Tghix go Lussemburgu u tissieheb mal-klabb tal-bard. Il-bard issir haga kwotidjana. Li thares lejn it-termometru filghodu u jindika hamsa taht iz-zero u ma tistaghgibx hija parti mill-Lussemburgifikazzjoni. Stramba ghall-bidu. Iddum ma tinduna kemm dahlet gos-sistema din l-idea. Sakemm tqum xi darba filghodu. Tohrog barra u tghid bejnek u bejn ruhhek li illum bnazzi ghax qieghda grad fuq iz-zero. Sahansitra tittanta tilbes in-nuccali tax-xemx.
Illum mort ippruvajt post gdid ghall-ikel sabiex nahrab mill-canteens kommunisti istituzzjonali. Spiccajt got-Tverna ta' Belair. Ilhom sena' miftuha u ghandu x'jghidli li ha nsir "regular". Hitan mizbughin homor homor. Ritratti ta' isdra u srum femminili fl-abjad u l-iswed mal-hitan. Xejn isbah biex iqabbdek l-aptit. Muzika Kubana u menu varjatissimu bi platt specjali ghal nofsinhar kuljum. Sibtu posti. L-iktar haga li toghgobni dwar dan il-post huwa il-mod spavald kif jaghmel il jista' biex inessi il-bard barrani. bejn il-hitan homor, ir-ritratti ta' igsma fil-ghera u fliexken ta' rhum u caipirinha tinsa' li barra l-art ghada bajda bis-silg. Tidhol fl-ambjent shun u ghal mument tisthajlek go speci ta' trijanglu ta' bermuda f'nofs Lussemburgu.
U filghaxija jiftah ukoll u qieghed pass mid-dar. gawdejt wisq. L-ispirtu sahan u l-qalb kompliet il-melodija ferriegha li donnha qabdet ir-ritmu dawn l-ahhar jiem. Il-pjacir li tghix u ssib il-pjaciri zghar tal-hajja. Kullimkien qieghdin. Anki fl-eqqel bard li jaf joffri id-Dukat.
Kull ma jonqos Kinnie u pakkett twistees.
Li thares lejn it-termometru filghodu u jindika hamsa taht iz-zero u ma tistaghgibx hija parti mill-Lussemburgifikazzjoni.
Brrrrrrrrrrrrrrrrrrrrrr (!)
Wara sitt snin ngħix fin-nofsinhar ta' l-Ewropa naħseb li se nbati meta nasal hemm fuq. Il-bard qatt ma stajt għalih.
Naqbel wisq mal-konklużjoni tal-bloggata, il-pjaċiri żgħar tal-ħajja kullimkien issibhom, basta tfittixhom. Issibhom saħansitra fil-perfida Albione...
M'hawnx għalfejn ngħidlek li Kinnie&Twistees diġà sar wieħed mill-bloggijiet favoriti tiegħi. Qed nieħu aktar gost naqra dan milli J'Accuse. Mhux biss għax bil-Malti, hija wkoll kwistjoni ta' stil.
Saħħiet
U biex inkun għedt kollox... forsi K&T jogħġobni aktar għax meta tikteb bl-Ingliż tinstema' daqsxejn aktar patronizzanti...