kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Morna u Gejna

L-ewwel darba li smajt xi hadd jirrakkonta dwar btala gewwa New York kelli xi sitt snin. In-nannu Guzeppi u n-nanna Karmena kienu ghaddew vakanza gol-belt li ma torqod qatt. Ftit niftakar mir-rakkonti taghhom. Iktar niftakar ghajnejn in-nannu, b'dik il-harsa il-boghod qisu halla xi haga warajh gol-belt. Waqt li dawwar il-kuccarina got-tazza te' bil-lumi li tant kien jehda jixrob kellimna dwar il-kobor. Dak laqtni l-iktar. Ta' tifel li kon,t l-aggettivi ta' kobor, gholi u immensita' kienu xi haga gdida. Niftakar biss ir-rakkont dwar l-iStatue of Liberty (Statwa tal-Helsien ma' ddoqqlix - lapsus politiku). Id-dghajsa sal-gzira tal-istatwa... il-veduta mill-gholi ta' rasha... dak niftakru jiddeskrivih.

In-nannu kien ihobb iharbex djarju zghir tal-mawra taghhom. Naf ghax darba (u tistaqsunix fejn) rajt xi siltiet minn dan id-djarju qasir. L-impressjonijiet tieghu kienu differenti. Iktar hsiebu jghid ma min iltaqghu, kemm stennew u kemm hin damu biex waslu. Iktar hsiebu biex jiddeskrivi il-emigranti li iltaqghu maghhom (ovvjament kugin ta' dak u tifel ta' l-iehor). Kamera tar-ritratti ftit uzaw. Dak iz-zmien li issa jidher imbieghed kien iktar importanti li tgawdi n-nies li tiltaqa' maghhom.

In-New York li rajt jiena hija ferm differenti minn dik li ra n-nannu. Veru, din hija n-New York ta' wara 9/11. Fejn il-liberta' tigi sagrifikata fuq l-artal tas-sigurta'. Fejn il-queue hija l-ordni tal-gurnata u l-ordnijiet tal-gurnata johrogu minn elf halq pulizija biezel. Imma anki ahna inbdilna. Dak li infittxu illum fl-2007 huwa differenti minn dak li fittxew ta' qabilna fit-tmeninijiet. Ritratti hadna hafna. Muzewijiet kemm trid. Ristoranti iktar u iktar. Meta iltqajna mal-habiba ghawdxija li tghix Long Island kilna ikel internazzjonali u mhux xi timpana u ross il-forn. Ingorru t-timbru Malti maghna imma mhux bl-ikel, mhux bil-laqmijiet u bil-harsa li kellhom Toto u Peppino meta telghu Milan. Inbdilna... imma forsi bqajna l-istess.

Ghax wara kollox kemm jien u kemm Guzeppi m'ghandniex x'naqsmu ma dal-poplu li zorna. M'ghandniex dak il-genn biezel fid-dinja tal-alla tal-flus. M'ghandniex fissazzjoni fil-kobor. M'ghandniex konvinzjoni li l-verita' taghna hija it-tajba. M'ghandniex dik l-idea li Alla qieghed maghna u maghnba biss.

U kif qed nitkellmu dwar Alla. Guzeppi ilu li halliena u mar fl-aqwa vakanza minnhom. Ma nafx hux izomm djarju dwar dan il-vjagg etern. Ma nafx ghandux kamera tar-ritratti halli forsi, jekk ingib ruhi sew hawnhekk, u jekk qatt niltaqghu, jurini x'ilu jaghmel hemm fil-Belt tar-Raqda ta' Dejjem.

Ghax hemm xi positijiet li nzuru... imbaghad nergghu nigu. Imbaghad hemm ohrajn... fejn la mmorru nibqghu hemm ghal dejjem.


***
Dedikata lil Guzeppi Zammit, Xewki minn Ghawdex li halliena s-seklu l-iehor imma lahaq qabbadni l-aptit li xi darba nara New York. Kellek ragun nannu. Sabiha l-Belt imma bhal Ghawdex m'hawn xejn!

1 Twegibiet ghal “Morna u Gejna”

  1. # Blogger Pierre J. Mejlak

    Bloggata helwa, Jacques. Hadt gost naqraha.  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.