Folklur Urban ghas-Seklu 21 (II)
0 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar domenica, settembre 24, 2006 at 11:23 AM.Numru tnejn: Kafe'
Rega’ fetah il-ktieb. L-gharaq kien niezel mal-genb ta’ wiccu. Ma kienx jaf minn fejn se jaqbad jibda. Il-werrej kien jafu bl-amment.. Ir-riha tal-kafe’ nawzeanti kienet bdiet tqazzu izda mhux daqs dik tal-incens indjan li kien xtara’ jumejn qabel u li kien qed jinharaq bilmod fuq il-mejda. Rega ipprova jibda mill-bidu. Ghax minn hemm l-ahjar li tibda. Il-hsejjes tad-dar billejl ma jghinux. It-televixin jaghti fil-bod kien donnu mixghul f’kamartu b’Peppi Azzopardi jghajjru kemm hu injorant. Ghalxejn jghidilhom ibaxxulu. Ghalxejn jispjegalom li l-iskiet irid ikun perfett, il-kafe’ qawwi u d-dawl ideali. Imma dawk qatt ma kellhom jistudjaw. Ma jifhmux. U l-ittri kull ma jmur jidhlu f’xulxin, is-sentenzi ma jaghmlux sens u minghajr ma jaf jintelaq f’holma kerha ohra. Dik il-holma li fiha jkun wasal jum l-ezami orali u ma jkun jaf xejn. Xejn.
***
>Momu. Momu. Ma smajtux il-bieb? Iftah isa. Nahseb tal-posta.
Fetah ghajn wahda. L-ohra kienet ghada imkahhla, maghluqa sew bil-fdalijiet ta’ raqda fil-fond u zgur ma kenitx se tinfetah minghajr ma joghrokha wahda sew kif haqqha. Madwaru seta' jilmah il-fdalijiet tal-gwerra tal-bierah. L-incens kien inharaq sal-qiegh. Il-magg tal-kafe’ kien ghadu hemm, xi pulzier il-boghod minn imniehru. Kollu imkahhal ukoll, bit-ticpis tal-kafe’ imdawrin ma’ xofftejn il-magg fejn bhalissa hemm dubbiena habrieka tizfen minn naha ghall-ohra probabbilment ikkargata b’doza qawwija ta’ kafeina. Gholla rasu bi ftit tbatija. Taht ghabtu u riglejh li kienu servew ta’ imhadda kien ghad hemm miftuh il-mishut ktieb. Il-pagna ma kenitx inbidlet.
Inhasad. Ghax bhal kull meta jhares lejn xi pagna tal-ktieb jghaddi minn mohhu farfett il-lejl ta’ hsibijiet hziena. Kull pagna ikun qisu qed jaraha ghall-ewwel darba. Bhal din il-pagna 23 li hawn spjegata quddiemu. Ma tistax tkun iktar accessibbli. Qieghdha hemm biex tiehu minnha. Imma hu xejn. Lanqas jiftakar jaraha x’imkien. M’ghandu l-ebda memorja taghha. La l-ewwel ittra tal-pagna u lanqas id-dizinn li hemm immarkat “Fig.12” ma jgibulu l-ebda memorji. Din il-pagna hija frustiera daqs kull cittadin fl-iktar villagg remot fl-eqqel tac-Cina. Ma setax jifhem. Kien ghadu kif ghadda lejl shieh jipprova jifhem. Jipprova jdarri ruhu jifhem. Jipprova jaghraf xi haga u jidra l-kontenut. Izda xejn. Minkejja d-disponibilta’ kollha tal-pagni, minkejja li zammewlu kumpanija ghal lejl shih flimkien mal-kafe’ u l-incens xejn.
Qisu qam b’hangover bi tfajla rieqda hdejh fis-sodda. Qisu l-ewwel reazzjoni kienet “Min il-madonna hi din?” U l-farfett il-lejl mimli bizghat baqa’ jittajjar go rasu. Ma jaf xejn. M’hux se jghaddi. U l-ugigh ta' ras tibda. Awtomatikament id tmur lejn mohhu. Tohrog karba minn fost il-bili maghquda gol grizmejn. “Ajma rasi”. U mill-boghod terga tinstema l-litanija li ghal mument kienet giet riklassata ghat-tieni prijorita’ f’mohh Momu...
>Momu. Sejjer tigbor dik il-madonna posta? Mela kollox irrid naghmel jien?
U johrog minn kamartu. Xaghru imzebbel. Bidu ta’ daqna tixhed nuqqas ta’ kuntatt mad-dinja barranija. T-shirt ta’ fuqu ilha erbat ijiem. Ghandha riha ta’ kafe, incens u gharaq. Il-boxers bilkemm ghandu bzonn il-lasku ghax jehel mieghu ma’ kull pass. Jasal sal-bieb. Jifthu u hemm jara wicc il-pustier bi tbissima ta’ iblah ferhan. Ghallinqas hu hekk sthajlu - iblah ferhan - ghax ma fehemx x’kellu daqshekk x’jitbissem dan il-hin ta’ filghodu.
>Bartolomeo Theuma. Ghandi pakkett ghalih. Hawn joqghod?
Laqqas wiegbu. Ghamel sinjal b’rasu. Gemgem xi haga u ivvibra ftit il-bili li kien ghadu ma helisx minnhom. Iffirma u rega’ dahal il-gewwa lejn il-kenn falz ta’ kamartu semi-imdallma. Lil ommu la qalilha x’kien hemm posta, la lissnila li kollox sew, xejn. Ma kellux aptit kuntatti mad-dinja ta’ barra. Inqas ma jisma u jara tant ahjar. Ghalih il-krucjata kienet se tkun l-istess. Il-ktieb ta’ quddiemu d-dragun u hu l-kavallier li b’xi mod kellu jissielet u jirbah. Izda s’issa kien qed jitlef u ma setax jitlef iktar hin. Diga hazin li raqad.
Forsi sewwa kien qallu Kampnari li bil-Proplus tibqa imqajjem. Imma Momu qatt ma kellu x’jaqsam ma dan-nejk. Illum tibda bil-Proplus u ghada tispara xi haga fil-vini. Le, nibqghu bil-kafe. U forsi illum jibla' tnejn minn dawk il-pirmli tal-ginseng. Kien hassu tajjeb bihom. Halli li xorta ma fehemx akka mill-ktieb dakinhar u kien sabbtu mal-hajt ta’ faccata imma insomma dejjem trid xi haga biex twennsek fil-mumenti ta’ genn.
Mawra sal-kamra l-baxxa kemm biex gismu jehles minn likwidi u semi-likwidi li kienu akkumulaw f’dak il-lejl ta’ taqlib. Il-purifikazzjoni tieqaf hemm u l-banju ta’ Momu ma kellux il-privilegg jisma l-ilma niezel dik l-ghodwa. M’hemmx hin. Jixghel il-kitla li qieghdha imwahhla ma socket hdejn saqajn is-sodda u jitfa erba kuccarini kafe gol magg inkallat. Jaghti harsa l-boghod mill-ktieb filwaqt li jimmagina strategija gdida ta’ kif se jibda. Filwaqt li qed ihawwad l-erba zokkor gol magg mimli kafe kremuz tigih l-ispirazzjoni.
Ir-riga... l-lapis. Iva r-riga tad-dixxiplina. L-ezattezza militari, ir-ritmu marzjali. Illum se jghaddi linja linja bir-riga u se jhozz bil-lapis taht kull bicca importanti tal-ktieb. Hozz. Hozz. Hozz. Il-hoss tat-thazziz bil-lapis jiggerra mat-tarf tar-riga kienet iggennen lil kwalunkwe individwu iehor. Izda mhux lil Momu. Dak il-hoss ghalih kien it-tnabar li qed imexxu l-armati ghall-gwerra. Kien qisu il-kornamuza Skoccizi li jafu ikunu irritanti izda jafu igibu l-kuragg. Ghax Momu kien iddikjara gwerra miftuha fuq il-ktieb. Come what may. No holds barred. You’ll never walk alone. U x’naf jien. Kellu jitghallem x’hemm gol-ktieb BILFORS. Anki jekk ma jifhmux. Anki jekk lanqas l-icken ness ma jorbtu lil Momu u l-ktieb. Anki jekk fil-futur l-istint Pavlovjan se jirrikjedi li kull darba li jissemma IL-KTIEB, il-mishut ktieb, Momu ikollu tikk nervuz filwaqt li n-narici tieghu jimtlew irwejjah koroh ta’ kafe u incens.
Ma kull sink li jinholoq bir-riga u l-lapis jerga’ jghaddi l-farfett il-lejl ta’ hsibijiet. Jghaddi moghbbi bin-numru ezatt ta’ sieghat privatijiet li mar biex forsi jifhem xi haga. Jghaddi bl-ammont ezatt ta’ liri li nefaq missieru biex batu l-privatijiet. Bl-ammont ezatt ta’ sieghat li ghadda barra l-klassi fejn kien tkecca fl-ewwel minuta minhabba espozizzjoni ta’ partijiet privati lill-Profs. Bl-ammont ezatt ta’ liri li ma kienx se jaqla jekk ma jghaddix u ma jiggradwax. Bl-ammont ezatt ta’ drabi li shabu kienu diga qraw il-ktieb. Bil-figura ezatta ta’ kilojiet ta’ kafe li kien diga belgha. U ahjar jghaggel ghax ghada l-ezami....
***
Il-kamra kienet zghira. Izda dan ma jimpurtax ghax anki l-ikbar kamra bhalissa ghalih kienet tinhass klawstrofobika. L-erba persuni quddiemu ma kienx jafhom. Suppost kellu ikun jaf lil dak tan-nofs ghax dak id-Dekan. Izda peress li d-dekan la jkun wara l-bar tal-parties ta’ nhar ta’ gimgha u lanqas qieghed fl-ewwel hdax tat-tim tal-futbol ftit kien hemm cans li jgharfu. L-istess diskors ghall-profs li gie minn barra u l-iehor li suppost huwa xi espert Malti. Fl-ahharnett hemm dak li suppost kien jghallmu. Dan ukoll ma kienx rah wisq. Imma din id-darba ma hix tort tieghu. Dan ftit kien jigi u d-drabi li gie kien spicca dejjem kecca lil Momu.
Quddiem l-erba maghzula kien hemm munzell karti. Wisq probabbli ghazla ta’ mistoqsijiet u rapporti dwar kull student. L-ghoqla fi grizmej Momu kienet qed tikber kull ma jmur. Il-farfett il-lejl kien ghadu hemm jiggerra go l-iswali vojta ta’ mohhu. Kien inghaqad mieghu ukoll serp twil li bhalissa kien qed jilghab bil-fondamenti ta’ l-istonku. Haga wahda kien jaf Momu... li ma jaf xejn.
Malli sema l-qanpiena iddoqq u ismu jinghajjat minn gol-kamra bilkemm seta’ jqum fuq saqajh. Ma kienx jaf jekk kenux l-erba espresso li kien ha mill-bar qabel ma gie jew kienx l-ghonq issikkat tal-qmis li ma kien jghin xejn f’din it-temperatura tropikali. Wasal bilkemm sal-kamra. Irnexxielu jislet tbissima minn bejn xufftejn issummati u jigbed is-siggu ghal tahtu bl-idejn inkallati bl-gharaq. Pogga dritt dritt u tefa' idejh ma xulxin qisu ha jibda' jitlob u qieghdhom bej kuxxtejh biex bhal donnu jahbi l-gharaq. Ittama li forsi ma jindunawx li kien nervuz jew li ghandu xmara gharaq niezla mas-sinsla ta’ daru.
Damu iparlaw bejniethom l-ghorriefa. B’dak it-tifel iccassat lejhom b’ghajnejh se jaqbzu l-barra, b’roghda li tidher sa minn spallejh u biz-zarbun tal-jogging mal-libsa bl-ingravata. Qishom hadu gost jarawh jitghawweg bl-agunija - bl-istenniija tal-ikkundannat sakemm taqa’ x-xafra harxa tal-giljottina li tikkundannak ghal hajja ohra fejn forsi ma taghmilx l-istess zbalji. Damu jahsbuha x’se jsaqsuh minn fost il-programm vast f’dak il-ktieb li kienu ghadhom kif ziedu fil-kurrikulu. Imbaghad fl-ahhar stenbah wiehed minnhom.
>Taqbel li skond it-teorija Superprofilattika Kuntrastata mat-Teorema Astratta Infinta gewwa Vacuum minghajr Batterija jew Indhil Barrani allura kull mibdi huwa mitmum?
Momu hares lejhom. Dak il-hin il-kafeina kienet lahqet ritmu mghaggel. Xtaq iqum jizfen fuq l-imwejjed. Xtaq jghajjat “Jien alazobbi mit-Teoremi Astratti”. Izda xi haga qaltlu ieqaf. Taqbel? Ma taqbilx? Iva jew le. X’affarijiet dawn. 50/50 din. Mela nitfaghha ghal-saqajha.
>Iva
U kollha jitbissmu kuntenti. Hadd minnhom ma tniffes. Hadd ma nduna li t-twegiba kienet azzardata. Anzi kienu ga lesti ghat-tieni domanda.
>Studjajtu D-Diskors Apostrofat skond it-Tieni Premessa tal-Arcidjakonat Interkontinentali minghajr Produzzjoni Zejda ta’ Materja Prima?
Rega ma fehemx. Dawn qed jitnejku bijja? X’il-madonna qed jghidu? Jien naf. Mela hawn xi kretin li se jghidilhom li ma studjax xi haga. Sadattant il-farfett il-lejl li s-soltu kien jghajjat “Ma taf xejn” issa kien libes libsa psikedelika, kien qieghed bilqieghda f’rokna ta’ mohhu ipejjep il-haxixa u jkanta “The Meaning of Life” minn Monty Python. Heqq ghidilhom mela. Li studjatha hux... mela li qatt tibla' l-ginseng u l-kafé?
>Iva studjajtha sew.
U kollha ghadhom kuntenti. Anzi qalulu prosit. Qalulu m’hemmx ghalfejn jistaqsuh dwarha jekk studjaha ghax il-logika hekk tirrikjedi. La jafha jafha, hux hekk? U daqt jghaddu ghall-ahhar domanda. U daqt jehles mill-hames minuti infern u jkun jista jmur jaqbad il-pitrolju u jaghti n-nar lill-mishut ktieb.
>Ghidilna mela. Theuma. Hux hekk jismek? Bartolomeo. Ghidlna ftit x’gieghlek tistudja das-suggett?
Ghajnejn Momu kienu se jaqbzu. Imtlew demm f’kull vina possibbli. Kien qisu barri lest ghall-attakk. Ried iqum u jsawwat lil kull wiehed minnhom li kien hemm bilqieghda quddiemu qishom imbecilli. L-kafeina kienet qed taghmarlu li jqum u jaghmel herba. Kien biss il-farfett-il lejl hippie li qallu relax u hudha easy. L-ikreh ghadda. M’hemmx ghalfejn ikunu jafu minn xiex ghaddejt biex ippruvajt iddeffes ktieb bla sens go mohhok. M’hemmx ghalfejn ikollhom hjiel tad-deni li kellhek gimaghtejn ilu. Deni ta’ ziemel fejn bdejt tispara teoremi bl-addocc waqt li kont rieqed. Hasra li malli ghadda d-deni ghadda kollox. Anki t-teoremi kienu tnaddfu bl-antibijotici qawwijja. Le. Tghidilhom xejn. Tinkorla xejn. Tbissem u irringrazzjahom ghax jifhmu.
>Iva Sir. Ghax inhobbu hux. Vera ghal-qalbi. Nixtieq dejjem nitghallem iktar.
U kuntenti kienu u kuntenti baqghu. Anzi kien qisu tellaghhom fuq pedistall. Taptpu fuq dar xulxin. Irnexxielhom jikkuntentaw student iehor. Irnexxielhom ifasslu gewwa student iehor l-imhabba ghat-taghlim. L-imhabba ghall-gharfien. Il-philo-sophia.
>Ghandna filosfu iehor. Prosit Theuma. Narawk sena ohra. Sellilna ghaz-ziju ta’.
U Momu qam bi tbissima falza izzarrat halqu. Hadilhom b’idejhom u hallilhom souvenir gharaq gol-palma ta’ idejhom. Bhalissa kellu bzonn kafe’. Kafe’ qawwi. Inkella jibza’ li gismu se jieqaf u jikkollassa.
0 Twegibiet ghal “Folklur Urban ghas-Seklu 21 (II)”