Id-dinja mghaggla ta' llum iggieghlna nahsbu li il-hin kollu irridu intellqu ma dak u ma' l-iehor. L-ahhar gadget, karozza, accessorju ghad-dar, informazzjoni. Iktar ma jkun ricenti u iktar ma jaghmel affarijiet iktar ahjar. Daz-zmien il-kultura tal-inerzja ftit li xejn narawha. Skjavi tal-hin u skjavi tal-lussu falz li galadarba takkwistah qatt ma jkun bizzejjed. Studju, universita' u karriera... dejjem b'sormna qed jaqbad u m'ghandniex kwiet. Hemm bzonn ftit kalma, hemm bzonn ftit wens u serenita'... hemm bzonn li l-kultura tal-inerzja terga' taqbad.
Ghax xi kulltant li tghaddi gurnata u ma tkun ghamilt xejn ma hix daqshekk idea hazina. U jekk ma temmnunix ergghu irrevedu daqxejn l-ewwel ktieb tal-bibbja.
sahhiet.
Ghax xi kulltant li tghaddi gurnata u ma tkun ghamilt xejn ma hix daqshekk idea hazina. U jekk ma temmnunix ergghu irrevedu daqxejn l-ewwel ktieb tal-bibbja.
sahhiet.
Mela konna Londra u ltqajna mat-Tufigno. Dorna mhux hazin bejn il-mitt post cliche' Londoniz. Peress li l-ikbar attivita' kienet qed issir madwar Chinatown intfajna generalment lejn dawk l-inhawi - nikkunslaw ruhna b'pinta l'hawn u pinta l'hinn fil-firxa pubbijiet ta' Shaftsebury Avenue. Il-festi Cinizi forsi gejjin mill-boghod oltremurali ta' Beijing izda l-istil ta' festa tibqa' l-istess. Flok Ganni l-Ghawdxi bil-qubbajd hemm Sung Ho u l-Dim Sum, flok il-kjosk ibiegh it-trumbetti u l-erba skartocci jfaqqghu u jaghmlu hoss hemm ragel b'ghajnejh migbuda ibiegh id-draguni, ic-cirimelli u l-Good Luck Candy. Haga ghandhom in komuni ... kollox Made in China.
Imbaghad skoprejna din tal-kafe'. In-NewYorkification ta' Londra issa hija kompleta. Ghandhom Starbucks ma kull kantuniera. L-arti tal-ippreparar tal-kafe' issa sar karnivalata. L-aqwa li jitfghulek kelma minn fost latte, mocha, largo, tall, srtong, ecc u kullhadd kuntent. Minghalihom li holqu xi xjenza. Mur spjegalhom li m'hemm xejn isbah mill-kafettiera ittektek bilmod fuq in-nar... minghajr ghagla ta' xejn u li xhin tishon tobzoq bezqa kafe kull ftit qisha qed tinsulta l-alla fahxi tat-take out u drink in the plastic cup.
L-isbah mhux dik pero'. Mhux bizzejjed li ghandhom il-kummiedja tal-kafe' gol-karun bl-ghatu bhal tat-tazzi tat-trabi halli ma twaqqax fuqhek int u tivvjaggja fit-tube b'kafe' f'id wahda, gazzetta f'id ohra u l-ipod idoqqlok f'widnejk. Mind the Gap. Le mhux bizzejjed. Il-bicca t-tajba hija din. Tant draw li jordnaw kafe' ghat-take away li biex jordnaw wiehed fit-tazza normali... tafu inthom... kikkra u plattina... ikollhom jispecifikaw b'kelma interessanti...
K: Can I have an espresso lungo please?
Q: Sure sir... will you be taking it out?
K: No... in the ceramic please
Fhimtu? Biex tghidlu li ha tixrob gor-restorant trid tghidlu li tridu fit-tazza tac-ceramika. Ballec. Ma nafx intom imma rajtha vera tan-nejk. Ghall-bidu hsibtha cajta. Imma kullimkien l-istess. Anki fil-Jazz Bar Cafe' gewwa Foyles... tal-ghageb. Ma stajtx ma nimmaginax diskussjoni go bar f'xi rahal malti....
K: Ha mmur inqattar wahda Cal...
Q: Mela le... trid titfaghha mal-hajt hawn barra?
K: le, le.. ha nitfaghha fic-ceramika gewwa... ghax barra l-bard.
Mad dogs and English Coffee habits of course.
Is-sena Ciniza t-tajba... qaluli li s-sena tal-hanzir....
*Ritratt: Ceramika ohra... Is-sink go restorant Gappuniz jismu Mitsukoshi. Ma nisthix nghid li ghall-ewwel hsibtu pixxatur.....
Illejla fit-tmienja gewwa l-Foyer Europeen go Lussemburgu, sitt poeti Maltin ser jaqraw xoghlijiet minn taghhom lill-pubbliku. Fosthom hemm il-bloggers Twanny Erezija, u l-Imzebbel. X'iktarx nghaddi l'hemm izda iktar b'sens ta' solidarjeta' ma' l-inizzjattiva milli ghall-gost. Ghax lili ma joghgbunix sessjonijiet poetici bhal dawn. Nemmen li poezija taqraha wahdek u jew tolqtok jew le. Ma nemminx f'sessjonijiet mimlija staghgib u dak is-skiet tal-knejjes sakemm tinqara' xi poezija - qisu qed jitkellem xi oraklu. Il-poezija ghalija hija prattika daqs toaster. Taqraha bi skop... jew romantiku, jew politiku, jew anki skop muzikali ghall-widnejn. Imma taqraha int. Wahdek. Ikun hemm biss int u l-poezija. Dak il-hin il-poeta ikun ilu li heles il-poezija mill-ktajjen tal-possessjoni. Hiija libera biex tinftiehem u tinqara kif iz-zikk irid.
Imma dawn gosti. F'zoghziti kont nikkunsidra ruhi poeta. Kollu tort tal-gvern. Kien nieda kompetizzjoni ghall-ahjar pinna zaghzugha fit-'92. Kellna niktbu poezija u jien ghazilt it-tema tas-Summit Ekologiku f'Rio de Janeiro. U peress li ghada toghgobni ha nhallihielkom hawn ha taqrawha bil-kwiet (wahedkom). Sahhiet.
ECO '92
Fuq xatt-il bahar,
mal-muzika ta' elf minfah bebbuxu,
mar-ritmu tal-bahar jilghaq ic-caghak,
Maori-neo-Zelandiz jistenna'....
Fuq gholi/ghama fuq muntanja Alpina,
mat-tvenvin tar-rih, ghaddej
mit-trumbuni baxxi/vallati,
Awstrijak-neo-Ewropew jistenna'....
F'wesgha/pjanura
fost it-thaxwix ta' elf qamha ddur mar-rih,
fost il-bini ta' makni taz-zejt,
Indjan-neo-Amerikan jistenna'...
Mitluf f'foresta mdallma,
fost ghajjat wahxija t'ghasafar tal-mewt,
fost hdura/sewda mzejna strixxi bojod/sofor/suwed,
l-Afrikan-neo-homo-sapiens jistenna'...
Fl-gholijiet qtugh in-nifs
ta' l-Andi Peruvjani
mal-llama u l-Mayani,
elf Peruvjan-neo-drogati jistennew...
Fuq gzira/huta f'nofs Mediterran,
mitt ministru minsi,
mitt xufier jiggerra,
ftit Maltin-forsi-Ewropej jistennew...
Fil-qalba tal-problema
hdejn foresta/pulmun mahqura
elf kap l-istat
jaqtghu decizjoni
minghajr jistaqsu
ghaliex?
minghar ma jafu
ghalfejn?
Fuq xatt-il bahar
F'gholi/ghama
F'wesgha/pjanura
F'foresta/mdallma
F'gholjiet qtugh in-nifs
Fil-gzira/huta
waqa' s-skiet.
*Paceville, 03/06/1992
[Insejt nghidilkom... il-poezija kienet rebhet. U ta' ribell li kont ma mortx nigbor il-Premju Pinna Zaghzugha 1992... kesahlu li jien. Miskina marret ommi bil-pacenzja kollha u ivvintat storja li kont marid... waqt li kont qed niggerra Marsalforn wara xi Taljana!]