Mela konna Londra u ltqajna mat-Tufigno. Dorna mhux hazin bejn il-mitt post cliche' Londoniz. Peress li l-ikbar attivita' kienet qed issir madwar Chinatown intfajna generalment lejn dawk l-inhawi - nikkunslaw ruhna b'pinta l'hawn u pinta l'hinn fil-firxa pubbijiet ta' Shaftsebury Avenue. Il-festi Cinizi forsi gejjin mill-boghod oltremurali ta' Beijing izda l-istil ta' festa tibqa' l-istess. Flok Ganni l-Ghawdxi bil-qubbajd hemm Sung Ho u l-Dim Sum, flok il-kjosk ibiegh it-trumbetti u l-erba skartocci jfaqqghu u jaghmlu hoss hemm ragel b'ghajnejh migbuda ibiegh id-draguni, ic-cirimelli u l-Good Luck Candy. Haga ghandhom in komuni ... kollox Made in China.
Imbaghad skoprejna din tal-kafe'. In-NewYorkification ta' Londra issa hija kompleta. Ghandhom Starbucks ma kull kantuniera. L-arti tal-ippreparar tal-kafe' issa sar karnivalata. L-aqwa li jitfghulek kelma minn fost latte, mocha, largo, tall, srtong, ecc u kullhadd kuntent. Minghalihom li holqu xi xjenza. Mur spjegalhom li m'hemm xejn isbah mill-kafettiera ittektek bilmod fuq in-nar... minghajr ghagla ta' xejn u li xhin tishon tobzoq bezqa kafe kull ftit qisha qed tinsulta l-alla fahxi tat-take out u drink in the plastic cup.
L-isbah mhux dik pero'. Mhux bizzejjed li ghandhom il-kummiedja tal-kafe' gol-karun bl-ghatu bhal tat-tazzi tat-trabi halli ma twaqqax fuqhek int u tivvjaggja fit-tube b'kafe' f'id wahda, gazzetta f'id ohra u l-ipod idoqqlok f'widnejk. Mind the Gap. Le mhux bizzejjed. Il-bicca t-tajba hija din. Tant draw li jordnaw kafe' ghat-take away li biex jordnaw wiehed fit-tazza normali... tafu inthom... kikkra u plattina... ikollhom jispecifikaw b'kelma interessanti...
K: Can I have an espresso lungo please?
Q: Sure sir... will you be taking it out?
K: No... in the ceramic please
Fhimtu? Biex tghidlu li ha tixrob gor-restorant trid tghidlu li tridu fit-tazza tac-ceramika. Ballec. Ma nafx intom imma rajtha vera tan-nejk. Ghall-bidu hsibtha cajta. Imma kullimkien l-istess. Anki fil-Jazz Bar Cafe' gewwa Foyles... tal-ghageb. Ma stajtx ma nimmaginax diskussjoni go bar f'xi rahal malti....
K: Ha mmur inqattar wahda Cal...
Q: Mela le... trid titfaghha mal-hajt hawn barra?
K: le, le.. ha nitfaghha fic-ceramika gewwa... ghax barra l-bard.
Mad dogs and English Coffee habits of course.
Is-sena Ciniza t-tajba... qaluli li s-sena tal-hanzir....
*Ritratt: Ceramika ohra... Is-sink go restorant Gappuniz jismu Mitsukoshi. Ma nisthix nghid li ghall-ewwel hsibtu pixxatur.....
"Mur spjegalhom li m'hemm xejn isbah mill-kafettiera ittektek..."
Ħeħħe :)
Jien x'ħin rajt ir-ritratt pixxatur ħsibtu wkoll!
Pixxatur+
Bis-sapun dritt għal-fuqu...
:)
Is-soltu ma nħallix kummenti, pero' nħalli wieħed kull meta xi ħadd jirnexxielu idaħħaqni naqra.
Kull fejn kelli ix-xorti li mmur u niġi lura, dejjem niftakar li bħal Malta m'hemmx aħjar. Mhux biss għax pajjiżna ta, imma għax peress li minn dejjem konna naqra minn dan u naqra minna dak, bejn fuq u isfel u x'naf jien, m'hemm l-ebda nies li kapaċi jaddattaw ruħhom daqsna il-Maltin.