kinnie & twistees

prodott ghawdxi


Les Mauvaises Habitudes


Tghix barra u tibdel il-perspettiva. Din hija wahda mit-temi ta' dan il-blog li ghazilt li nibda nikteb bil-Malti. Jidher li s-suggett huwa inqas interessanti mill-akkuza ghax hawnhekk il-qarrejja qajla jilhqu il-hamsin kuljum. Però dak mhux l-iktar haga importanti. Important li nesprimi ruhi bl-ilsien li tatni ommi ha ma nitilfux. Il-krizi lingwistika ilha timmanifesta ruhha u mohhi sar burdell ta' vokabularju imhallat fejn il-kelma tadotta indipendenza assoluta u tirrifjutà kull sens ta' nazzjonalità. Bilmod jinholoq metalingwagg fejn kull ghal kull kuncett tintaghzel biss kelma wahda mill-menu possibbli. Dan ga tkellimt dwaru qabel... dexetti (zibel), delai (deadline), u pressat (mghaggel) jiguni f'mohhi issa.

Il-haga hi li sal-metalingwagg tibqa' konxju. Tkun taf li l-kelma li uzajt mhux qieghdha f'postha. Hemm affarijiet ohra li huma iktar profondi. Il-valuri u vizzji li ingorru maghna minn pajjizna. "Ghax imdorrija naghmlu hekk". Ghal bidu li tkun wasalt f'pajjiz iehor tikkritika "kif jaghmlu dawn" - "kif jaghmlu go Lussemburgu". Affarijiet zghar ghall-bidu - hinijiet ta' l-gheluq tal-hwienet, x'jinbiegh ghand l-ispizjar, fejn jahraw il-klieb. Dawk id-differenzi l-ewwel li johorgu. IMbaghad, kull ma jmur tibda tinduna b'differenzi ohra li ghal bidu ma kienux ovvji. L-etika socjali, l-interazzjoni, id-dahk jew nuqqas tieghu, il-politika. Dawk ukoll huma parti mid-DNA socjali. Dawk ukoll ivarjaw.

Niftakar li Ficarra e Picone, zewg kummiedjanti Sqallin ta' kwalità prima ghandhom sketch dwar dan. Wiehed ikun mar l-iSvizzera u ghal bidu jitkaza b'kemm hemm indafa. Imbaghad jghid lill-iehor li wara hafna zmien jghix hemm kienu adattaw rwieghhom. GHax anki l-isvizzeri kienu bdew jarmu l-karti mal-art u ibulu fil-kantuniera. S-satira tezigi li l-adattazajoni isir bil-kontra meta fil-verità l-isqalli kien isir xi ftit svizzeru.

U aihmè xi ezigenzi Lussemburgizi bdew jintisgu fid-DNA tieghi. U kull tant dak li huwa normali f'pajjizi m'ghaudx jidher tant normali ghalija. Li naccettaw problemi ta' traffiku, ta' zvilupp eccessiv, hofor fit-toroq u politici jitnejku bina ma tibqax haga ovvja imma tidher ostinatezza inutli. U illum biex hsibt f'dan kollu kelli nara artiklu fit-Times jirraporta x'gara fil-qorti. Aqrawh hawn ghax ekk naghmel link jisparixxi wara xahrejn:

Conditional discharge
A man was conditionally discharged for three years after he admitted to employing three men illegally in an attempt to "help" them so they would not lose their right to unemployment benefits. Magistrate Jacqueline Padovani Grima heard Paul Cutajar, 45, of Luqa plead guilty to employing the three men without a workbook, failing to pay money due in social security and defrauding the government between January and July 2003.

The magistrate heard how Mr Cutajar did not make any gains out of his actions which were an attempt to "help" the men who would seem unemployed and therefore not miss out on unemployment benefits. The magistrate recommended that Mr Cutajar does not lose his job.
Police Inspector Angelo Gafà prosecuted.


Mela' jekk qrajtuh sew l-artiklu forsi indunajtu intom ukoll kif tahdem il-gustizzja f'Malta. Bazikament, il-Magistrat Padovani Grima ikkunsidrat il-fatt li Cutajar iddefrawda (hexa) lill-gvern u t-tezor ta' Malta bhala xi haga pozittiva ghax ghamel dan bl-intenzjoni kristjana li jghin lill-ghajru jidher li huwa unemployed meta fil-fatt kien qed jaqla l-flus.

Qed tifhem? Cutajar impjega lil dawn in-nies minghajr ma iddikjarahom sabiex huma ikunu jistghu jibqghu jidhru li m'ghandhomx xoghol u jaqilghu c-cekk tal-ETC. Sadattant hu kien ihallas biss lilhom minghajr taxxi u boll u x'naf jien. U ghal dal-isforz kollhu Cutajar rebah rakkomandazzjoni li izomm xogholu.

Helwa wisq. Issa spjegali kif wiehed jigi lura Malta wara zmien go pajjiz b'amministrazzjoni superstretta u ma jkollux xokk kulturali. U leee.... imnalla hemm il-Kinnie (overrated kemm trid) u t-Twistees inkella hawn nibqghu bid-Diekirch u s-Sauerkraut minflok. U hallina ha!

1 Twegibiet ghal “Les Mauvaises Habitudes”

  1. # Blogger Antoine Cassar

    Taf minn xiex qed nibża' Jacques... il-Malti tiegħi sa ċertu punt diġà huwa 'artifiċjali' għax nofsu mixrub mit-tfulija u n-nofs l-ieħor mitgħallem wara sforz konxju, biex ma nsemmix dan l-imbierek aċċent (avolja m'għadux spikkat daqskemm kien). Issa li se nkun expat nibża' li nispiċċa nitkellem Malti artifiċjali għall-aħħar u nħalltu mal-Français jew lingwi oħra ... min-naħa l-oħra billi se nkun qalb komunità Maltija probabbli li nitkellem aktar Malti hemm fuq milli nagħmel hawn isfel, fejn naqta' l-biċċa l-kbira tal-ħin waħdi. Issa naraw... jew nispiċċa nitkellem il-Lussu-Malti (il-Malti ta' dawk li jgħixu fil-Lussu (!)...)

    Tinsiex tordna l-Kinnie u t-Twistees... inżommok infurmat dwar id-dati.  

Posta un commento


Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.