kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Schueberfouer


Gewwa id-Dukat waslet il-Festa. Il-pjazza tal-Glacis m'ghadhiex parking ghall-elf-u-wiehed karozza li s-soltu ikunu ippakkjati hdejn xulxin b'xehta ta' cimiterju tal-magni. Minflok il-karozzi hemm gostra kontra gostra. Il-fuq minn mitt gostra differenti ghal min ihobb igawdi mis-"sudden rush of blood to the head". Gostri li jdawruk rasek l-isfel, gostri li jixhtuk hesrem lejn l-art, gostri li jibghatuk fl-arja b'ghaggla inkredibbli. Gostri fejn it-twerzieq, il-qtugh ta' nifs, l-emozzjoni, il-pipi fil-qalziet u r-ramettar isiru haga wahda. Fejn il-limiti umani ta' rezistenza jissarfu fi pjacir allucinanti. U bejn saqajn dawn il-gganti mekkanici hemm kull xorta ta' kjosk. Gelati u gauffres (galletti), zalzett u kebab.

Il-Lussemburgu waqfet. Ghal ghaxar't ijiem ta' heden u genn ic-centru tal-attenzjoni tad-Dukat ghazzien huwa proprju ix-Schueberfouer. Nies jipparkjaw mili l-boghod u jaqbdulek il-minibus li tnediet attalapposta. Min jonfoqlok mijiet ta' ewri f'loghob bl-ixkubetti jew bil-qaws biex forsi jiehu lura xi trofew prestiggjuz bhal forsi xi pelouche (soft toy). Min jippreferi il-kjosk tal-birra u fruit de mer (frott il-bahar). Min lewa ghonqu wara lejl ihares il-fuq jara t-twerzieq ta' dawk lawdaci li jaghzlu li jittantaw il-limiti taghhom u jirkbu xi gostra. U r-regina tal-gostri tibqa' ic-cirku t-tond li jtellghek hemm fuq, kwazi tmiss mas-shab u tgawdi l-veduta tad-Dukat tahtek.

U nhar-il hdax tax-xahar jaghlqu l-festa b'pompa u maesta'. Loghob tan-nar minn fuq il-Pont vertiginuz imsemmi ghad-Dukessa Charlotte (incidentalment hemm tip ta' patata bl-istess isem!) ikun il-kulminu tal-genn kollu. Kullhadd ikun kuntent. L-adrenalina tieqaf tiggerra fil-vini u ningabru ghal xitwa kwieta u ibernazzjoni obbligata.

U dawk l-erba imgienen dilettanti tal-festa ikunu ga bdew jippreparaw ghal sena ohra. Meta l-gganti u l-ghajjat jergghu ikunu fosta u meta l-loghob tan-nar jerga jimla s-sema bil-kuluri kalejdoskopici.

0 Twegibiet ghal “Schueberfouer”

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.