
Nghid il-vera kont ferhan imma hasditni. Minn naha ma tantx tbellaht ghax mis-sena li ghaddejt nixxala maghha Bruges kont naf li fuq taghha u kapaci tasal takkwista dak li trid. Imma l-ghazliet taghha kienu qishom dawru d-dinja taghha ta' taht fuq... u bellhitni bil-pozitività li kellha go lehena. L-ebda dubju li kollox kien ser imur ghall-ahjar. L-ebda dubju li bidu gdid f'pajjiz gdid kien kull ma jonqos biex tkun kuntenta.
U dak il-hin qisni canfart lili nnifsi ta' kemm stajt inkun negattiv. Ta' kemm kapaci nahseb hazin u ninkwieta ghal xejn. Ta' kemm nivvinta ostakoli minghajr ma lanqas jezistu. U frahitlha u xtaqtilha kull risq qabel ma qtajt. "Keep in touch". U malli nizzilt it-telefon xorta ma stajtx ma nergax newden darba darbtejn.
Ghax nghiduha kif inhi... li titlaq kollox u tmur tghix Beirut xi riskju fiha.... hekk jew mhux hekk?
* ritratt intitolat "Beirut" mehud mill-gabra ta' ritratti ta' lifelaw fuq flickr
ghogbitni hafna din Jacques