kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Folklor Urban

Ilni bi hsieb li nikteb sensiela ta' stejjer qosra bil-malti. Qatt ma rnexxieli inpoggi u nharbax erba' kelmiet. Fl-ahhar irnexxieli nikteb wahda u xtaqt naqsam din l-esperjenza maghkom. Tistghu tqisuha bhala prova generali. Iddecidejt li insemmi s-sensiela "Folklor Urban ghas-Seklu Wiehed u Ghoxrin". Ghalkemm it-tema generali ghada mhix fissa hsibt li nghaqqad ghadd ta' stejjer li ilkoll ikollhom moral. B'differenza. Id-differenza hi li l-moral li titqieghed fl-ahhar ta' l-istorja tkun tat-tip li ggieghel lill-qarrej jghid "X'ghandu x'jaqsam?"

X'ispirani? Forsi il-mod kif ahna ghandna habta niggudikaw malajr u nwahhlu proprju f'dak li m'ghandux x'jaqsam. Forsi it-tema li perennament tittikani - l-inabilta' tal-Maltin li jaghrfu l-inadekwatezza tal-mod kif inmexxu pajjizna, kif niehdu hsieb pajjizna - tinstab mistura f'dan il-moralizmu falz. Kif it-tort dejjem ta' xi haga li fl-ahhar mill-ahhar, jekk ngharrxu sew nindunaw li m'ghandhiex x'taqsam.

Jien ha nitfa' l-ewwel storja. Huma daqxejn twal ghall-blog imma l-ghan ahhari ma jinstabx hawn imma forsi fil-karta stampata. Ghiduli x'tahsbu.

1 Twegibiet ghal “Folklor Urban”

  1. # Blogger david

    L-ewwel wahda ghogbitni. Anzi, ghogbitni hafna.

    Dan l-ahhar sirt naf b'xi haga Maltizissima li jixirqilha storja qasira ukoll. Nahseb insemmiha Imma ta' l-Alternattiva, vera Hodor, Zepp?  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.