Il-bierah iltqajt ma xi hadd u d-diskors waqa' fuq dan-nies. Ghax qaltli li dan-nies kollha imgienen -tant huma maghluqa fihom infushom illi qed igennu lil xulxin. Ghax qaltli li l-pajjiz tant hu zghir u insulari li ftit hemm tibdil ma nies ohra, ftit hemm skambju ta' ideat, ftit huma l-ideat friski li jirnexxilhom jidhlu jaghtu ftit nifs lil pajjiz fgat u mahnuq mill-injoranza. Ghax qaltli li n-nies kienu minn dejjem intolleranti imma issa l-intolleranza m'ghadiex tinheba. Ghax qaltli li ma jistghux jifilhu lill-eluf ta' barranin li qed jigu f'pajjizhom u jheddulhom l-identità u l-ekonomija. Qaltli li dan-nies indannati ghax l-Unjoni Ewropea flok tghinhom tkompli tisfurzahom jippruvaw jifhmu d-diversità.
Qaltli li n-nuqqas ta' tbissim lejn il-frustieri kollu gej minn din ir-rabja gewwieni ta' dan il-poplu zghir li jinstab stordut bil-ftit xquq ta' dawl li ippenetraw id-dlam insulari li kien ghal tant zmien imdorri jitwennes bih. Qaltli li dan il-poplu dejjem kellu mexxejja li hadu hsieb li ma' jkunx hemm indhil barrani zejjed . Hadu hsieb li jitimghu lil dan il-poplu b'morfina u oppju sabiex huma jmexxu u l-poplu jghix injurant u kuntent. Qaltli biex inhares madwari u nara kif it-trasport lejn pajjizi ohra ghadu l-istess - medjokri - minkejja li qieghdin f'nofs l-Unjoni Ewropa tal-moviment hieles. Qaltli biex nara kif l-investiment barrani mhux li qed jizdied imma li qed jahrab lejn pajjizi ohra Ewropej iktar akkoljenti bhal dawk il-pajjizi godda ta' l-Est habrieka. U qaltli hafna affarijiet ohra...
... imma f'hin minnhom donni intlift. Donni tfejtha dik il-vuci mimlija garr u rabja. Ma ridtx nemmen jew nisma' iktar. U bejni u bejn ruhi ghidt... x'jien naghmel hawn fost dan nies f'Lussemburgu... mhux ahjar immur lura lejn Malta... dik l-art imwieghda ta' ghasel, halib, kinnie u twistees?
0 Twegibiet ghal “Dan-Nies”