Il-bierah morna sal-park. Konna xi tmienja kollox. Bhal bqija ta' Lussemburgu ma stajniex nirrezistu ghall-ewwel jum mimlija xemx u minghajr shaba wahda fis-sema. Il-Parc de Merl kien imbullat nies. Generalment familji bit-tfal li japprofittaw min-numru kbir ta' loghob li hemm biex jehdew it-trabi. Hemm minn kollox - ramel biex tilghab futbol, ramel biex tilghab futbol, zriezaq, imwejjed tat-table tennis, basketball, u anki perkors gdid ma nafx x'taqba tghidlu ima qisu xi haga li juzaw il-militar ghat-training (imma adattat ghat-tfal). Insomma qisu t-Ta'Qali tan-nouveau riches.
Id-differenza hi li f'ta' Qali kull ma konna insibu kienet wesgha kbira haxix. Il-pa jipparkjalek il-karozza vicin kemm jista' jkun imbaghad tlaqna ha naraw xi hbieb godda se naghmlu illum. Jekk ghandek ballun bully ghax kemm tintefa' taghti daqtjn u malajr jizbukkaw mix-xejn ghaxart itfal ohra u tghaqqdu loghba. Lasti mobbli li jinkwadraw l-iktar bicca art prezentabbli minn fost il-hofor u pjanti ostici li jiddecideu jikbru f'nofs bicca perfetta u ma taqlaghhom xejn ghax ghandhom gheruq iktar sodi mill-iktar diehard partiggjan.
Erhilna nilaghbu. Limiti kien hemm tnejn. Jew li jispicca Tutto il Calcio jew li taghmel ix-xita. Fiz-zewg kazi ma kontx tkun int li tinduna. Int kont tkun f'sakra ta' tajn u hamriija u grif li ma jwegghax sakemm ma tqumx l-ghada ghall-iskola. Le, kien ikun il-papa lib'tisfira li tirbombja mal-erba' kantunieri tal-wesgha kien jissenjala t-tmiem tal-ostilita' (kif jghidu fuq it-tv taljan). Imbaghad hafna "Caw" u"Niltaqghu gimgha ohra"... nofs wieghdiet ghax kollox jiddependi fuq jekk il-pa ghandux aptit. Il-pa kien imbaghad jizviluppa kapacita ta' sewqan bhal ta' Giancarlo Fisichella u konna naslu id-dar ftit minuti wara li nitilqu minn Ta' Qali - dan kollu sabiex nilhqu lil Paolo Valenti u l-gowls fuq l-uno.
Il-bierah minn dan kollu sibna t-tajn. Certi hofor fil-haxix jafu iweggghu imma ghalgrazzjatalla ma weggha hadd. Papa ma kienx hemm biex isaffrilna imma kulltant issib ruhhek thares lejn xi ftit mill-mummies li jkun hemm jiehdu hsieb it-trabi taghhom. Koz. Kemm tinbidel id-dinja hux. Fl-ahhar morna hadna gelat u coca hdejn il-speci ta' pond enormi li hemm f'nofs il-park. Ma' kellhomx Kinnie u l-anqas Twistees of course. Pero' huwa minnu li meta taghlaq nhar ta' Hadd b'dak il-mod tibda thoss dik il-kuntentizza gewwiena li r-Rebbiegha biss taf tatghtik.
Issa bdiet il-gimgha... nistennew tmiem il-gimgha ohra imbaghad naraw x'nivvintaw.
0 Twegibiet ghal “Rebbiegha Gdida”