Stejjer ta' Nasr Eddin (VII)
1 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar martedì, gennaio 09, 2007 at 2:52 PM.
Direzzjoni
Waqtli kien qed jivvjaggja Nasr Eddin kellu jghaddi minn inhawi infestat bil-briganti u hallelin. Kellu xorti tajba li iltaqa' ma xi hadd li kellu jghaddi minn l-istess triq u b'hekk ghaddew l-isbah bicca tal-jum flimkien.
Hekk kif waslet biex tinzel ix-xemx, ir-ragel waqaf u nizel miz-ziemel u qal lil Nasr Eddin:
- Ja fidil, wasalna f'l-ahhar tal-jum. Ejja nitolbu.
U nehha t-turban u s-sandli u fetah it-tapit tat-talb malart.
- Tlift daqxejn s-sens ta' direzzjoni, qal hu u niezel gharkobbtejh - lejn fejn ghandi inhares?
- Heqq siehbi, wiegeb il-Hoga, l-ahjar haga li tista' taghmel hi li thares lejn hwejgek!

Kitba u Ikel
- Nasr Eddin, ghandi bzonn nikteb ittra importanti biex nibghatha Istanbul. Int taf li jien ma mortx skola: trid tiktibhieli?
- Skuzani, iwiegeb Nasr Eddin, ghandi saqajja jugaghwni.
- Mela int tuza saqajk biex tikteb?
- Le. Imma nuza saqajja biex nimxi, izda tant nikteb ikrah u hazin li ikolli immur jiena stess ghand min trid tasal l-ittra sabiex naqrahielu.

Morna u Gejna
1 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar domenica, gennaio 07, 2007 at 1:48 PM.
L-ewwel darba li smajt xi hadd jirrakkonta dwar btala gewwa New York kelli xi sitt snin. In-nannu Guzeppi u n-nanna Karmena kienu ghaddew vakanza gol-belt li ma torqod qatt. Ftit niftakar mir-rakkonti taghhom. Iktar niftakar ghajnejn in-nannu, b'dik il-harsa il-boghod qisu halla xi haga warajh gol-belt. Waqt li dawwar il-kuccarina got-tazza te' bil-lumi li tant kien jehda jixrob kellimna dwar il-kobor. Dak laqtni l-iktar. Ta' tifel li kon,t l-aggettivi ta' kobor, gholi u immensita' kienu xi haga gdida. Niftakar biss ir-rakkont dwar l-iStatue of Liberty (Statwa tal-Helsien ma' ddoqqlix - lapsus politiku). Id-dghajsa sal-gzira tal-istatwa... il-veduta mill-gholi ta' rasha... dak niftakru jiddeskrivih.
In-nannu kien ihobb iharbex djarju zghir tal-mawra taghhom. Naf ghax darba (u tistaqsunix fejn) rajt xi siltiet minn dan id-djarju qasir. L-impressjonijiet tieghu kienu differenti. Iktar hsiebu jghid ma min iltaqghu, kemm stennew u kemm hin damu biex waslu. Iktar hsiebu biex jiddeskrivi il-emigranti li iltaqghu maghhom (ovvjament kugin ta' dak u tifel ta' l-iehor). Kamera tar-ritratti ftit uzaw. Dak iz-zmien li issa jidher imbieghed kien iktar importanti li tgawdi n-nies li tiltaqa' maghhom.
In-New York li rajt jiena hija ferm differenti minn dik li ra n-nannu. Veru, din hija n-New York ta' wara 9/11. Fejn il-liberta' tigi sagrifikata fuq l-artal tas-sigurta'. Fejn il-queue hija l-ordni tal-gurnata u l-ordnijiet tal-gurnata johrogu minn elf halq pulizija biezel. Imma anki ahna inbdilna. Dak li infittxu illum fl-2007 huwa differenti minn dak li fittxew ta' qabilna fit-tmeninijiet. Ritratti hadna hafna. Muzewijiet kemm trid. Ristoranti iktar u iktar. Meta iltqajna mal-habiba ghawdxija li tghix Long Island kilna ikel internazzjonali u mhux xi timpana u ross il-forn. Ingorru t-timbru Malti maghna imma mhux bl-ikel, mhux bil-laqmijiet u bil-harsa li kellhom Toto u Peppino meta telghu Milan. Inbdilna... imma forsi bqajna l-istess.
Ghax wara kollox kemm jien u kemm Guzeppi m'ghandniex x'naqsmu ma dal-poplu li zorna. M'ghandniex dak il-genn biezel fid-dinja tal-alla tal-flus. M'ghandniex fissazzjoni fil-kobor. M'ghandniex konvinzjoni li l-verita' taghna hija it-tajba. M'ghandniex dik l-idea li Alla qieghed maghna u maghnba biss.
U kif qed nitkellmu dwar Alla. Guzeppi ilu li halliena u mar fl-aqwa vakanza minnhom. Ma nafx hux izomm djarju dwar dan il-vjagg etern. Ma nafx ghandux kamera tar-ritratti halli forsi, jekk ingib ruhi sew hawnhekk, u jekk qatt niltaqghu, jurini x'ilu jaghmel hemm fil-Belt tar-Raqda ta' Dejjem.
Ghax hemm xi positijiet li nzuru... imbaghad nergghu nigu. Imbaghad hemm ohrajn... fejn la mmorru nibqghu hemm ghal dejjem.
***
Dedikata lil Guzeppi Zammit, Xewki minn Ghawdex li halliena s-seklu l-iehor imma lahaq qabbadni l-aptit li xi darba nara New York. Kellek ragun nannu. Sabiha l-Belt imma bhal Ghawdex m'hawn xejn!