kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Pre-Gudizzji


Ghogbitni hafna l-iSlovakkja. Proprjament ghogbitni Bratislava, ghax mill-iSlovakkja kollha lilha biss rajt. Mort hemm ghat-tieg ta’ Frank ma’ Linda. Li kieku ma kontx mistieden ghal dan it-tieg ma nafx kemm kont immur Bratislava - u x’hasra kienet tkun. Vjagg qasir minn Lussemburgu sa Bratislava. Jittawwal ftit ghax trid taghmel siegha u nofs karozza sal-mitjat ta’ Hahn gewwa l-Germanja. Incidentalment, il-mitjar ta’ Hahn huwa xempju inkredibbli tas-successi li l-ajruplani tal-vjaggi irhas jafu jgibu. Minn l-ahhar li mort kiber l-ajurport, zdiedu l-hwienet u qed isiru hafna xogholijiet fil-parkings.

Bratislava ukoll. Ajruport zghir izda efficjenti. Il-problema tal-mishutin taxi drivers issibha kullimkien u avolja l-prezz tar-rikba huwa medjokri ghal hejn bliet ohra Ewropej xorta tinhasad meta tinduna li driver qed jipprova jehodlok darba u nofs il-prezz normali biex tmur mill-ajruport sal-lukanda. Imisshom jaghmlu direttiva dan ta’ l-Ewropa - “D-Direttiva 23 tal-2006 dwar l-eradikazzjoni tat-taxis fl-Ewropa u l-implimentazzjni ta’ sistema gusta, ekwa u ekologika bhala mezz ta’ trasport”.

Imma lura ghall-Belt. Kelli hafna pregudizzji dwarha. Ghandi iktar hbieb Ceki minn Slovakki. U c-Ceki qishom ghandhom tant bokka kbira b’dik Praga tal-Pont u l-Kastell li erhilhom imaqdru c-cokon tal-pajjiz tal-kugini taghhom. Jghidulek li l-iSlovakkja ma hemm xejn u li l-iSlovakki poplu lura. U b’hekk tinbena pregudizzju. U forsi minhabba l-ahhar vjagg tieghi fiz-zewg ajjizi ftakart fic-Ceki arroganti u razzisti li kont iltqajt maghom fis’96 u fl-iSlovakki li kienu ghadhom ma farfrux t-trab kommunist min fuq spallejhom.

Izda xejn minn dan kollu. Go Bratislava hassejtni komdu. Belt daqs dik ta’ Lussemburgu (ghallinqas il-parti pedestrijana) u migbura sew. Veru m’hemmx bizibilju monumenti u landmarks izda hemm bizzejjed irkejjen x’tiskopri, hallew bizzejjed xhieda tal-passat li tgawdi l-belt ma kull pass. Ir-ristoranti u hwienet jilqghuk b’menus inkredibbli u bi dhulija li ma niftakarx naraha gewwa Praga. Ghalhekk il-Hadd filghaxija l-ahhar Kafe go ristorant b’dekor kommunist fuq id-Danubju nizel ghasel u r-risotto gewwa Medusa kien ta’ barra minn hawn.

Indunajt li l-pregudizzji li holquli c-Ceki kienu ibbazati fuq deskrizzjoni mghawwga. Qiseu meta MAlti jkun jirrakonta dwar Ghawdex lil barrani. Dejjem ikun hemm l-istess reazzjoni wara - “It was nothing like they told me”. Ghax il-pregudizzji jinbnew fil-mohh. Huma kundizzjoni stramba ta’ finzjoni mahluqa sabiex nippreparaw ruhna ghal dak li ma nafux. Jew inkella qieghdin hemm ghax hekk iddecidejna li ha nippercepixxu dak li ha niltaqghu mieghu. Bhal ma jghid isimhom il-pre-gudizzji huma gudizzji minghajr ma inkunu informati bizzejjed. U qatt ma huma tajbin.

U waqt li kont Bratislava qrajt dwar pregudizzju iehor ikrah li se johloq hafna problemi. Id-dinja Musulmana qamet inkorlata kontra Benedittu. Dan kollu ghax hadd ma indenja ruhu jaqra d-diskors tal-Papa. Jien qrajtu. Fhimt li kien diskors dwar dwar ir-raguni u r-religjon. Dwar kif ma hemmx lok ghall-vjolenza ir-religjon. Il-Papa kien qed jibda dibattitu intellettwali. Ghal darba il-Knisja Mqaddsa Kattolika ma kenitx qed titratta lin-nies ta’ cwiec li jibilghu r-ross bil-labra. Ma kentix qed titkellem b’editti u kmandamaneti imma bi stedina ghad-diskussjoni u djalogu sabiex in-nies ta’ kull kredu jindunaw li ma hemmx post ghall-vjolenza fir-religjon.

Hadd ma ta kaz l-istedina. Ippreferew jisiltu citazzjoni li ghamel il-Papa (biex juri l-izball tal-pregudizzju) u jitfghuha bhala titlu fil-gurnali. Ghamluha b’mod li jidher li l-Papa al dawk il-kliem hu stess u jemmen fihom. Li vera m’ghandux x’jaqsam. Imma l-Al Jazeera u s-CNN huma x-xerrieda tal-pregudizzji primi. Jiddeterminaw l-lenti li minnha se naraw id-dinja. U ghalhekk issa l-Misilmin iridu l-Papa jitlob skuza ta’ xi haga li ma ghamilx.

Ghalhekk biex juru kemm hu giddieb il-Papa Garrej tal-Krucifiss meta jghid li l-Islam huwa vjolenti dawn l-erba bciecen li jibilghu kollox qed jgheddu vjolenza estrema fuq l-Papa, il-Vatikan, Ruma u d-Dinja Insara.

U ahna min ahna biex niggudikaw?

(ritratt: Statwa barra l-Katidral ta' San Martin)

1 Twegibiet ghal “Pre-Gudizzji”

  1. # Blogger Erezija

    Fil-fatt bhala medja anke t-tfajliet slovakki huma isbah mic-ceki u iktar dhulin.  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.