Stejjer ta' Nasr Eddin (III)
0 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar martedì, dicembre 12, 2006 at 5:41 PM.Djalogu fuq Xifer Xmara
Jum minnhom, Nasr Eddin iddecieda li jmur jahsel hwejjgu gewwa x-xmara. Moghni b'sapuna imdaqqsa, bl-ixkupilja u l-broxk intelaq joghrok u jaghsar daqslikieku kien hassiela.
X'hin lesta' l-hasla, firex il-hwejjeg fl-ghalqa ghax-xemx izda ix-xorti riedet li jinfethu l-ismewwiet u tibda maltempata: lozor, bicciet, qomos… kollox intela' tajn… ikollu jerga jibda mill-bidu.
L-ghada, Nasr Eddin jerga jixtri sapuna ohra u jerga jibda' x-xoghol. Kollox ta' xejn ghax fid-daqqa u fil-hin terga tizbokka maltempata ohra. U l-jum ta' wara l-istess haga.
Fir-raba' jum Nasr Eddin ghadu max-xmara jistinka, f'nofs maltempata ohra, meta jasal wiehed minn shabu:
- Hares l'hawn, jghajjat il Hoga b'hanxra daqsiex (minkejja li lanqas ma hu qieghed tlett passi l-boghod minnu), qed nuza l-gobon biex nahsel.
- U bil-gobon il-hwejjeg jitnaddfu? Jistaqsih siehbu imbellah.
- Jiena nitnejjek mill-indafa, jien irrid hwejjeg niexfa, jerga jghajjat Nasr Eddin.
- Qatt ma kont nisthajjel li l-gobon kapaci jtella' daqshekk raghwa, jwiegbu siehbu… iktar imbellah minn qabel.
- Ghalaq halqek imbecilli, qallu inkorlat Nasr Eddin.
0 Twegibiet ghal “Stejjer ta' Nasr Eddin (III)”