kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Folklor Urban ghas-Seklu Wiehed u Ghoxrin (I)

Photobucket - Video and Image Hosting


Numru Wiehed: Karawett

Il-promenade kien mifqugh nies jippassiggaw minn tarf ghall-iehor minghajr waqfien. Il-hsejjes ta' tfal jiggerrew ma' saqaj' in-nies taht l-ghassa ghajjiena ta' genituri sfuzi wara' gurnata mqatta' l-bahar setghu jinstemghu ma' tul il-passiggati. Kull tant il-hoss imharbax u irritanti ta' xi radju ghaddej itiha go xi kjosk kien ikun irid jghid tieghu fost il-brouhaha generali li kull folla kapaci tipprovdilek.

Ix-xjuh ikkapparaw kull bank li jinstab fuq il-littoral u erhilhom igemgmu bejniethom dwar l-gholi tal-hajja, il-pressjoni baxxa u r-ritratti tal-ewwel tqarbina tan-nepputijiet. Bl-imrewha lesta f'idejhom tisthajjilhom l-imhallfin amatorjali tal-hin liberu – kull tant tisma' sentenza tinqata' hesrem – u ghal kuntrarju tas-sentenzi laborjuzi tal-Qrati odjerni dawn jinqatghu bla dewmien. B'hekk Margerita, li ilha trewwah mindu poggiet fuq il-bank wara' tmiem il-quddiesa tas-sebgha, iccekcek tnejn il-gizirajjen li ghandha imdawrin m'ghonqha u l-brazzuletti ultra kitsch li ghandha m'idejha u tesklama “Dik il-libsa imqaccta wusq. Madunna tal-Karmniew kwozi jidrilhe x-xoqq ta' surmha”.

Il-vittma ikkundanata minn Gerit m'ghandhiex l-icken hjiel tal-fatt li f'dawn l-ahhar minuti sfat iggudikata mill-fdalijiet ta' nofs is-seklu elfejn li ghadhom jadornaw u jinfluwenzaw il-gzejjer taghna. Hija daqxejn iktar konxja ta' xorta ohra ta' gudikanti li ilhom dan l-ahhar nofs siegha jaghmlu ta' birruhom li mexjin kazwalment izda li fil-fatt ma qalghux ghajnejhom minn fuq kuxxtejha. Ghal dawn il-gudikanti ta' l-ahhar is-sentenza hija pjuttost diversa u jidhru lesti li jiddedikaw anki summa cum laude mill-mod kif ghajnejhom ghoddhom qabzu minn go wicchom u tkahhlu mal-keffa tad-dublett ma jmurx jaharbilhom xi centimetru zejjed (jew nieqes... skond il-fehma).

L-iggudikata tibqa' ghaddejha fi triqitha b'pass bejn mghaggel u bejn distratt li jafu jimxu hekk biss il-passigaturi professjonali ta' nhar ta' Sibt filghaxija. Is-shana u nuqqas ta' ziffa u t-toqol ta' l-arja ippermettew li Tanti Tiger Kjosk ghandu kju in stile elettorale. Min jordna gelatijiet tal-makna u min jikkuntentalek bil-Kinnie kiesah u pakket Twistees ha jitrejjaq. Fil-kju li ma hu kju xejn, kullhadd jitkahhal mal-bank ta' Tanti filwaqt li f'sessjoni ta' amnezija sfurzata kollettiva kullhadd jinsa' min imissu. Tanti ma jhabbilx rasu... il-principji tas-suq hieles jiddettaw li galadarba hemm bizzejjed domanda ghall-prodotti friski stivati fil-frigg tat-Tiger allura m'ghandux ihabbel rasu wisq dwar kwalita' ta' servizz. B'dahka fuq wiccu li tissarraf f'liri dehlin iservi lil min ifettillu – jew ghax jiggustahom jew biex jehles minn wicchom.

Jithaxken bejn in-nies fil-kju ghand Tanti hemm ukoll Momu. Proprjament jismu Bartolomeo izda Momu qalghuhielu u Momu wehlet. Momu bhalissa jinstab bejn genna u infern. Peress li m'huwiex ezattament l-itwal guvnott f'ta' Sliema, qieghed allura igawdi r-rieha taqsam li hierga minn taht ghabt il-golf li qieghed hdejh. Prattikament is-suf ta' taht abt il-ggant qed jgharxu imnieher Momu filwaqt li l-istess ggant ixejjer l-istess id sabiex jigbed ghajn Tanti t-Tigra. Momu ghadu ma hassux hazin ghax ghax. Proprjament hemm xi haga iktar mir-risq involut. Filfatt id-destin kozmiku li jibbalancja kull hazen bit-tajjeb u vice versa ipprovda mudella Svediza twila daqs il-golf ta' biswit Momu. Din inzertat qieghdha ezattament wara' Momu u l-fizika u dinamika tal-folla mgewha kienet tali illi sider l-iSvediza kienet qed isservi ta' “air bag” f'dawn il-mumenti ta' ghafga generali. U mhux din biss... il-fwieha li biha kienet izzejnet il-vikinga kienet tqazzu f'kull mument iehor izda issa kienet qed isservi bhala nifs gdid f'dan il-mument fejn hlief rieha ta' gharaq ma kienx qed ixomm.

B'hekk xprunat mill-mammarji tal-isvediza superdotata Momu irnexxielu saflahhar jordna l-Kinnie u pakket karawett ghalih u x-xorb u ikel varju iehor li ordnaw shabu. Ftit imbuttar u ftit tixrid ta' birra u kwazi-glieda iktar tard Momu irnexxielu jizgicca l-genn spontanju jasal sa fejn shabu kienu qed jistennewh taht il-kjosk l-iehor tal-gurnali. Haga tal-iskantament imma l-kjosk mimli gazzetti, gurnali u kotba imma hlief ghal xi turist taljan li qed jtella' u jnizzel jixtrix “La Gazzetta”, “il Corriere” jew “Tutto Sport” m'hemmx ruh iehor. Id-demokrazija kienet tefghet il-vot taghha u ghalenija ghazlet li titrejjaq b'xorb frisk u ikel minflok ma taqra' l-gazzetti lokali nexfin daqs it-temp ta' llum. U ma tlumhomx.

Momu lahaq lil shabu f'nofs diskursata. Sakemm qassam ix-xirja bejniethom u gabar flusu irnexxielu jaqbad il-fil ta' hsieb li kien ghaddej. Kienu lemhu t-titli tal-gazzetti u improvizzaw analizi tal-gazzetti tas-sibt filghaxija. Proprjament kienet analizi limitata ghall-faccati tal-gazzetti ghax hadd mill-klikka ma xtaq jahli flusu fuq l-erba pagni “ahbarijiet” li kien hemm offruti f'nofs Awwissu.

MICHUDA ALLEGAZZJONIJIET TA' L-OPPOZIZZJONI. It-titolu tan-Nazzjon ma' setghax ikun iktar cliche' minn hekk. Kien titolu minn dawk li probabbilment l-Editur ghandu gabra taghhom fl-ewwel kexxun. Lanqas jindejaw jittajpjawh kull darba. Fis-shana sajfija ma setghax jidher iktar inutli u kontroproduttiv. Anki l-fatt li t-titolu ma jaghti l-ebda hjiel dwar is-suggett u jillimita ruhu ghar-rappurtar ta' l-ennzezima rifjutazzjoni fid-dikotomija diskursiva politika jkompli jbarri lil kull min forsi seta' kellu l-icken kurzita' li jkompli jaqra.

KORROTTI. INKOMPETENTI. ARROGANTI. Bhal donnu biex jikkonferma l-inutilta' intellettwali tal-gazzetti partiggjani l-imhuh wara' l-Orizzont kienu qalghu cliche' iehor mir-repertorju daqstant vast taghhom. It-tezawru tal-oppozizzjoni modern kien ghadu ma giex aggornat u l-akkuzi baqghu l-istess bhal dawk ta' ghoxrin sena' qabel.

300 IMMIGRANTS LAND AT XWEJNI. It-Times ghallinqas ghazlet li tinjora l-fetixizmu partiggjan u rrapurtat eventi iktar immedjati. Sfortunatament, bhal fil-kaz ta' kull event iehor li jirrepeti ruhu ma medda ta' zmien din l-ahbar ma' kellha l-ebda event fuq l-osservaturi taghna. L-oppju itarrax tar-ripetizzjoni kellu l-effett tieghu u immigrant iehor go pajjizna kellu l-istess effett medjatiku ta' xniegha mill-oppozizzjoni u cahda governattiva.

EUROVISION COMMITTEE CONFIRMED. U l-Independent tipprova tbiegh dawk l-erba' kopji ohra billi titfaghha fuq is-sensazzjonalizmu. Forsi dawk l-erba' qarrejja li jibqghu akkoliti ferventi ta' kull ma hu Eurotrash jixtru kopja sabiex jifhmu ghaliex l-Gvern ikkonferma l-erba bciecen li “waqqghuna ghan-nejk” s-sena li ghaddiet.

Id-diskors ma jdumx ma jinxef. Bejn ghax il-pacenzja hija skarsa, bejn ghax is-serata toffri elf pacir iehor u fuq kollox forsi ghax is-suggett ma hux gdid u l-bir ta' ideat ilu li nixef u ha postu id-dizilluzjoni u r-rabja ghan-nuqqas ta' bidla. Ir-ruh kollettiv tal-klikka tiehu decizjoni unanima subkonxja u bla ma jafu jergghu jerhulha jippassigjaw lejn it-torri fejn forsi jieqfu jieklu xi pizza jekk jigihom l-aptit. Il-pass huwa hedli. Qisu ma hemmx rieda izda fl-istess hin huwa meqjus sabiex jippermetti li tinfela' sew is-sitwazzjoni ta' madwarhom. Bejn l-istudenti mexjin mghaggla lejn Paceville u l-Ministri varji igawdu l-btala parlamentari hemm hafna, hafna x'tara fuq il-Front.

Waqt il-promenade ma titkellimx, ticcaccra. Il-kollettiv tal-klikka jipprocessa ghidut, xnieghat u informazzjoni akkwistata mis-sindikajr estiv. Ic-cajt ma jonqosx u generalment l-ass jaqa' fuq xi wiehed minn fosthom u l-avventura li seta' ghex matul il-gimgha li ghaddiet. Momu jippreferi jissemma' u jidhak. Fil-klikka dak maghruf bhala Xelini, izda battezzat originarjament bhala Brian, kien is-soltu jiehu r-riedni tad-diskors u jiddetta bla ma jrid is-suggett fuq l-agenda tal-kumitat amatorjali. Wara' li kienu ezawrew kull hjiel ta' kritika lejn il-pulitika passe' ta' Malta kien Xelini li qabad ma' Kampnari (aka Michael) dwar il-malja l-gdida li kien ghadu kif zanzan dakinhar stess l-Ghadira.

Hawnhekk nehtiegu pawza fejn immorru ftit sieghat lura fil-hin u nosserva il-klikka tqieghed ix-xugamani f'post strategiku fuq il-bajja – jigifieri biswit it-tfajliet taljani fuq naha u l-iskandinavi fuq l-ohra. Narawhom kollha lebsin malja, t-shirt u nuccali tax-xemx zur minn hawn – min dawk li jaghmluhom qishom xi dubbiena. Kampnari qed jiftahar bil-malja gdida li xtara ghal tletin lira... bajda bajda b'dizinn qisu tatwagg fuq il-koxxa. B'girja wahda jerhulha lejn il-bahar fejn jghaddu siegha loghob bil-ballun jittantaw u jxarbu lil kull min joqrob lejn tarf ir-ramel. Jasal il-mument li jitilghu, en masse kif ihobbu jaghmlu klikkek u jerhulha lejn ix-xugamani. Ikun f'dak il-hin li Xelini jinnota li l-malja superlussuza ghandha difett. Fil-fatt Kampnari seta' ma xtara xejn. Ghax it-trasparenza tal-malja hija inkredibbli. Jidher kollox. Imma meta' nghidu kollox infissru kollox. U l-goljardija ta' Kampnari tinbidel f'misthija – l-iktar meta' shabu jaghmlu minnn kollox biex jigbdu l-attenzjoni tal-bajja kollha u jostrulu x-xugaman for better effect.

Nergghu ghall-prezent fejn ic-cajt u doppju sens dwar it-trasparenza ma jonqsux. X'ghandhom komuni l-malja ta' Michael u d-Dar Centrali Laburista? Ifaqqa' Brian. Lanqas hin ghal twegiba ghax kullhadd fehema. Ma kenux tletin lira. Ic-cajt kull ma jmur jizdied, iktar ma Kampnari tibda' taqbizlu izjed jiccajtaw. Forsi l-malja jarawha biss l-intelligenti – jaqbez l-Panzer. Ir-riferenza ghall-istejjer ta' Hans Christian Andersen ma tintilifx. Anzi jtawwluha iktar – forsi jarawha biss dawk li jonfqu tletin lira fuq drapp hekk uniku.

Dak il-hin Momu ikun qed jiekol il-karawett. Jipprova jidhak u jmeclaq fl-istess hin. Haga xejn sabiha waqt li qed tiekol il-karawett. F'temp ta' sekond tehillu karawetta fil-gerzuma u jixraq. Jibda litanija ta' soghla filwaqt li wiccu jihmar bis-sekondi. Ghalxejn jixrob, ghalxejn jipprova jikkalma ghax is-soghla qabdet sew. Ikun f'dak il-hin li Xelini itaptaplu wahda kbira bejn spallejh biex forsi tghaddi. Ma kenitx taptipa. Ihoss bhal skoss f'ghajnu ix-xellugija u ugiegh kbir. Ghal mument ikun qisu ha jintilef minn sensih. Jaqbad joghrok ghajnu izda l-ugiegh ma jmurx. F'radda ta' salib icemplu ambulanza u Momu isib ruhu fi triqtu lejn San Luqa.

M'hemmx ghalfejn nirrakuntaw l-istorja kollha u l-peripeziji gewwa l-emergenza sakemm sab ruhu ikkurat minn tabib. Il-verdett ma kien xejn sabih. Strabismus ikkawzat minn exotropia. Ghal xi raguni mhux kompletament mifhuma Momu kien tilef il-kontroll ta' ghajnu x-xellugija. F'kelmtejn semplici kien twerrec. Gurnata sajfija li kienet qed tintemm bil-mixja mheddla fuq il-front intemmet mod iehor grazzi ghad-dahk, il-karawett u t-taptipa.

X'ghandna nifhmu minn dan kollu? Ovvja hux. Ahjar ma tiekolx wisq karawett.

0 Twegibiet ghal “Folklor Urban ghas-Seklu Wiehed u Ghoxrin (I)”

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.