Id-definizzjoni tal-kelma "tifoso" hija wahda spekulari - ghax trid tispekula u m'hemmx prova li dak li jinghad huwa minnu. Mid-dehra l-origini Inglizi tal-futbol taljan waslu ukoll biex id-deskrizzjoni tal-ferh tas-support jinghata kelma Ingliza - typhoon - ir-rih li jimbotta lill-benjamini ghar-rebh. It-typhon kien ukoll mostru grieg. L-ahhar iben ta' Gaia u Tartarus li kellu jissielet ma' Zeus.
Imbaghad hemm min f'lapsus ta' nuqqas ta' romanticizmu ifakkrek li tifun jew typhoon tfisser "hot smoke" jew "hot wind" (mill Grieg: typhein, u Persjan: tufan). U li tifoso xi kulltant jaghti l-impressjoni ta' xi haga li tipproduci hafna rjieh shan hija mezza verità ukoll!
Ma hux cert jekk il-massa kumulattiva ta' ferh u rabja, ta' dizappunt u entuzjazmu, haditx isimha mit-tifun jew le. Haga hija certa - li kull min ipprova jispjega n-natura tat-tifoso dejjem intilef. Tasal biex tiddeskrivi naha wahda ta' poliedru (polyhedron) infinit. It-tifo seta' twieled qabel il-futbol. Huwa sinjal ta' appartenenza li jittraxxendi kull fruntiera. Ghalhekk issib Ghawdxi akkanit tal-Juventus minn Turin u tal-Brasil. Ghalhekk il-lingwagg uzat bejn it-tifozi huwa illogiku u infantili ghal dawk il-ftit pagani li qatt ma iddeffsu fl-isport.
Ghax it-tifo stil ta' hajja u filosofija. It-tifo huwa l-ghasel li jnaqqas il-qrusija tal-hajja illi f'mossa paradossali u inspjegabbli jaf iwassal ghal mumenti fejn il-hajja ssir bla sens ghax l-iskwadra favorita tieghek ghadha kif tilfet il-finali tac-Champions League bil-penalties. It-tifo, huwa perverzjoni ta' l-imhabba, u bhall-imhabba ma jista' jigi qatt inkwadrat f'xi logika jew sett ta' formoli. It-tifo huwa l-qalb thabbat sitta sitta meta' ta' kontrik ghandhom free kick minn tarf il-kaxxa. Huwa r-rabja kontra dinja konsumistika li qed tishet il-magija tal-ballun. Huwa Michael Degiorgio jiskurja ghal Malta kontra l-Portugall u l-boato rari ta' ta'Qali bl-"o" mkaxkra u mdawra fl-ghajta "gooooooooowwwwwwwwwwwwl".
It-tifo huwa passatemp li jaf jqieghed kollox f'perspettiva imwieghra. U t-tifoso huwa t-tarbija ta' dejjem. Huwa l-Avvokato Prisco nerazzuro li kien qal li qabel ma jmut jirregistra mal-Milan Supporters Club halli meta' "jmut hu, jmut wiehed minnhom". Huwa d-dmugh jahraq m'ghajnejk meta tara lil Romario u Bebeto u Cafu jerfghu t-tazza ghall-tetracampeon u jiddedikawha lill-sehibhom Ayrton li sab it-triq il-qasira ghall-genna.
It-tifo huwa dan u huwa hafna iktar. Forsi ghax il-ballun tond u jibqa jitrembel ma' l-ewwel daqqa. Imma bhall-ballun it-tifo qatt ma hu fl-istess post, fl-istess dimensjoni. Dejjem jibdel. Dejjem jisbieh u jsebbah, bhala parti integrali, il-loghba s-sabiha.
"Huwa d-dmugh jahraq m'ghajnejk meta tara lil Romario u Bebeto u Cafu jerfghu t-tazza ghall-tetracampeon u jiddedikawha lill-sehibhom Ayrton li sab it-triq il-qasira ghall-genna."
bis-serjeta hassejtha din l-emozzjoni jew qed titnejjek?
Bis-serjeta'. Dak iz-zmien il-mewt ta' Senna kienet ghadha twegga'. Barra minn hekk jiena hassejt emozzjoni kbira meta rajt it-tahlita ta' ferh u dedikazzjonijiet ghal sportiv kbir li ma kienx ghadu maghna.
insibha bi tqila nifhem il-mohh ta' Malti li jzomm mal-Brazil. M'hemmx rabta kulturali, m'hemmx exposure ghall-midja taghhom... ma nafx, kemm ma nistax nifhimha... mhux qed nikkundannaha
Ghalija semplici. L-"exposure" li tant qed tfittex hija l-istess exposure li jkollok ghar-repubblika Ceka. Issib xi haga li toghgbok (fil-kaz tieghek vjaggar, fil-kaz tieghi futbol) u imbaghad tintilef f'dak il-pajjiz. N-ness fil-kaz tal-futbol kien propru it-tifo li jaqta' d-distanzi inkredibbilment. Huwa stramb lil Ghawdxi izomm mal-Brasil daqs kemm hu stramb li Palermitan izomm mal-Juve - zewg realtajiet kompletament diversi.
Imbaghad fil-kaz tad-dmugh ghall-Senna, Romario u Bebeto, dak id-dmugh m'ghandux nazzjonalita'. Dak d-dmugh huwa bbazat fuq l-empatija umana. Nahseb li kemm fit-tifo u kemm fis-simpatija ghal-eroj olimpici hemm certa transcending of borders li qajla tarahom f'oqsma ohra.
Imbaghad wara kollox qaluli ukoll li Gozo bil-Brasilian tfisser "ragel sabih" Xi trid iktar?
Imbaghad wara kollox qaluli ukoll li Gozo bil-Brasilian tfisser "ragel sabih" Xi trid iktar?
Hemmhekk korrejna sieħebi ;)