kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Il-Ponta ta' Santa Marija

Image hosting by Photobucket

Cempilt 'l ommi u qaltli li Ghawdex kien genna ta' l-art il-weekend li ghadda. Jidher li waslet is-shana tal-Ghid u li t-temperatura qed tilhaq it-tletin. Qaltli li marret passiggjata Marsalforn u spiccat fl-inhawi tal-breakwater - maghruf fost l-Ghawdxin bhala il-Ponta ta' Santa Marija. Fi tfuliti konna immorru innemsu lin-nisa jghumu biz-zejziet barra taht is-sinjal bil-kitba "Warning: Topless Bathing Not Allowed". Jidher li tant hi shana li z-zghazagh ga qed jghumu gol-bahar li kull ma jonqsu kien li jibghat stedina personalizzata lil kull min kellu x-xorti li jhares lejh (skond ommi).

Il-Ponta kienet t-tarf tad-dominju taghna t-tfal fil-loghob ta' kuljum sajfi. Stajna immorru kullimkien bejn il-Ponta u l-hajt tal-Menqa. Lil hinn mill-Ponta u l-hajt kien hemm iz-zina u l-ghera. Naha minnhom taht il-hajt tal-breakwater u n-naha l-ohra gewwa Ghar Qawqla. U l-leggendi ta' Marsalforn jinnarraw li lil'hinn mill-Qbajjar u lejn Ghar Qawqla kienu joperaw is-setet. Tal-Black Mass biex niftiehmu. U kien ghalhekk li Dun Marjan kien jigbor iz-zghazagh darba jew tnejn fis-sajf taht il-hajt tal-Breakwater u jiccelebra Rock Mass f'nofs il-lejl b'tanto di bonfire jakkumpanja l-messa Divina. Rock vs Black u kollox idur madwar il-limiti u t-truf tas-socjetà balneari sajfija ta' Marsalforn.

Tiskanta li t-turisti (il-barranin) kienu qishom jifhmu u ma nafx kif kienu isibu rwiehhom lil-hinn mill-ponta meta kellhom ix-xewqa li jaharqu sa' l-inqas bizla. Il-limiti lokali kienu jitnaqqxu fil-mohh barrani minghajr ma kienu miktuba imkien. L-Inglizi u l-Francizi kienu igorru x-xugaman sa' wara l-breakwater qabel ma jinzghu nofs it-two-piece (l-imxajtan two-piece) u jikxfu par gmielhom. Qishom jafu bir-regola m'hix miktuba. Qisu xi haga tghidlek li mhux ta' min tintefa' fuq il-blokki, jew fuq ic-caghak, jew fuq il-paletta minghajr l-ghata necessarju li jirrispetta il-pudur.

Koz. Imbaghad tigi Lussemburgu. U tmur tghum go ghadira (lake) biex forsi tissimula l-idea ta' ghuma. U fi sforz li ssib post fejn tqieghed ix-xugaman tibda ddur ma' tarf l-ghadira. U wara biss mitt metru tibda tinduna li l-ghera hija iktar frekwenti. U mhux qed nitkellem dwar topless nebbiexi imma ghera sufija tal-libsa tal-maghmudija. U l-qniepen ta' twissija idoqqu l-moti ta' Dun Marjan gol-breakwater ta' mohhok u tipprova tifhem kif stajt kont taf. Minghajr ma trid issib ruhek f'nofs ghawm nudist u l-pass jirdoppja ghax huwa tqil bil-memorji ta' ritratti mentali misruqa minn wara l-breakwater bil-misthija u l-biza li jew Dun Marjan jew l-ma ser isiru jafu. Bil-biza li qbizt ix-xifer accettat u permess mis-socjetà u li issa tlaqt ghal rasek.

Sakemm tasal fit-tarf tal-wesgha nudista u sserrah rasek. U titfa' x-xugaman qalb il-haxix u tinzel fit-tajn moqziez filwaqt li qed tipprova timmaginah ramel u tghum gol-ilma stramb tal-ghadira.

Kulltant tirringrazzja l'Alla li kbirt fil-kenn tal-breakwater. Kulltant iehor tinkwieta li dak il-kenn kien ftit zejjed u tirringrazzja l'Alla li tlaqt qabel ma stkennejt wisq u bqajt maghluq... bejn Breakwater u Menqa.

sahhiet

1 Twegibiet ghal “Il-Ponta ta' Santa Marija”

  1. # Blogger Pierre J. Mejlak

    Kultant tirringrazzja l'Alla li kbirt fil-kenn tal-breakwater. Kultant iehor tinkwieta li dak il-kenn kien ftit zejjed u tirringrazzja l'Alla li tlaqt qabel ma stkennejt wisq u bqajt maghluq... bejn Breakwater u Menqa

    Ghogbitni, Jacques. Ghalkemm ma tantx inhalli messaggi, naqrah dan il-blogg u niehu gost bih.

    Intant, illum sirt membru tal-familja Alfa :)  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.