kinnie & twistees

prodott ghawdxi


L-Eklissi


"Luxembourg will witness a total eclipse of the sun today, Wednesday 29 March, at around 12:53. All we want is a break in the clouds............"

Xi gharef go Lussemburgu ghogbu jwebbel lin-nies. Qallhom li illum, lejn is-siegha, ikunu jistghu jaraw l-eklissi tax-xemx. Imla rasek xbin. Illum it-temp kien dak li wiehed jistenna mid-Dukat. Imsahhab. Waqtiet xemxin kellna, imma issa... lejn it-tlieta. Mill-bqija l-uniku eklissi kien dak ta' mohhi li ilu ghajjien minn tmiem il-gimgha u qajla nista' inhaddmu ghal qattra xoghol. Ma nafx Malta x'rajtu imma hawnhekk hlief shab ta' xita ma kienx hawn. Forsi kien dik in-naqa imdallam iktar mis-soltu imma ma kontx tista' tghid jekk hux grazzi ghall-offuskament lunari jew ghall-intervent solitu tal-cumulo nimbus letzbergiz.
U ghal min ilu jifrah li Sting se jdoqq Malta, nghidilkom li se jdoqqilna hawn ukoll... f'Esch sur Alzette - nhar it-tlettax ta' Lulju.
Nispera ma taghmilx xita' dakinhar.

4 Twegibiet ghal “L-Eklissi”

  1. # Blogger Roderick Mallia

    Ix-xemx ma tgħattietx kollha - parti żgħira wisq għall-ħabta ta' xi 1pm. Mill-bqija xejn spettakolari.  

  2. # Blogger Roderick Mallia

    Korrezzjoni: ridt ngħid biss mhux wisq  

  3. # Blogger Antoine Cassar

    Hekk hu, hawnhekk kellna eklissi ta' xi 68%. Jien rajtha minn fuq il-bejt, lewn is-sema daqsxejn daqsxejn aktar intens, imma kif qal Rod, xejn spettakolari. Kont se ninżel Ħaġar Qim għax mid-dehra armaw xi teleskopji, imma fl-aħħar ma mortx.

    L-eklissijiet ta' veru jafu jkunu mumenti mistiċi... jekk jirnexxielek tarahom. Meta saret l-eklissi ta' Awissu 2001 jien kont fin-naħa ta' fuq ta' l-Ingilterra, u aqta' x'temp kellna dakinhar...  

  4. # Blogger Roderick Mallia

    Min jaf x'xena apokalittika kien hemm Twan...  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.