kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Xewqat Sbieh


Zmien il-Milied... zmien ix-xiri, il-genn u l-fsied. Zmien ir-rigali ghal min kien bravu u zmien ir-rigali ghax hekk tehtieg it-tradizzjoni. Rigali mill-qalb ghat-tfal li jifthuhom b'ghajnejhom jixghelu u rigali kontra qalbna ghal dawk ghax ta' bilfors. Rigal qatt m'ghandu jkun hekk of course imma l-izball ma jibdiex mill-fatt li taghtih kontra qalbek imma mill-fatt li inholqot raguni ghalfejn jinholqu r-rigali li mhix personali. Ma xtaqtx nidhol fi spiritwalita' zejda u nqbad ma' l-argument kantaliena ta' dawk li jdejqulna l-kukuzzli jghidulna li "There is no Xmas without Christ in It" u affarijiet minn dawn.

Halliha li GK twieled "away in a manger" u jaghmlu li jistghu biex ipingulna lil Marija l-bajda u Guzeppi n-Nordiku jistkennu mill-isnow tal-Palestina. X'iktarx ikunu l-Creationists (Holqienisti?) li jezigu hsibijiet litterali dwar dak li sehh go Betlehem xi 2006 sena ilu. Allura bejni il-borra u silg Mediterranja u go speci ta' ghar/ghorfa imdawwar bil-bhejjem twieled "Gesu Bambin" (naqa' zejda din tal-"Bambin"... x'tippretendi... jitwieled Gesu Ragel? Tkun easy wisq ghan-naysayers imbaghad...). U skond it-tradizzjoni litterali gew tlett slaten Magi u tawh ir-rigali. Deheb, Frankincens u Mirra. U allura skond it-tradizzjoni issa ahna ukoll inqassmu r-rigali lil xulxin u kull ma jmur iktar importanti r-rigali mill-Baby Jesus. Intant il-pjan strategiku tal-Knisja Kattolika li tikkappara Festival iehor Pagan - bhal ma kienu dawk Rumani u Celtici ta' dawn iz-zminijiet - issa qed jisfa' fix-xejn. Bhal ma jghidu ... min jobzoq fl-arja...

Jien mill-Milied joghgbuni x-Xewqat sinciera. Il-wens mill-bard ta' barra u l-opportunita' li l-familja nukleari tiltaqa' sabiex tissielet fuq min ha jiehu l-crackling tal-hanzir. Hawnhekk gol-Lussemburgu hassejt li l-Milied iqarrbek lejn shabek. Ghax qabel ma kullhadd iparpar lejn ir-rokna tieghu sabiex jiccelebra l-Milied ikun hemm dawk ix-xewqat sbieh mixtieqa lill-xulxin. Xewqat sincieri. Xewqat li jghidu "Ciao... hu gost Malta... u narak is-Sena d-diehla".

Issa tghidu inthom mhux l-istess pajjiz sejrin. Ma jistghux jiltaqghu hemm ukoll? Difficli tifimha din. Difficli tifhem li meta inkunu Malta qajla ikollna hin ghall-hbieb li hallejna warajna u ghal familja. Allura tiltaqa' mal-Maltin ta' Lussemburgu mill-inqas. Minflok, jien u nghid ciao u nixtieq lil kullhadd il-vjagg it-tajjeb bdejt ninduna li fil-harsa ta' kullhadd tara' dak l-istess hsieb... "u iva mhux se ndumu hemm, jghaddi malajr... imbaghad nigu 'l ura u nergghu insibu lil xulxin...kif nixtiequ lkoll". Dik il-harsa li tghidlek li d-dar taghna issa hija hawn. Il-wens tal-hbieb insibuh hawn u l-genn u l-giri tal-btala hija pawza qasira sakemm nergghu lura ghar-rutina u l-gabra hbieb li issa saru familja ohra go Lussemburgu.

Insomma. Xewqat sbieh.

Stejjer ta' Nasr Eddin (IV)

Photobucket - Video and Image Hosting

Vizjonijiet

Jinghad li Nasr Eddin kien dahal jaghmel parti mill-qorti ta' Tamerlan (il-hakkiemu mexxej ta' hafna konkwisti tal-poplu Tartaru). Nasr Eddin kien jipprova jaghmilha tal-bniedem mistiku moghni b'poteri sopranaturali. L-imghallem tieghu, Tamerlan, ried provi irrifjutabbli ta' dawn il-poteri.

- Jidhirli li n-nies mistici kollha ikollhom vizjonijiet, hekk jew mhux hekk? U int?
- B'isem Allah, jwiegeb Nasr Eddin, ghandi mohhi imballata daqs qartalla bil-vizjonijiet f'kull hin u kull mument.
- Tajjeb mela, kompla Tamerlan, ghidli x'inti tara iss'issa, u jekk m'inti tara xejn naqtalek rasek dis-sekonda.
- Qed nara gwienah tan-nar ihabbtu fl-ismewwiet, qed nara tron ta' djamanti li qed jingarr minn erba ljuni tad-deheb f'post ix-xemx, qed nara xmajjar ta' halib nezlin bla waqfien mill-ishab, qed nara...
- X'vizjonijiet straordinarji! Waqqfu Tamerlan illi f'daqqa wahda kien intela' biza' u ammirazzjoni. Ja dervixx venerabbli! Ghidli kif taghmel biex tmur lil 'hinn mid-dehra tal-affarijiet mundani? Liema sforzi ghandu wiehed jaghmel sabiex ikun jista' jingarr b'tali mod sas-seba' sema?
- M'hemm l'ebda sforz, il-bizgha bizzejjed.

Stejjer ta' Nasr Eddin (III)

Photobucket - Video and Image Hosting

Djalogu fuq Xifer Xmara


Jum minnhom, Nasr Eddin iddecieda li jmur jahsel hwejjgu gewwa x-xmara. Moghni b'sapuna imdaqqsa, bl-ixkupilja u l-broxk intelaq joghrok u jaghsar daqslikieku kien hassiela.

X'hin lesta' l-hasla, firex il-hwejjeg fl-ghalqa ghax-xemx izda ix-xorti riedet li jinfethu l-ismewwiet u tibda maltempata: lozor, bicciet, qomos… kollox intela' tajn… ikollu jerga jibda mill-bidu.

L-ghada, Nasr Eddin jerga jixtri sapuna ohra u jerga jibda' x-xoghol. Kollox ta' xejn ghax fid-daqqa u fil-hin terga tizbokka maltempata ohra. U l-jum ta' wara l-istess haga.

Fir-raba' jum Nasr Eddin ghadu max-xmara jistinka, f'nofs maltempata ohra, meta jasal wiehed minn shabu:

- Hares l'hawn, jghajjat il Hoga b'hanxra daqsiex (minkejja li lanqas ma hu qieghed tlett passi l-boghod minnu), qed nuza l-gobon biex nahsel.
- U bil-gobon il-hwejjeg jitnaddfu? Jistaqsih siehbu imbellah.
- Jiena nitnejjek mill-indafa, jien irrid hwejjeg niexfa, jerga jghajjat Nasr Eddin.
- Qatt ma kont nisthajjel li l-gobon kapaci jtella' daqshekk raghwa, jwiegbu siehbu… iktar imbellah minn qabel.
- Ghalaq halqek imbecilli, qallu inkorlat Nasr Eddin.

Stejjer ta' Nasr Eddin (II)

Photobucket - Video and Image Hosting


Skutella Halib

Nasr Eddin kien mistieden ghand ragel ghani. Dan servih kolazjon halib frisk tal-igmla mill-itjeb imzewwaq bil-kannella. Meta serva il-halib l-ghani mela l-iskutella tieghu sax-xifer u dik ta' Nasr Eddin meliha biss sa' nofsha.

Kien ghalhekk li Nasr Eddin beda jdur fuq is-siggu tieghu, qisu m'ghandux kwiet go gismu, u jgharrex u jfittex madwaru.

- X'ghandek bzonn, Nasr Eddin? Kuccarina zokkor?
- Le. Serrieq. Nixtieq innehhi l-bicca ta' fuq ta' l-iskutella, ghax m'ghandix bzonna.

Stejjer ta' Nasr Eddin (I)

Photobucket - Video and Image Hosting

Hawnhekk tibda sensiela ta' traduzzjonijiet ta' stejjer qosra mehuda mir-rakkonti dwar Nasr Eddin Hoga. Nasr Eddin kien eroj leggendarju li ghex fit-Turkija fit-XIII-il seklu. Huwa maghruf fid-dinja musulmana kollha - mill-Albanija, sa Sinkiang - bhala l-inkarnazzjoni tal-irriverenza. Nitkellmu dwaru iktar tard. Hawn hi l-ewwel silta maqluba mill-ktieb "Sublime paroles et idioties de Nasr Eddin Hodja - tout Nasr Eddin ou Presque", Jean-Louis Manoury. (Phébus, libretto, 2002, ISBN: 2-85940-857-6).

***

L-Ghonja u l-Foqra

Wara nixfa ta' hafna xhur kien wasal zmien il-ghaks. Izda mhux kullhadd kien qed imut bil-guh: l-ghonja kienu hasbulu u kienu sarrew hazna ta' qamh, zejt, haxix niexef u laham.

Khadidja allura qalet lir-ragel taghha:
- Nasr Eddin, ir-rahal kollu jistmak hafna. Toqghodx hawn b'idek f'idek: mur fil-misrah, igbor lil kullhadd u ara tikkonvincix lill-ghonja jaghtu x'jieklu lill-foqra.

Nasr Eddin jahseb li ghal darba martu ghandha ragun. Jaghmel kif tghidlu u, ghaxar sieghat wara, jigi lura - wiccu jixghel bil-ferh.
- Mara, ejja nirringrazzjaw l'Allah il-Hanin!
- Ah! Mela irnexxilek?
- Ma kenitx bicca xoghol hafifa. Irnexxieli bin-nofs.
- X'jigifieri bin-nofs?
- Iva: jigifieri s'issa irnexxili nikkonvinci lill-foqra.

Milied, Fieri u Football

Photobucket - Video and Image Hosting



Il-Fiera tal-Milied
Gewwa il-Mittelewropa (jew jekk tridu l-Ewropa Nofsana fl-istess stil tal-Lvant Nofsani), il-kuncett tal-Fiera tal-Milied huwa popolarissimu. Kull belt xierqa ta' l-isem ghandha l-fiera taghha fil-pjazza principali. Dawn il-fieri ghandhom storja twila li tmur lura sal-Medju Evu u anki qabel. Il-fieri ma kienux, u m'humiex xi haga ta' zmien il-milied biss. Anzi, il-pjazez ta' dawn l-ibliet jilqghu xi suq jew iehor talanqas darba fil-gimgha. Niftakar fiz-zmien li qattajt gewwa Bruges fejn skond il-gurnata tal-gimgha kont issib is-suq tal-laham, tal-haziz u fil-kaz tal-ibliet marittimi ma setax jonqos is-suq tal-hut.

Imma fil-Milied hag'ohra. Il-pjazza tittrasforma ruhha f'festa ta' lwien u rwejjah. L-ikel lokali tal-istagun jigi ezaltat bl-isbah platti – mis-soppa tal-lentils sat-Thuringer, mit-tuffiegh karamelizzat sal-qastan, mill-faqqiegh jghum fit-tewm sad-doughnuts bic-ciras. U mhux ikel biss. L-istands tal-artiggjanat jikkompetu ghall-ispazju ma' dawk tal-ispirti li jsahhnu. Il-gluwein – l-inbid shun mimli spezji ta' kull tip – tixorbu u thoss mewga shana niezla minn go grizmejk sal-ibghad ponta ta' gismek.

Certi pjazez jippermettu ruhhom anki ghal Skating Rink tas-silg fejn kullhadd jintefa' f'verzjoni iffrizata ta' Human Bumping Cars. Il-muzika dejjem l-istess. Mill-elogji ghat-Tannenbaum sal-Heiligen Nacht – kliem denji tat-torri ta' babel izda noti li jizbqu kull fruntiera. Il-fieri jibdew lejn l-ahhar ta' Novembru u jispiccaw ftit wara l-Milied. Kemm ilni nghix gewwa l-Lussemburgu dort hafna minn dawn il-fieri. Kont ga mort dik enormi ta' Brussel lejn Santa Katerina – bellezza. Zort dik ta' Strasburgu, ta' Aachen, ta' Maastricht, ta' Amsterdam, ta' Trier u ta' Metz. Kull wahda ghandha is-sabih taghha. Kollha ghandhom dak il-feeling Dickensjan ta' "Merry Christmas to Everyone".

F'Malta ftit naraw stands fuq barra. L-atmosfera tal-Milied niftakarha dejjem mid-dwal tal-Belt u mill-giri minn Strada Rjali sa' Strada Merkanti via Strada Zekka imwahhal mac-cintorin t'ommi. Bejn bikja u ohra kien ikun haqqek xi gugarell (kif jiktbu fit-Taghna t-Tfal) u forsi forsi ritratt fuq hogor xi Santa Klaus (qatt ma kont nghidlu Krissmiss Fader) deformat li ikun ilu jippoza bi tfal ingrati gurnata shiha. Ghad ghandi wiehed x'imkien tieghi fuq hogor Santa Klaus stramb. Ma nidirx kuntent. Imma heqq party mit-tradition.

Ghal hafna zmien ir-rigal tieghi kont nixtrih minn ghand tal-Orjenti. Ma setax jissemma ahjar. Il-bazaar tal-Orjenti fit-Tigrija ir-Rabat kien ikun il-holma ta' kull tifel u tifla Ghawdxin. Minn jaf kemm il-board game hareg minn hemm grazzi ghall-last wishes ta' Jacques ckejken. Niftakar ukoll li l-ghada tal-Milied (jekk mhux is-27) konna immorru bir-rigali li kellhom xi haga nieqsa u niltaqghu mal-migghema sfortunati li kellhom jaqghu ghall-proverbjali "mill-Milied sa' San Stiefnu".


Photobucket - Video and Image Hosting



Football u Fieri Ewopej
U fl-ahhar dwar il-fieri. Kontu tafu li t-tazza antenata tat-Tazza UEFA fil-football hija proprja tazza li kienet organizzata bejn il-bliet tal-Ewropa Nofsana li kellhom fiera famuza? Il-Coppa delle Fiere bdiet biex tippromwovi Trade Fairs Internazzjonali u setghu jippartecipaw biss clubs ta' Bliet li kienu jorganizzaw tali Fieri. Meta inholqot it-Tazza UEFA fl-1971 intlaghbet loghba bejn l-iktar zewg timijiet li rebhu it-Tazza tal-Fieri sabiex jiddeciedu minn se jzommha ghal dejjem. Din il-Finali intrebhet mill-Barcellona illi ghelbu il-Leeds Utd 2-1.

L-ewwel tim Malti li laghab fit-Tazza tal-Fieri kien il-Hibernians Paola FC li ippartecipa fl-istagun 68/69 u tilef 7-0 aggregate kontra il-Griegi tal-Aris (Saloniki). Is-sena ta' wara kien imiss lill-Floriana jitilfu bl-istess margini kontra Dinamo Bacau (Rumanija). Fl-ahhar sena tat-tazza ir-rapprezentanti Maltin kienu Sliema Wanderers illi tilfu 10-2 aggregate kontra AB tad-Danimarka.



Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.