kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Tolleranza

Dan l-ahhar fuq il-bloggosfera it-tema hija dik tat-tolleranza. Bdejna il-kampanja favur it-tolleranza bil-hsieb li tkun kampanja pozittiva. Baldu, bloggatur t'esperjenza qisu ma nizlitlux kompletament din tat-tolleranza. Mhux ghax ma jaqbilx mal-kampanja, anzi. Imma skond Baldu il-kelma tolleranza xorta thallilek dik it-toghma hazina f'halqek. Bhal meta' jaghtuk Kinnie minn tal-magna ta' wara l-counter... ftit gass u m'ghandu x'jaqsam xejn mal-Kinnie kiesah tal-iXtruppaw. Lil Baldu nifhmu. Ghax logikament it-tolleranza timplika differenza u sa certu punt timplika ukoll nuqqas ta' qbil fuq xi haga. U t-tolleranza timplika li minkejja li ma taqbilx xorta thalli l-idea l-ohra ghaddejja... thalliha tghix minghajr ma tikkundanna, minghajr ma tkisser, minghajr ma tahraq dak li fl-ahhar mill-ahhar ma taqbilx mieghu.

It-tolleranza ghandha tibda minn hemm. Mill-fatt li inkunu komdi bid-diversitajiet. Li naghrfu li mhux ha naqblu fuq kollox. Li ma nkunux utopici izzejjed sakemm l-utopja ma hix il-possibilità li nghixu lkoll flimkien. It-tolleranza tista' tfisser ghal bidu li t-toghma qarsa hemm tibqa'. Mhux kollox sabih u fjuri. It-tolleranza twasal ghas-simbijozi. Twassal ghall-isfruttar ta' dak illi ghandna in komun biex tinbena dinja ahjar. Anki jekk dan jigri b'kumbinazzjoni. Anki jekk dan jigri bla hsieb.

It-tolleranza ghandha tkun naturali. Ma hix favur. Il-fatt li nittollera lil haddiehor ma jfissirx li dan ghandu jibqa' jaghfuli ghal ghomri. Ma jfissirx li qed naghmel att ta' karità. Ifisser li jien matur bhala bniedem modern u naghraf ir-realtà moderna ta' tolleranza u konvivenza.

U fl-ahhar ghal min haseb li K&T spicca bejta tal-hippies tas-seklu elfejn nixtieq inzid li bhalma qalet b'mod fit goff l'avukatessa li tikteb f'Maltatoday, it-tolleranza timplika ukoll rispett ghat-tradizzjonijiet u uzanzi ta' pajjiz. Tfisser li l-ittollerat u t-tollerant jghixu f'sistema li ghandha metodi u uzanzi taghha u li m'hemmx ghalfejn jitgerrxu f'isem il-modernizmu.

Ghalhekk it-tollerat jintlaqa' f'pajjiz nisrani b'dejh miftuha. Jintlaqa' fid-dinja tal-pastizzi tal-pizelli, tas-suf bit-tarzanell u tal-qassatat u qubbajd. Jintlaqa' bit-trasport pubbliku jitkaxkar u bil-wardens dejjem attenti, bil-kupoli u l-knejjes u l-kazini u l-pupazzi fil-parlament. Jintlaqa' biex jekk irid jaghzel li jaghmel parti minn din ir-realta' li tant inhobbu merhba bih. U jekk irid ukoll... belgha kinnie kiesha u borza twistees hadd m'hu ha jichadhielu.

1 Twegibiet ghal “Tolleranza”

  1. # Blogger Roderick Mallia

    it-tolleranza timplika ukoll rispett ghat-tradizzjonijiet u uzanzi ta' pajjiz.

    Dik li tbeżżgħani ferm lili u jkolli nammetti li taħraqni daqsxejn ukoll. Li ħafna drabi min jippretendi li jiġi ittolerat, ma jittollerax hu stess. Kif għidt tajjeb int stess, din għandha tkun xi ħaġa reċiproka; li tiġi miż-żewġ naħat. Biex tnejn minn nies jgħaddu minn passaġġ dejjaq, it-tnejn iridu jkunu illi jimxu flimkien, laġenba...  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.