Hedla, Wens u Ziffa
1 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar venerdì, maggio 26, 2006 at 9:10 AM.Xi zmien ilu t-Twanny kien il-Lussemburgu u intfajna nitkellmu fuq l-ekwivalenti Malti tal-kelma "Zen". Proprjament ma kienx l-istess kuncett ezatt bhaz-Zen. Ghax iz-Zen huwa Orjentali - jehtieg organizzazzjoni u dixxipplina. Il-qaghda estatika ta' Malta tintlahaq f'gurnata sajfija. Generalment se tintlahaq wara' nofsinhar wara li jkun iddedika l-ghodu minn l-ghabex sat-tokki tal-mezzodi' ghall-hruq tal-ftit energija li jiggenera il-metabolizmu mediterran. Ma dawn it-tokki li daz-zmien saru jeghrqu gewwa l-hoss tal-kwazimetropoli Maltija, il-Malti jerhila lejn il-post ta' mistrieh ta' l-ghazla tieghu.
L-ispanjoli isejhulha l-i"siesta". It-taljani jisirqulek il-"pisolino di mezzogiorno". Ahna ma nsejhulha xejn... ghax nisirquha. Tradizzjoni li kellna ghalfejn inkunu kburin minnha - tradizzjoni ta' serhan logiku illi huwa konformi man-necessitajiet ambjentali - kellna nishtuha bit-tabu' tal-"ghazz" illi impurtajna mill-pajjizi industrijali li sfruttaw lil kull min felhu sabiex jkunu jistghu jiehdu "afternoon tea" minghajr ma jtellifhom hadd.
Imma insomma. M'ghandhiex isem. Imma ghandha hafna elementi necessarji sabiex tissussissti. Biex tilhaq iz-Zen Malti irid ikun hemm sens ta' "hedla". Il-hedla hija it-telqa estatika konsoni mal-hoss tal-gurat u tac-cicala. Hija telqa ta' min jaf li ghad baqaghlu hafna x'jaghmel imma s-sakra tas-shana u nuqqas ta'energija tohloq impediment irrazzjonali lejn kull tip ta' sforz. Il-hedla thallik tintelaq fiha bhal ma tinfexx go xi bott nutella meta' tkun weghedt lilek innifsek li kull ma ha tiehu ponta ta' cuccarina.
Mal-hedla hemm sens ta' "wens". Ghax il-zen Malti jasal f'hin meta' ma jimpurtak minn xejn ghax tkun maqtugh minn kollox. "Tahseb xejn" jghidulek Ghawdex, "Tiehux hsieb", "tinkwetax". Il-wens huwa r-ritorn mentali lejn il-guf ghax f'daqqa wahda tinqata' u tiddawwar biss b'affarijiet u sens ta' kumdita' naturali li ggieghlek tahseb li tista' torqod anki imdendel ta' taht fuq minn xi sigra. Il-wens jigi espress lingwistikament fl-esklamazzjoni naturali tal-Malti (minghajr sarkazmu) - "Kemm qieghdin sew hawnhekk" li tigi segwita mill-kliem "ghall-erwieh". Huwa dan l-ekwivalenti fil-Malti tal-"Oooohm" Buddhist li jwassal ghall-karma. Hu ahna subkonxji ta' l-aspett spiritwali niddedikaw dawn il-mumenti ghal dawk li telquna - ghall-erwieh - u naghmlu dan minghajr ma nafu li kilometri u kilometri il-boghod f'xi tempju Shinto il-Gappuniz qed jaghmel l-istess haga.
U imbaghad il-karma assoluta ta' din il-waqfa postmeridjana Maltija tintlahaq bl-intervent divin. L-ahhar aspett fil-fatt jiddependi fuq il-forzi tan-natura ghax irid joghogobha tibghat dik iz-ziffa helwa li ittawwallek l-esperjenza ghax taghmilha mill-iktar pjacevoli. Iz-ziffa tghaqqad il-hedla u l-wens f'esperjenza unika u wahdanija. L-ebda frustier ma qatt ser jifhem kif din il-forma Maltija taz-Zen u karma tintlahaq. Fl-ghajn inespert tal-barrani se tissejjah "ghazz" u "letargija". Imma dawk mazuni. Ma jifhmux.
Ghad m'ghandniex kelma ghal din l-esperjenza mistika li tintlahaq fil-gzira f'nofs il-mediterran. Min jghid ha mmur niehu naghsa (bhal ma forsi qal ir-ragel fir-ritratt li qbadtu jonghos quddiem il-Qorti) qed ikun dispregjattiv lejn din in-non dixxiplina nostrana. gietni idea. Qbadt l-ittri tal-Hedla, tal-Wens u taz-Ziffa u nahseb nistghu nghidu li flok Zen ghandna HEWZ. Stat ta' HEWZ - stat sublim ta ' hedla u wens komplut b' ziffa tajba.
X'ghamilt wara nofsinhar? Hewwizt naqa'. Imbaghad mort lura' ghax-xoghol.
Hewwez hewwez ha tigi f'tieghek.
Ahjar hewza wara nofsinhar milli xeba' kafe' filghodu.
Hewza wara nofsinhar izzommok tant il-boghod minn sptar.
u nkomplu...

Ħewż, ħewża, ħewweż... jogħġbuni tassew. Meta ltqajna l-Lux is-sena li għaddiet it-tliet kelmiet kienu "wens, ħedla, telqa", f'dak l-ordni (kif qegħdin ukoll f'dak is-sunett li kont ktibt, bit-titlu "Lura"... għażżien wisq bħalissa biex infittex il-link). Issa biddilt "telqa" għal "żiffa", li tkompli tagħti dik l-isfumatura Mediterranja li kien jonqos. Bravu, bravu pitravu, għax tajba wisq.
Bħalissa qiegħed fil-mode tat-telqa, il-bieraħ nannuwi għalaq 80 sena u ġiet ħafna familja minn barra, u kelli nieħu vaganza ta' bilfors. Il-wens, il-ħedla u t-telqa se jerġgħu jaħkmuni l-lejla fil-festa li se nagħmlu l-Buskett... u jekk imbagħad nibqgħu sejrin PV jew il-Buġibba, żgur li ż-żiffa wkoll. Jonkella nibqgħu nixorbu l-inbid fuq il-bejt...
Kemm għandek hawn ras?