kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Ful bil-Kosksu


Ingredjenti
100gr basal ahdar
tewma hadra
3 tadamiet friski
250ml ilma
kilo ful
200gr pizelli friska
litru u nofs mishun jaghli
100gr kosksu
4 gbejniet friski

Metodu
1. Qaxxar il-ful. Go borma itfa' l-basal, it-tewm, it-tadam u l-ilma.
2. Tektithom fuq nar bati. Itfa' l-mishun jaghli fil-borma mat-tahlita tal-basal u zid l-ingredjenti l-ohra minbarra l-kosksu u l-gbejniet.
3. Hawwad bl-imgharfa u halli t-tahlita terga tiftah taghli.
4. Aghtti l-borma u kompli sajjar ghal 20 minuta ohra. Kif isir il-haxix, zid il-kosksu u hawwad sew. Kompli sajjar.
5. Itfa' l-gbejniet u kompli sajjar ghal 10 minuti ohra.
6. Aqleb u itma'. Tazza Kinnie tmur tajjeb bhala akkompaniment.

RICETTA SPUDORATAMENT MISRUQA (BL-GHELTIJIET B'KOLLOX IZDA MHUX NUMRU SITTA) MINN DI-VE (Kitchenette).

ritratt: Fula maqsuma (proprjament il-mizwed maqsum)

4 Twegibiet ghal “Ful bil-Kosksu”

  1. # Blogger Antoine Cassar

    Kumbinazzjoni, għadni kemm kilt l-istess ħaġa. Il-ful mill-għalqa tagħna, u nannti ssajjru tajjeb ħafna. Ħasra li ma nistax nieħu sigarett wara li nkun kilt platt tajjeb... mejjet biex inpejjep wieħed imma l-bieraħ minkejja l-għadab erġajt ksirt ir-rekord: 14-il jum mingħajr sigarett...  

  2. # Blogger Roderick Mallia

    Proset Twan! Ibqa' sejjer hekk.  

  3. # Blogger Antoine Cassar

    Grazzi Rod. 17-il jum issa, daqt nitlef il-kont!  

  4. # Blogger Jacques René Zammit

    Twan, meta' tieqaf tghodd tkun vera qtajthom. Jien qtajthom l-ghada ta' Milan - Liverpool u daqt naghlaq sena.  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.