kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Il-Mewt

"Ara gej il-mewt ghalik biex jaqlik...."

Il-folklor Malti, bhall-folklor ta' kull pajjiz iehor, huwa mizghud bi stejjer u tradizzjonijiet dwar il-mewt. L-istorja ta' pajjizna tibda' bic-celebrazzjoni ta' bosta riti - tlugh ix-xemx, l-equinox (ekwinoss?), il-hajja, ir-rebbiegha u l-mewt. L-ewwel bnedmin li grew fuq kull art ftit damu biex gharfu ic-cirku tal-hajja u l-mewt - it-twelid fir-rebbiegha sal-mewt fix-xitwa u l-qawmien fir-rebbiegha ta' wara. Il-kult tal-hajja u mewt ma bediex mal-insara izda beda' hafna qabel.

Mingel il-mewt jidher kuljum fl-ahbarijiet li jhabbru mwiet madwar d-dinja u iktar qrib taghna. Izda lilna ma jolqotniex skond id-distanza geografika imma skond kemm hu qribna dak li jkun ghadda lejn id-dinja l-ohra. Huwa f'dak il-mument li nieqfu nirreflettu dwar il-mewt u x'se jigri wara. Jekk ghadux qed ihares lejna dak li ghadu kif hallina. Jekk hemmx hajja ohra wara din. Jekk il-qraba li telqu qablu kienux hemm jilqugh meta wasal.

U t-tradizzjonijiet ifuru madwar id-dinja - l-Egizzjani li qaflu l-mejjet flimkien mal-possessjonijiet tieghu, il-Vikingi li difnuh flimkien mal-armi u beni tieghu ghal godiment futur gewwwa Valhalla (mal-Valkiri), l-Jannissarju li kien jissielet bit-tama li hu ukoll imur fl-ewwel genna fejn isib il-harem ta' nisa lesti jtaffulu kull dieqa (imma hadd qatt ma saqsa lil dawn in-nisa jekk ridux ikunu parti mill-istess destin?), in-Nisrani li jemmen li niltaqghu kollha gewwa l-Wied ta' Josaphat sabiex tinqata' x-xorti taghna, u l-flus li jitqieghdu fuq ghajnejn il-mejjet f'hafna kulturi sabiex ikollu biex ihallas il-passagg ghad-dinja l-ohra. Kurjuza li mal-mewt tal-persuna inkunu irridu naccertaw ruhna li ghandu kull ma kellu bzonn biex jasal fejn ghandu jasal.

***

Illejla nitlaq lejn Etain - villagg zghir gewwa Franza. Sejjer nsellem lil Eugene ghall-ahhar darba. Lil Eugene m'ilnix nafu. Forsi sena u xi ftit. Li naf li kien bniedem ferriehi. Wicc li thalltu kemm ma Churchill kif ukoll mal-Papa Gwanni II. Iltqajt mieghu meta' kien qabez it-tmenin. Ghall-ahhar celebrazzjoni ta' gheluq sninu tajnieh ritratt tal-familja go frejm sabih. Kont kuntent li anki jien qieghed go fih. Kien laqaghni go familtu minghajr problemi. Ma kellu l-ebda inkwiet ghax jien barrani go Franza. Wara kollox fis-snin tletin kien ghamel l-istes vjagg hu ukoll. Minn Krakovja ghal Franza. Lahaq ezatt il-gwerra fejn - kien jirrakkonta b'dahqa - zgicca l-konfront ghax il-kumpanija tas-suldati li kien fija spiccat mghaffga bejn it-tankijiet Germanizi u l-fruntiera Svizzera. U spicca gewwa l-iSvizzera ghal tul il-konfront go Kamp ta' Rifugjati.

Niftakar l-aptit li kellu Eugene meta kien jiekol. Ma tobsorx li ghandu iktar minn tmenin sena. Mhux ghall-ikel biss imma anki ghal dik it-tazza inbid abjad li kien ifittex qabel l-ikel (proprjament kien ifittex it-tieni wahda ukoll imma Marcelle, martu, kienet twaqqfu hemm). Kellu memorja inkredibbli. Jiftakarlek episodji minn hajtu sa' l-icken dettall. Imma l-iktar li kien jolqotni kien il-fatt li dejjem kien burdata tajba. Bniedem ferriehi li kien gharaf li din id-dinja ma baqaliex x'toffri hlief il-pjaciri z-zghar li huma l-ikbar pjaciri. Tazza inbid, ikla mal-hbieb, gurnata xemx tal-harifa, in-neputijiet u t-tfal. Ma kont tara qatt xi tip ta' garr. Kien jistaqsi dwar affarijiet ta' zmienna b'kurizta' u minghajr dak il-hjiel ta' disgust li jaf ikollhom certi anzjani meta jitkellmu dwar "il-modern".

Inhossni ixxurtjat li ltqajt mieghek Eugene. Ghada gej insellimlek ghall-ahhar darba. Gej niehu sehem fic-cerimonja li qieghda hemm biex twennes lilna li ghadna hawn u mhux lilek li tlaqt. Ghax jiena zgur li l-wens li diga kellek hawn sibt hafna iktar minnu fejn tinstab issa.

Aghtih Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

Avvizi


Il-Bord ta' kinnie&twistees jixtieq javza' lill-qarrejja stmati illi mill-llum 5 ta' Ottubru, Jum l-iStudent, qieghdha terga tinfetah il-facilita' ta' kummenti miftuha. Dan ifisser li s-Sur "Anonimu" u s-Sur "Inkorlat mill-Gzira" jistghu jergghu liberament jpoggu hsibijiethom fil-kaxxa appozita li qieghda fuq kull post immarkata Comments. Nafu li ghalxejn nappellaw ghar-responsabilta' u nistghu biss infakkru li r-responsabilita' tal-kontenut tas-sezzjoni tal-kummenti hija michudha. Tant, kemm it-tfarfir ta' l-ispallejn u kif ukoll il-hasil tal-idejn ma hix xi bicca xoghol difficli u kullhadd kapaci jaghmilha.

Il-gurnata t-tajba.

***
Reclami dal Bollettino
Carosello: Reclami ipprovduti fuch spatiu misluph lilna minn K&T.

Reclam: BOLLETTINO. Tinseusc tisctru l-articoli passati fuch chinnie u tuistees. Tistru phis-sens li tisctar u tacra u mhusc phis-sens economicu ta' inphiech ta' pennies sabiesc icholloch access. U la chiedhin tippassiggau fuch l-eteru u m'ghandchom scein sc'taghmlu ghasc ma taslusc uasla sa Il Bollettino della Sfiga u tacrau l-erba steiier li chien hemm s'issa sachemm iittellau graiiet u avventuri ohra.

Reclam: BAID. Baid u hascisc phrisch. Irricorru issa ghand Carmni Grima ta' Tric De' Pinu, Casal Ghasri. Ghall-acua proteini u hascisc ta' l-iprem cualita' eiieu issa. Baid u hascisc ta' Grima... x'dehrlech?

Reclam: CHINNIE. Iscropp Chinnie. Scarba li ma tibdilha ma scein. Chinnie. Isc-scarba tad-ditta Simonds Farsons Cisk (ta' farsin) tista' tinsctara minn chull hanut tal-marcantia u anchi minghand il-greengrocer phdat minnhecc.

Complu d-detto del giorno: Ahiar tisctri u tonfoch milli ...

Tmiem tal-carosell.
***

Stat Kostrutt

It-Tverna ta' Belair



M'ilux Mark silifni kopja ta' "Tghallem il-Malti f'Ghoxrin Lezzjoni". Qabzitli naghmel zbalji ovvji jien u nikteb il-Malti u ghidt li forsi b'dan il-ktieb hdejja inkun nista' noqghod iktar attent. Dalghodu ftaht il-ktieb ghall-gharrieda u sibt silta li laqtitni. Kienet silta proza mahsuba biex taghti ezempju ta' l-istat kostrutt. Ghogobni hafna il-kontenut - lil'hinn mill-istat kostrutt. Hawn hi ghal min jinteressah:


It-Taljani ghandhom qawl li jghid illi bniedem li ma johrogx minn art twelidu jkun twieled go sorra u miet go senduq. Hekk hu tabilhaqq. Bniedem li ma jafx hlief nies gensu u ma jafx hlief ilsien pajjizu u drawwiet niesu, ikun inghalaq fih innifsu, ma jkollu ebda esperjenza ta' kobor u gmiel artijiet ohra, u ma jkunx zviluppa l-fakultajiet tieghu intellettwali.
(Tghallem il-Malti f'20 lezzjoni, pag. 52, l-1 ed. 1982)


***

Il-Maltin go Lussemburgu, dawk li harbu minn-nassa (Hemm Prepozizzjonijiet li jinghaqdu ma' l-Artiklu. Ezempji: bil-; fil-; sal- (...) mill-; allura minn-?) tas-sorra u s-senduq, ma jghixux hajja bhal ma nisthajjel li jghixu l-Maltin tal-Awstralja. M'ghandniex xi komunità li taghmillek xi festa bil-vara jew xi laqgha tombla u ghana gewwa xi komun. L-aggregazzjoni tal-Maltin xorta tezisti. Ma hix haga hazina ghax kull nazzjonalità li hawn f'Lussemburgu topera b'dan il-mod xi ftit jew wisq. Imma niltaqghu b'mod kazwali. Daqqa tiltaqa' mat-tali u daqqa ma iehor. Xi kulltant jiltaqghu gaj Maltin. Bhal meta iccempel lil xi hadd biex tmur ghall-breakfast s'ghand il-"Maybe Not Bob's" u sakemm tasal hemm minn tnejn tkunu sirtu ghaxra. Kullhadd mal-mejda jirrakkonta x'gara matul il-gimgha li ghaddiet u liema bargains hemm bhalissa jew kif tbiddel il-vignette tal-karozza.

Jien m'ghandi l-ebda nostalgja ghal xi forma iktar organizzata tal-komunità. Iktar xtaqt li ikollna pub regolari fejn tiltaqa' minghajr ma taf u tixrob xi haga flimkien. Pub li jkun il-Home Away from Home. Li forsi ghandu televixin u li kulltant jgibilna xi haga minn tad-dar. Fejn naf, forsi xi Kinnie u pakkett Twistees. Sal-bierah kont ghadni infittex. Imma l-bierah mort sat-Tverna ta' Belair ma' Brian u l-pa. Gie d-diskors mas-sid dwar dan il-vojt illi ghandnau hadt gost meta wiegbet li lesti jadottaw il-komunità Maltija.

Issa ghandna d-dar il-boghod mid-dar. Jonqos nara kif ha naghmel biex nordnaw ammonti industrijali ta' Kinnie u Twistees. U li norganizzaw l-ewwel Quiz Night Maltija. Ejja ha mmorru!

(ritratt: it-Tverna ta' Belair - mill-gemb mehud minn Mappy.com)

Folklor Urban ghas-Seklu 21 (interludju)


Interludju Muzikali : Ongiongella

Bumm bumm il-bieb, ongi ongi ongella
Bumm Bumm il-bieb, ongija Kavallier

Min hemm min hemm min hemm? ongi ongi ongella
Min hemm min hemm min hemm? ongija Kavallier

Hawn il-kandidat ghall-elezzjoni, ongi ongi ongella
Hawn il-kandidat ghall-elezzjoni, ongija Kavallier

X’irid il-kandidat? ongi ongi ongella
X’irid il-kandidat? ongija Kavallier

Iridna nivvutawlu, ongi ongi ongella
Iridna nivvutawlu, ongija Kavallier

X’ha jtina tal-vot taghna? ongi ongi ongella
X’ha jtina tal-vot taghna ? ongija Kavallier

Ha jtina taxxa gdida, ongi ongi ongella
Ha jtina taxxa gdida, ongija Kavallier

Jiehu l-vot la jridu, hekk jew b’hekk ghazla m’ghandniex
Familja b’erba voti thallas taxxi lejl u nar
Aghtuna ghazla ohra ghax tqazzizna b’dawn il-fdal.



Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.