kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Il-Mewt

"Ara gej il-mewt ghalik biex jaqlik...."

Il-folklor Malti, bhall-folklor ta' kull pajjiz iehor, huwa mizghud bi stejjer u tradizzjonijiet dwar il-mewt. L-istorja ta' pajjizna tibda' bic-celebrazzjoni ta' bosta riti - tlugh ix-xemx, l-equinox (ekwinoss?), il-hajja, ir-rebbiegha u l-mewt. L-ewwel bnedmin li grew fuq kull art ftit damu biex gharfu ic-cirku tal-hajja u l-mewt - it-twelid fir-rebbiegha sal-mewt fix-xitwa u l-qawmien fir-rebbiegha ta' wara. Il-kult tal-hajja u mewt ma bediex mal-insara izda beda' hafna qabel.

Mingel il-mewt jidher kuljum fl-ahbarijiet li jhabbru mwiet madwar d-dinja u iktar qrib taghna. Izda lilna ma jolqotniex skond id-distanza geografika imma skond kemm hu qribna dak li jkun ghadda lejn id-dinja l-ohra. Huwa f'dak il-mument li nieqfu nirreflettu dwar il-mewt u x'se jigri wara. Jekk ghadux qed ihares lejna dak li ghadu kif hallina. Jekk hemmx hajja ohra wara din. Jekk il-qraba li telqu qablu kienux hemm jilqugh meta wasal.

U t-tradizzjonijiet ifuru madwar id-dinja - l-Egizzjani li qaflu l-mejjet flimkien mal-possessjonijiet tieghu, il-Vikingi li difnuh flimkien mal-armi u beni tieghu ghal godiment futur gewwwa Valhalla (mal-Valkiri), l-Jannissarju li kien jissielet bit-tama li hu ukoll imur fl-ewwel genna fejn isib il-harem ta' nisa lesti jtaffulu kull dieqa (imma hadd qatt ma saqsa lil dawn in-nisa jekk ridux ikunu parti mill-istess destin?), in-Nisrani li jemmen li niltaqghu kollha gewwa l-Wied ta' Josaphat sabiex tinqata' x-xorti taghna, u l-flus li jitqieghdu fuq ghajnejn il-mejjet f'hafna kulturi sabiex ikollu biex ihallas il-passagg ghad-dinja l-ohra. Kurjuza li mal-mewt tal-persuna inkunu irridu naccertaw ruhna li ghandu kull ma kellu bzonn biex jasal fejn ghandu jasal.

***

Illejla nitlaq lejn Etain - villagg zghir gewwa Franza. Sejjer nsellem lil Eugene ghall-ahhar darba. Lil Eugene m'ilnix nafu. Forsi sena u xi ftit. Li naf li kien bniedem ferriehi. Wicc li thalltu kemm ma Churchill kif ukoll mal-Papa Gwanni II. Iltqajt mieghu meta' kien qabez it-tmenin. Ghall-ahhar celebrazzjoni ta' gheluq sninu tajnieh ritratt tal-familja go frejm sabih. Kont kuntent li anki jien qieghed go fih. Kien laqaghni go familtu minghajr problemi. Ma kellu l-ebda inkwiet ghax jien barrani go Franza. Wara kollox fis-snin tletin kien ghamel l-istes vjagg hu ukoll. Minn Krakovja ghal Franza. Lahaq ezatt il-gwerra fejn - kien jirrakkonta b'dahqa - zgicca l-konfront ghax il-kumpanija tas-suldati li kien fija spiccat mghaffga bejn it-tankijiet Germanizi u l-fruntiera Svizzera. U spicca gewwa l-iSvizzera ghal tul il-konfront go Kamp ta' Rifugjati.

Niftakar l-aptit li kellu Eugene meta kien jiekol. Ma tobsorx li ghandu iktar minn tmenin sena. Mhux ghall-ikel biss imma anki ghal dik it-tazza inbid abjad li kien ifittex qabel l-ikel (proprjament kien ifittex it-tieni wahda ukoll imma Marcelle, martu, kienet twaqqfu hemm). Kellu memorja inkredibbli. Jiftakarlek episodji minn hajtu sa' l-icken dettall. Imma l-iktar li kien jolqotni kien il-fatt li dejjem kien burdata tajba. Bniedem ferriehi li kien gharaf li din id-dinja ma baqaliex x'toffri hlief il-pjaciri z-zghar li huma l-ikbar pjaciri. Tazza inbid, ikla mal-hbieb, gurnata xemx tal-harifa, in-neputijiet u t-tfal. Ma kont tara qatt xi tip ta' garr. Kien jistaqsi dwar affarijiet ta' zmienna b'kurizta' u minghajr dak il-hjiel ta' disgust li jaf ikollhom certi anzjani meta jitkellmu dwar "il-modern".

Inhossni ixxurtjat li ltqajt mieghek Eugene. Ghada gej insellimlek ghall-ahhar darba. Gej niehu sehem fic-cerimonja li qieghda hemm biex twennes lilna li ghadna hawn u mhux lilek li tlaqt. Ghax jiena zgur li l-wens li diga kellek hawn sibt hafna iktar minnu fejn tinstab issa.

Aghtih Mulej il-mistrieh ta' dejjem.

2 Twegibiet ghal “Il-Mewt”

  1. # Blogger Unknown

    JIEN UZAJT FTIT MINNHA GHAL PROGET  

  2. # Blogger Unknown

    thanks.keep up the good work  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.