Stat Kostrutt
6 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar mercoledì, ottobre 04, 2006 at 11:01 AM.M'ilux Mark silifni kopja ta' "Tghallem il-Malti f'Ghoxrin Lezzjoni". Qabzitli naghmel zbalji ovvji jien u nikteb il-Malti u ghidt li forsi b'dan il-ktieb hdejja inkun nista' noqghod iktar attent. Dalghodu ftaht il-ktieb ghall-gharrieda u sibt silta li laqtitni. Kienet silta proza mahsuba biex taghti ezempju ta' l-istat kostrutt. Ghogobni hafna il-kontenut - lil'hinn mill-istat kostrutt. Hawn hi ghal min jinteressah:
It-Taljani ghandhom qawl li jghid illi bniedem li ma johrogx minn art twelidu jkun twieled go sorra u miet go senduq. Hekk hu tabilhaqq. Bniedem li ma jafx hlief nies gensu u ma jafx hlief ilsien pajjizu u drawwiet niesu, ikun inghalaq fih innifsu, ma jkollu ebda esperjenza ta' kobor u gmiel artijiet ohra, u ma jkunx zviluppa l-fakultajiet tieghu intellettwali.
(Tghallem il-Malti f'20 lezzjoni, pag. 52, l-1 ed. 1982)
***
Il-Maltin go Lussemburgu, dawk li harbu minn-nassa (Hemm Prepozizzjonijiet li jinghaqdu ma' l-Artiklu. Ezempji: bil-; fil-; sal- (...) mill-; allura minn-?) tas-sorra u s-senduq, ma jghixux hajja bhal ma nisthajjel li jghixu l-Maltin tal-Awstralja. M'ghandniex xi komunità li taghmillek xi festa bil-vara jew xi laqgha tombla u ghana gewwa xi komun. L-aggregazzjoni tal-Maltin xorta tezisti. Ma hix haga hazina ghax kull nazzjonalità li hawn f'Lussemburgu topera b'dan il-mod xi ftit jew wisq. Imma niltaqghu b'mod kazwali. Daqqa tiltaqa' mat-tali u daqqa ma iehor. Xi kulltant jiltaqghu gaj Maltin. Bhal meta iccempel lil xi hadd biex tmur ghall-breakfast s'ghand il-"Maybe Not Bob's" u sakemm tasal hemm minn tnejn tkunu sirtu ghaxra. Kullhadd mal-mejda jirrakkonta x'gara matul il-gimgha li ghaddiet u liema bargains hemm bhalissa jew kif tbiddel il-vignette tal-karozza.
Jien m'ghandi l-ebda nostalgja ghal xi forma iktar organizzata tal-komunità. Iktar xtaqt li ikollna pub regolari fejn tiltaqa' minghajr ma taf u tixrob xi haga flimkien. Pub li jkun il-Home Away from Home. Li forsi ghandu televixin u li kulltant jgibilna xi haga minn tad-dar. Fejn naf, forsi xi Kinnie u pakkett Twistees. Sal-bierah kont ghadni infittex. Imma l-bierah mort sat-Tverna ta' Belair ma' Brian u l-pa. Gie d-diskors mas-sid dwar dan il-vojt illi ghandnau hadt gost meta wiegbet li lesti jadottaw il-komunità Maltija.
Issa ghandna d-dar il-boghod mid-dar. Jonqos nara kif ha naghmel biex nordnaw ammonti industrijali ta' Kinnie u Twistees. U li norganizzaw l-ewwel Quiz Night Maltija. Ejja ha mmorru!
(ritratt: it-Tverna ta' Belair - mill-gemb mehud minn Mappy.com)
Sabiha l-idea.
La 'jiftah' il-"Valletta Bar" ghiduli ;)
La nohorgu applikazzjonijiet ghall-bruxelljani nghidulek ukoll :)
Jien kieku insemmih "I can't believe we're not in Australia" mhux "Valletta Bar".
hehe.
ahna diga ghandna wiehed hi... (hawn pizzeria li hi mhux biss maltese-owned imma l-pizzajol malti) - bis-serjeta!
gybexi, liema hu l-post fejn hemm pizzajol Malti?
Jiena żgura 100% li l-forma korretta hija "min-nassa" u mhux "minn-nassa", biss ma nsibx minn fejn nista' nikkwota regola ċara u tonda. Li huwa żgur hu li fil-każ tal-prepożizzjonijiet "minn", "għal", "bħal" u "lil" għandna nevitaw tliet N (jew L, R, S,...) wara xulxin. Fit-"Tagħrif fuq il-kitba Maltija" fit-taqsima "Il-prepożizzjonijiet" (paġna 187) hemm tavola, u bħala eżempji (għat-tielet kolonna) jingħataw il-forom: bħal-labra, mar-raġel, mis-sitta, min-nazzjon, biċ-ċiċri.
Saħħiet
Maria (li għad għandha bżonn aktar minn 20 lezzjoni)
anonimu - fuq ix-Chaussée de Louvain - hdejn ristorant jismu La Puglia...