kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Stejjer ta' Nasr Eddin (I)

Photobucket - Video and Image Hosting

Hawnhekk tibda sensiela ta' traduzzjonijiet ta' stejjer qosra mehuda mir-rakkonti dwar Nasr Eddin Hoga. Nasr Eddin kien eroj leggendarju li ghex fit-Turkija fit-XIII-il seklu. Huwa maghruf fid-dinja musulmana kollha - mill-Albanija, sa Sinkiang - bhala l-inkarnazzjoni tal-irriverenza. Nitkellmu dwaru iktar tard. Hawn hi l-ewwel silta maqluba mill-ktieb "Sublime paroles et idioties de Nasr Eddin Hodja - tout Nasr Eddin ou Presque", Jean-Louis Manoury. (Phébus, libretto, 2002, ISBN: 2-85940-857-6).

***

L-Ghonja u l-Foqra

Wara nixfa ta' hafna xhur kien wasal zmien il-ghaks. Izda mhux kullhadd kien qed imut bil-guh: l-ghonja kienu hasbulu u kienu sarrew hazna ta' qamh, zejt, haxix niexef u laham.

Khadidja allura qalet lir-ragel taghha:
- Nasr Eddin, ir-rahal kollu jistmak hafna. Toqghodx hawn b'idek f'idek: mur fil-misrah, igbor lil kullhadd u ara tikkonvincix lill-ghonja jaghtu x'jieklu lill-foqra.

Nasr Eddin jahseb li ghal darba martu ghandha ragun. Jaghmel kif tghidlu u, ghaxar sieghat wara, jigi lura - wiccu jixghel bil-ferh.
- Mara, ejja nirringrazzjaw l'Allah il-Hanin!
- Ah! Mela irnexxilek?
- Ma kenitx bicca xoghol hafifa. Irnexxieli bin-nofs.
- X'jigifieri bin-nofs?
- Iva: jigifieri s'issa irnexxili nikkonvinci lill-foqra.

2 Twegibiet ghal “Stejjer ta' Nasr Eddin (I)”

  1. # Blogger Antoine Cassar

    Tajba immens, grazzi Ġakbu. Jekk taqleb aktar minnhom napprezza ħafna.

    U għad irrid naqra l-bloggati tal-Folklor Urban...  

  2. # Blogger Maria

    Dak Nasrendin Ħotżas, kif isejħulhom bil-Grieg, magħruf ħafna anki hawnhekk... Antoine, meta se tibda titgħallem il-Grieg, se jkollok x'taqra :-)  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.