kinnie & twistees

prodott ghawdxi


manifest (i)


Waqt li kont Malta inzerta' hareg ktieb tad-dar ta' pubblikazzjoni gdida Choppy Books - "Il-Manifest tal-Killer". L-awtur huwa l-habib tieghi Karl Schembri li sar ghandu curriculum daqs qartalla. Lil Karl sirt nafu sewwa fil-perijodu li ghaddejna flimkien bhala l-aspett xellugi tal-iStudenti Demokristjani Maltin. Dik kienet parentezi, jew sulluzzu, li forsi l-SDM qatt m'hi ha terga' tara bhala ghaqda. Ftakart hafna f'dawk iz-zminijiet meta qrajt xi riferenzi ghal attivisti li kien hemm fil-ktieb - specjalment l-argumenti ultra-teoretici u astratti li kien kapaci johroglok bihom biss membru tal-grupp anarko-komunista Graffiti.

Dwar il-ktieb nikeb fi bloggata ohra. Ghalissa xtaqt inwissi lill-ftit nies li jaqraw dan il-blogg u li forsi jithajru jaqraw il-ktieb li lejn l-ahhar tal-ktieb is-segwenza tal-pagni tithawwad darba u trid tinqara' hekk 209 - 211 - 210. Zball tal-printer (tebbiegh?) li jaf itellef mill-pjacir jekk ma tkunx imwissi - specjlament ghax l-ghelt qieghed lejn l-ahhar.

Nista nimmagina lil Karl jirraguna ma xi hadd minn tac-Choppy Books... "Hxejtuli l-ending qalla... biz-zobb ta' zball." U x'ma tidhakx. Prosit Dakota.

* ritratt: Qtil simulat tal-Lead Singer tal-Grupp Shostakovich's Nightmare. X'ghandu x'jaqsam? Dahhaltu ghax naf li l-No.1 Anti-Fan tax-Shostakovich huwa appuntu l-kugin ta' Karl. Ghax id-dinja zghira.

4 Twegibiet ghal “manifest (i)”

  1. # Blogger Erezija

    choppy books? minn fejn nista' nixtrieh dan il-manifest?  

  2. # Blogger Jacques René Zammit

    jekk qieghed malta: jien xtrajtu minn sapienza.

    jekk qieghed hawn: jien ghandi kopja (ovvjament) li nista' nisilfek la naghmel il-krit qasira li nixtieq naghmel la jkolli l-hin

    jewilla hemm l-option li l-Vella qieghed Malta u tista' taghmel Mailorder mieghu. forsi thallsu ftit kommixxin ta-trasport.  

  3. # Blogger Erezija

    ijja sellifuli meta tista'  

  4. # Blogger Peklectrick

    u ijja, mhux gravi hafna it-tahwid fil-pagni...Ma fottieli xejn lili. Hadt buzz naqrah il-ktieb. Haga li ogbitni kienet li dahhal il-Manowar mal-gruppi li kienu jisimghu dawn iz-zghazagh!!!  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.