Kont qed nisma' il-podcast ta' kuljum mill-BBC. Illum wahda mir-rappurtaggi specjali kienet dwar is-support tal-futbol fil-Bangladesh. Milli jidher, il-poplu Bangladeshi jinqasam fi tnejn waqt il-Werld Kapp - nofsu jzomm mal-verdeoro Braziljani u n-nofs l-iehor mal-gauchos Argentini. Xtrajt ukoll l-Economist li jaghlaq tal-gimgha li taghlaq illum u artiklu minnhom jitkellem dwar is-support qawwi li hemm ghall-Brazil gewwa l-Lebanon. Beirut tindbidel f'mewga ta' ahdar u isfar meta jasal zmien it-Tazza tad-Dinja.
Iktar ma naqra dwar dawn il-fenomeni tas-support madwar id-dinja kollha iktar qed jitkisser il-mit li Malta ghandna xi haga specjali. Xi haga unika. Din ta' Malta maqsuma bejn Inglizi u Taljani b'xi qatriet tedeski, francizi jew braziljani m'ghadhiex tinzilli bhala xi fenomenu uniku ta' pajjiz b'kumpless ta' inferjorita' f'dak li ghandu x'jaqsam mal-futbol. Iktar ma naqra u nifhem iktar ninduna li dak il-famuz argument ta' "ghax ma zzommx ma Malta? Mela m'intix patrijott?" huwa argument tal-ghoggieba.
L-ghoggieba ihobbu jaghmlu l-ghageb u jistaghgbu. Ghax tal-ghageb l-Ewrovixin u r-reunions mimlijin dmugh televiziv fuq Tista' Tkun Int! L-ghoggieba ihobbu l-argument null Biscardjan (minn Biscardi) bhal dak li gieli jitkewwes fuq Xarabank. L-ghoggieba x'iktarx jaqrawlek biss l-Orizzont jew in-Nazzjon. L-ghageb ihares lejn il-politika bhala estensjoni tat-tifo kalcistiku u ma jafx jiddifferenzja bejn il-Partit Nazzjonalista u l-FC Hararaw. L-ghageb jaqa' dejjem ghan-nassa tas-simplifikazzjoni tal-psewdopolitiku Malti. Kapaci jemmen li l-problema tal-imigrant hija l-radix malorum tal-komunita' u li l-iswed gej minn razza inferjuri.
L-ghageb ma jridx wisq biex tbellhu ghax ga qieghed nofs triq. L-ghageb jiskrupla ghax tkellmu bl-Ingliz. Ma jaghtix kaz il-fatt li taf titkellem daqstant iehor bil-Malti. Ghandu timbru lest ghal dak kollu li hu differenti ghax l-ghageb huwa l-iprem xempju tal-konservatizmu insulari.
U ghalhekk meta jarak ixxejjer dik il-bandiera hadra u safra jew hi x'inhi, l-ghageb dejjem se jitkaza bik, se jinjora realta' mondjali u jiggudikak bl-ghajnejn tal-ghageb li hu biss (u xi 400,000 ohra) ghandu.
Kull sena, il-Maltin jarmawlek presepju u fost l-ikar figuri popolari li ghandna hemm "l-ghageb tal-presepju". Dan jirraprezenta lil dawk li baqghu imbellha u bla kliem meta raw l-istilla biblika tieqaf fuq id-dimora tal-bambin Gesu'. Tghama bl-istilla u ma ndunax bl-avveniment inkredibbli li kien qed jigri. Ma marx iqim lit-tarbija. M'ghamel xejn. Kull ma kien jaf jaghmel hu li jistaghgeb. U probabbli l-ghada kont issibu fil-bar ta' Betlehem jistaghgeb u jtawwal l-istorja (fl-istess stil bhan-Nazzjonalisti kollha li kienu tal-Barrani - l-Inglizi ghandhom cajta dwar is-66. Jghidulek li kieku kull min qal li kien hemm kien qed jghid il-verita' allura kellhom bzonn xi sitt Wemblies. Huma ghandhom Wembley u l-PN ghandhom tal-Barrani).
Ghaddew elfejn sena' u l-ghoggieba ghadhom izabbu ma saqajna.
* Nota. Qabel ma jiehu ghalih xi hadd, din il-bloggata ma nkitbet bl-ebda riferenza ghal eventi jew diskussjonijiet li graw fuq il-blogosfera.

Ahna l-Maltin li nghidu Werld Kapp u bloggata niktbu wkoll poddata flok il-kelma podcast. ;-)
imma malta hemm gheruq storici profondi ghalfejn l-inglizi u t-taljani huma segwiti daqshekk... tinsiex, Malta mhux biss waqt it-tazza tad-dinja hemm dik il-qasma kalcistika... tidher ukoll kull sena fil-ligs domestici u c-Champions League, ecc.
Jien nahseb li l-futbol m'ghandu x'jaqsam xejn. Prova wiegeb din...
Ghaliex f'din il-gzira toqba l-Maltin qatt ma jiccelebraw xejn flimkien bhala pajjiz? Ghaliex dejjem maqsumin fi tnejn? Fi Tlieta?
Hu l-futbol lokali, il-werld kapp, il-futbol tal-klabbs internazzjonali, il-festi tar-rahal internament bejn zewg baned u anki bejn l-irhula, il-pulitka bejn il-partiti u anki internament fid-distretti, il-kumpaniji tal-karnival, it-tlielaq tal-8 tas-settembru (insejt x'jghidulhom bhalissa), etc etc etc? Anki l-eurovision, li forsi kienet l-unika haga li tghaqqad remotement lil sezzjoni kbira tal-pajjiz, spiccat bil-polemici u bil-programmi tal-Bondi+ "jinvestigawha".
Jien nahseb il-problema hi li jekk il-Maltin jaqblu fuq xi haga xorta jivvintaw fuq xiex jinqasmu fi tnejn biex jilletikaw. Kwistjoni ta' "us & them".
Fost l-ewwel klilem li qal Prodi lit-tim Taljan meta gew lura f'pajjizhom kien hemm "Grazzi talli tajtu raguni lil dan il-pajjiz li jhossu maghqud. Dan il-pajjiz li dejjem lest isib skuza biex jinqasam (divisionismo)" (paraphrased of course).
Nibqa' ninsisti li l-problema ma hix biss Maltija. Minn naha l-ohra l-problema titkabbar u ssir inspopportabli bil-prezenza tal-"ghoggieba" ikkultivati fl-ghalqa ta' l-injoranza insulari.
Kultant, man, il-pregudizzji u l-isterjotipi li tirraguna bihom bilkemm jitwemmnu. L-ghoggieba "x'iktarx jaqrawlek biss l-Orizzont jew in-Nazzjon"? Skond definizzjonitek Daphne tikkwalifika ta' "ghagba" u ghalkemm ma nafx x'gazzetti taqra nimmagina li l-artikli taghha stess fl-Independent taqrhom.