghax huwa tqil bil-memorji ta' ritratti mentali misruqa minn wara l-breakwater bil-misthija u l-biza li jew Dun Marjan jew l-ma ser isiru jafu. Bil-biza li qbizt ix-xifer accettat u permess mis-socjetà u li issa tlaqt ghal rasek.

Sakemm tasal fit-tarf tal-wesgha nudista u sserrah rasek. U titfa' x-xugaman qalb il-haxix u tinzel fit-tajn moqziez filwaqt li qed tipprova timmaginah ramel u tghum gol-ilma stramb tal-ghadira.

Kulltant tirringrazzja l'Alla li kbirt fil-kenn tal-breakwater. Kulltant iehor tinkwieta li dak il-kenn kien ftit zejjed u tirringrazzja l'Alla li tlaqt qabel ma stkennejt wisq u bqajt maghluq... bejn Breakwater u Menqa.

sahhiet



Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.