M'ilux ftakart f'esperjenza li kelli meta' ta' seba' snin ftit wara li ghamilt l-ewwel tqarbina. Bhala cittadin Ghawdxi transfrontaliére li kien jattendi l-iskola primarja Malta inzerta li ghamilt l-ewwel tqarbina darbtejn. L-ewwel darba gewwa l-iskola Stella Maris gurnata wahda f'Gunju li nibqa' niftakarha ghan-numru ta' missirijiet li dahlu ghall-quddies jisimghu r-radio halli jsegwu il-loghba tal-Italja waqt Espana 1982. It-tieni darba ghamiltha gewwa d-djocesi Ghawdxija taht l-ghajnejn l-Isqof t'Ghawdex gewwa il-Knisja ta' San Pawl Marsalforn. Nahseb kien Settembru - ghax l-Isqof kien jinzel Marsalforn iqaddes fl-okkazjoni tal- festa ta' Marija Bambina.
Waqt l-event spettakolari gewwa Marsalforn kont se nkun liebes suit sewda bis-sidrija b'kollox, zarbun iswed tal-alakka bil-kalzetti bojod kif tixtieq il-misthija eterna, bagg (badge) forma ta' fjura bi xbieha ta' xi Madonna minnhom u xahri imcappas ma' rasi bil-ferq fil-genb. Ovvjament l-ghazla ta' suit sewda mill-genituri fissret li kont nispikka fost il-hafna gabriet ta' bizzilla bajda li kienu se jiccelebraw l-event majestuz mieghi.
"Qalb imqaddsa ta' Gesu... li berikt it-tfal ckejknin"
Xi gimghat wara l-event kien hemm okkazjoni ohra monumentali f'hajti. Minhabba li minn meta bdew ifaqqsu s-snien gewwa halqi inzertaw kollha jiehdu direzzjoni ghal rashom minflok ma jikbru ghalenija, u minhabba li mid-dehra kelli sovrapopolazzjoni ta' snien ghall-halq zghir li ghandi - l-egregju Dottor Dentist farabutt lupp uman Zammit tal-Mosta kien iddekreta li kelli nilbes apparat mekkaniku maghruf bl-ingliz bhala brace u tradott b'mod simplifikattiv bhala hadida. Dan l-apparat kien jikkonsisti f'hadida iddur man-naha ta' barra tas-snien ta' fuq li kienet tehel mas-snien ta' wara b'forma ta' klipp. Il-qafas kien komplut b'forma tal-plastik antipatika li kienet tkopri s-saqaf ta' halqi.
Lanqas irrid niftakar il-mizerji li qlajt lil ommi u missieri bhala budding hypochondriac. Bejn finti ta' qtugh ta' nifs, fainting spells denji ta' kotba tan-nisa u tgheddid ta' suwicidju kont bilmod ilmod drajt nilbes il-mishut apparat. Filghaxija kont inhallih go tazza hdejn is-sodda stile id-dentiera tan-nannu - wara li kont innaddfu mill-varji loqmiet ta' laham u ikel li kienu wehlu go fih matul il-gurnata.
Nergghu immorru Ghawdex.. xi gimghat wara l-ewwel tqarbina celebrata solennement. Kont ghadni ma nafx dwar il-futur celijaku li kien ser ibeghdni ghal dejjem mill-ostja minhabba l-kontenut gluteniku taghha. Kienet lejla ta' maltemp mizghuda bix-xita u rih li jaf isebbah il-port ta' Marsalforn. L-arja kienet mimlija bir-riha tal-melh tal-bahar u l-hitan tal-Knisja kellhom dik l-ghamla impressjonanti li thassbek li minn mument ghall-iehor se jsiru trab. Morna l-quddiesa tal-hamsa u nofs (nahseb) man-nannu Gorg, in-Nanna Polly u z-zija Rachele (li kellha habta tinsa l-kliem tal-innijiet u tifqaghni bid-dahk).
"Dan huwa l-haruf divin, veru hobz tal-angli"
Wasal il-mument fatidiku fejn skond il-missalin il-gemgha ta' fidili toqrob lejn l-artal sabiex tircevi lill-iben Alla li sar bniedem u li bhalissa qieghed fil-forma transubstanzjata tant ghaziza ghall fidili fuq imsemmija.
"Mis-sema jinzel kuljum, nadurawh flimkien"
Kont qieghed bilqieghda wara l-orgni elettriku li kien idoqq certu Jonathan b'destrezza dizarmanti. Kien ikollok toqghod attent int u hiereg ghat-tqarbin taqbez il-wajers u l-plaggijiet antiki bid-dawl mikxuf (tghid jixxokkja?) u tghaddi vicin tal-superfidilissimi - ringiela nisa' xjuh lebsin l-iswed ghax r-ragel taghhom ilu mejjet xi tmien snin u kollha rigorzament b'sidirhom jibda kwazi minn qaddhom (imma xorta enormi) - koz x'memorji strambi....
Dhalt fil-filliera tal-fidili lesti biex jitqarbnu. Dak iz-zmien konna ghadna la antika...titqarben direttament f'halqek u titlob li ic-celebrant ikun segwa rigorozament il-gwida ekklezjastika u hasel idejh qabel ic-celebrazzjoni. Nasal quddiem Dun Marjan li b'nuqqas ta' solennità u b'ton zbrigattiv jintona "Il-Gisem ta' Kristu"...
... l-ostja taqa' f'halq is-sottoskritt qabel ma jkun hemm cans tal-Amen... il-halq jinghalaq sabiex jospita l-Mulej taht is-saqaf tieghu... u hemmhekk tibda t-tragedja. Il-mekkanizmu tal-hadida jiskatta.. ghal xi raguni l-hadid jisserra mas-snien u l-plastik titkahhal mas-saqaf tal-halq. Paniku. Dmugh instantanju u anki ghajta awtomatika ta' genn.
Nikkontemplaw ix-xena mela l-ahwa... Dun Marjan ihares mistghageb lejn in-neo-imqarben, is-superfedelissimi kollha jiskantaw lejn it-tifel li mill-perspettiva taghhom jidher li kellu reazzjoni hazina wara (radd ta' slaleb) li tqarben, l-organist jieqaf u jikkontempla (a) is-superfidilissimi u r-reazzjoni taghhom li qishom raw ix-xitan in persona (jew in diabolam) (b) il-bzonn ta' ghajnuna li ghandu ovvjament it-tifel.
Hemmhekk jidhol in azzjoni superAnton maghruf ahjar dak iz-zmien bhala Pàpà u b'manuvra mghaggla idhhal idu go halq it-tifel imwerwer u inehhi l-ostja li s'issa wehlet mal-plastik ta' saqaf halqu. Wara sessjoni zghira ta' ezercizzji tan-nifs u ikkalmar generali tal-popolin il-frak tas-suddetti hobz divin inbelghu min-neo imqarben minghajr dannu iehor.
Ghal xi granet wara dan l-event indunajt li s-superfidilissimi kienu jaccertaw ruhhom li ma jkunux wisq vicin tieghi waqt il-quddies. Hasra li ma kenux jafu li r-reazzjoni tieghi ma kenitx wahda satanika imma mekkanika ikkawzata mill-apparekkju imwahhal mill-lupp uman. Insomma... ftit domt inbaghti b'dawn il-problemi ghax wara ftit drajt innehhi l-hadida qabel ma nitla nitqarben.
Kullhadd kien kuntent u l-hajja xitwija go Marsalforn setghet tkompli minghajr wisq ingombri sataneski.
Nghaddu mela ghal Innu numru 67 - Nersaq Lejn L-Artal.
Sahhiet.
Nota: Din l-istorja qed tidher ukoll fis-sit il-gdid ta' Kinnie & Twistees. Tinsewx taggornaw il-links taghkom ghal dan is-sit. Jumejn ohra u nieqaf intella' stejjer fuq blogger (10 ta' Marzu).
Hello, Staġun tal-Festi qiegħed hawn mill-ġdid, dawk li bbenefikaw minn għandna għandhom joħorġu u jagħtu xhieda dwarna u dawk li ma kisbux self mingħandna għandhom jikkuntattjawna issa.
Introduzzjoni Ftit dwar ruħi.
Jisimni Claudia Klein, jien Ġermaniża u nirrappreżenta l-Spotcap Global Financial Services. Aħna nwettqu kull tip ta 'self b'rata sussidjata ta' 3%
Għandek bżonn Self Biex Tikkonsolida d-Dejn Tiegħek qabel tmiem is-sena?
Għandek bżonn self biex tibda negozju jew tespandi n-Negozju li jfejjaqek?
Għandek bżonn self għall-vaganza?
Għandek bżonn self biex tixtri karozza jew dar?
Għandek bżonn self biex tibda Proġett ġdid jew Imla l-proġett kurrenti tiegħek?
Huma x’inhuma r-raġunijiet u jista ’jkollok bżonn flusek. Hawn hu s-soluzzjoni għall-inkwiet finanzjarju tiegħek.
Il-Partijiet Interessati Għandhom Ikkuntattjana Għal Aktar Informazzjoni Via E-mail: | spotcapglobalservices@gmail.com | jew ibgħatilna messaġġ fuq WhatsApp: +4915758108767 |
Meta tasal biex tissellef online, aħna affidabbli ħafna u ta 'min jafdaha, Huwa importanti ħafna li Taħdem mal-Kumpanija t-tajba. Aħna Ngħinuuk Iġġib l-Aqwa Rata Għall-Self Tiegħek Irrispettivament Mill-Kreditu Tiegħek! Jekk Qed Tfittex xi tip ta 'self, aħna l-kumpanija t-tajba għalik biex tikkuntattja.
Ikkuntattjana Illum Għal Aktar Informazzjoni dwar l-offerta ta 'self tagħna permezz ta' din l-E-mail: | spotcapglobalservices@gmail.com | jew ibgħatilna messaġġ fuq WhatsApp: +4915758108767 | & Irċievi Tweġiba Immedjatament.