kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Djaletti u Lingwistika


Il-bierah kont qed nilghab il-biljard ma xi hbieb u hin minnhom spiccajna nitkellmu dwar il-Lussemburgizi. Owen skopra illi gewwa l-Lussemburgu jezisti fenomenu simili ghal wiehed li jezisti Malta. Mid-dehra hawn Lussemburgizi li jafu jitkellmu biss bil-Franciz u ma tantx ihobbu jaqilbu ghall-lingwa materna. Jinghad ukoll (ghax s'issa dan huwa kollu detto del detto) li meta xi hadd minn dawn jazzarda jiftah halqu bil-Lussemburgiz jingharaf minn mili l-boghod minhabba l-accent tieghu. Tajba din... anki go Lussemburgu hawn tal-Pepe'.

U din ta' l-istigma tal-pepe fakkritni f'argument iehor li kelli dan l-ahhar. Uhud minn fostna l-Maltin ta' Lussemburgu indunajna li meta inkun grupp imhallat - Maltin u mhux - hemm maggoranza kbira fostna li ma jaghmlux sforz jitkellmu b'lingwa li tkun komuni ghal kullhadd. Personalment din in-nuqqas ta' krijanza tqazzizni. Anzi tqallani. Filfatt sirt bla ma rrid nevita li nkun f'postijiet fejn hemm cans kbir li issir din il-pastazagni.

Forsi mhux qed tifhmuni. Din il-haga tigri meta ikun hemm talanqas persuna wahda li ma titkellimx bil-Malti. Erhilhom ipacpcu f'wiccha qisu m'hu xejn. Ghalxejn tigbed l-attenzjoni ta' dawk prezenti li mhux kullhadd ghandu l-unur li jpacpac f'ilsien Vassalli ghax wara xi sforzi b-ingliz imfarrak jergghu jaqilbu ghall-Malti. Jiddispjacini ghax hafna drabi dawn huma l-istess nies li meta jaqbdulek dwar 'tal-pepe' u kemm huma injuranti erhilhom jinsultaw. Erhilhom jghidu li imisshom jisthu l-iSlimizi u 'dawk mimlija inglizati'. Basta huma jafu jitkellmu bil-Malti. Ghax dak l-importanti xbin (u forsi jitfghulek xi dawgha bhala enfasi).

Imbaghad tasal ir-ridikolagni ta' gustifikazzjoni: "Mhux Malti jien? mela Malti nitkellem." X'injoranza jahasra. Il-lingwisti estremisti waslu biex holqu alibi bazwija ghall-barbari. Il-"barbaroi" dawk li ma jitkellmux hlief ilsienhom u jostru l-injoranza taghhom u l-biza taghhom ghall-ftuh wara premessa falza ta' patrijottizmu.

Ghax jien kburi li Malti. Kburi li naf nitkellem b'ilsien pajjizi u bl-ilsien li taghtni ommi. Ghax ma nhosx li qed nigri wara l-ilsien barrani jekk naghmel sforz nuza lingwa li biha jista jikkomunika xi hadd prezenti. Ma nhossx li qed nnqos mill-fedelta' lejn il-gbejna u l-pastizz jekk ghal xi mument naqleb ghall-ingliz u l-franciz jew it-taljan.

Hekk jew mhux hekk?

1 Twegibiet ghal “Djaletti u Lingwistika”

  1. # Blogger Maria

    Ħeqq, għandi kurżità kbira... dawk il-famużi "tal-pepe" fejn qegħdin? Minħabba fihom qabel ma niġi Malta kelli l-biża' li ħadd mhu se jkellimni bil-Malti. Fil-fatt però kważi Malti biss smajt u bil-Malti biss tkellimt ma' kulħadd u mingħajr problemi. (Imma kemm-il darba staqsewni kontx mit-Tunesija jew mill-Awstralja :P! Bħallikieku m'hemmx Ewropej li jitgħallmu lsien Vassalli...)

    Dwar il-Lussemburgu... Suppost li dak pajjiż trilingwi u li l-lingwa ta' l-iskejjel primarji huwa l-Ġermaniż, hux? U peress li pajjiż ġermanofonu (ukoll), imma mingħajr università, fl-universitajiet Awstrijaċi l-Lussemburgiżi jgawdu mid-drittijiet indaqs daqs l-istudenti Awstrijaċi. Issa, kif jista' jkun li s-siti Lussemburgiżi fuq l-internet huma bil-Franċiż biss? U li f'lukanda f'Belt il-Lussemburgu fejn ċempilt biex nibbukkja ħadd ma jitkellem bil-Ġermaniż? X'rwol għandha kull waħda mil-lingwi uffiċjali? Kelli l-idea li hemmhekk, peress li bil-Lussemburgiż ma nafx, se nkun nista' nitkellem bil-Ġermaniż. Mhux hekk???  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.