Kemm indumu nimlew rasna bl-Ewropa Maghquda tal-pajjizi jew tal-gnus, daqstant iehor tibqa' holma imbieghda mir-realta' poli-edrika tal-kontinent il-qadim. Minghalina li l-Ewropa maghmula minn dawn it-tletin entita' politika li - wara li tqatlu u ssieltu ghal generazzjonijiet shah, minn taht il-martell ta' Karlu sa taht il-kappell ta' Napuljun, il-handlebar ta' Bismarck u l-paccu braziljan ta' taht imnieher Hitler - indunaw li l-ghaqda taghmel il-forza. Ghallinqas hekk kien il-hsieb. Fil-verita' toqrob iktar lejn moratorium fuq kull "casus belli" possibbli minghajr ebda rieda li imorru lil hinn mill-kollaborazzjoni ekonomika b'xi xintilli socjali kull tant zmien halli isoddu halq min jaqra' l-European Voice bl-entuzjazmu ta' qarrej regolari tan-Nazzjon.
Skonti (kif jghidu l-Belt), din tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet hija premessa dghajfa. Dghajfa ghax nemmen li n-nazzjonijiet stess ma huma xejn hlief maskra ohra bhall-Unjoni innifisha li tghatti realta' iktar hajja u vivaci taht il-falsita' tar-realpolitika' tal-konfini burokratici mpingija minn despoti u servi tar-re' jew minn rivoluzzjonarji internazzjonalisti b'aspirazzjonijiet ta' fraternita' mondjali. Nemmen li n-nazzjonijiet jostru realta' provincjali jew jekk irridu regjonali li ghandhom seher emottiv u ta' appartenenza ferm ikbar fuq il-popli li jghixu fihom.
Ghax biex issir "Franciz" kull ma trid hi li jghaddi ligi Sarkozy u li tghaddi t-testijiet horox li qed jipproponi... imma biex issir Lorraine minn Peltre irid ikollok d-demm Franko-tedesk jigri fil-vini: trid tkun taf taghraf l-ispaetzle (ara ritratt) mill-haricots blanc mgholli, taf iz-zmien meta l-ahjar titfa' c-ciras fil-pickle, taf tixrob is-Suze bhala aperitif u taghraf l-aqwa zmienijiet biex tgawdi il-Moselle. Biex tkun Lorraine trid tkun Republikan tal-Lvant - dak li jaf li Parigi qieghdha tlett sieghat il-boghod u kuntent li hemm bahar taqsam bejn il-komun ta' Marly u l-Banlieu de Paris. X'iktarx biex tkun Lorraine tkun daqxejn mohhok mitluq f'dan ir-regjun ta' imbejjed u choucroute fejn l-ahbarijiet ta' barra ikunu fuq pagna 33 ta' l-Est Republicain. Il-Lorraine ghadu konvint li Malta "drapeau de convenience" - ghaxil-Lorraine jahseb f'termini t'ambjent/ekonomija - u f'kif ha jahxi dawk l-erba sussidji mill-Unjoni sabiex illum jithallas biex jizra, ghada jithallas biex jahsad u pitghada jithallas biex jarmi diskretament dak li thallas biex jizra' u jahsad.
U tista' tibqa iddum ghaddej. U bhall-Lorraine stajna naqbdu Co. Derry go l-Eire, Aberdeenshire go l-iSkozja, Cornwall go l-Ingilterra, l-Andalusia Spanjola, il-Brabant Belgjan, il-Bavarja tedeska (bis-subplots kollha taghha) jew il-Piemonte taljan. U mhux biss. Xi drabi regjuni ma jirrispettawx konfini li tefa' burokrata kafkjan go xi ufficju skond regolamenti regolamentati regolamentatament (laqqas Catarella!). Hemm regjuni jobzqu fruntieri interni. Ohrajn maqsuma bejn pajjiz u iehor. Ghax ir-regjuni huma l-gheruq. Minn fejn forsi ghandu jibda kollox. Minn fejn forsi l-kwistjoni ta' x'inhi l-Ewropa u fejn trid tmur ma tibqax mistoqsija.
U f'wiehed mir-regjunijiet l-iktar l-isfel ta' l-Ewropa l-Gdida ikun hemm ukoll dawk in-nies li meta' jiefqu biex jitrejqu kwarta ma jsibu xejn ahjar milli belgha kinnie u ponn twistees.
* ritratt spaetzle - pasta tipika regjonali (Lorraine/Alsace/Lussemburgu/ partijiet Tedeski) li tittiekel generalment bhala akkompaniment ma' xi steak (tghidx jaqq... ghid koz!)
Kont ilni ma nisma' ahbarha. Kienet cemplitli lejn l-ahhar ta' Mejju. Hasditni. Qaltli ghandi hafna xi tghidli. Hafna sorprizi. Kienet se tizzewweg. Sabet l-imhabba ta' hajjitha... Mr. X u li tant kienet kuntenta mieghu li lesta tmur sa' tarf id-dinja. U s-sorprizi ma waqfux hemm. Qaltli li xogholha ma tantx kien qed itiha pjacir - midfuna fost il-burokratizmi Brusseljani u l-politika tal-kartapesta tal-Maltin. Qaltli li Mr X sab xoghol gdid u eccitanti f'pajjiz zghir imma vibranti u li kienet se titlaq kollox biex imorru flimkien f'dan il-pajjiz gdid ghandu hafna iktar komuni ma pajjizna. Qaltli li ma jimpurtax jekk tispicca ma tahdimx jew issib xi haga zghira li tikkumplimenta dak li kien se jaqla Mr X f'xoghlu.
Nghid il-vera kont ferhan imma hasditni. Minn naha ma tantx tbellaht ghax mis-sena li ghaddejt nixxala maghha Bruges kont naf li fuq taghha u kapaci tasal takkwista dak li trid. Imma l-ghazliet taghha kienu qishom dawru d-dinja taghha ta' taht fuq... u bellhitni bil-pozitività li kellha go lehena. L-ebda dubju li kollox kien ser imur ghall-ahjar. L-ebda dubju li bidu gdid f'pajjiz gdid kien kull ma jonqos biex tkun kuntenta.
U dak il-hin qisni canfart lili nnifsi ta' kemm stajt inkun negattiv. Ta' kemm kapaci nahseb hazin u ninkwieta ghal xejn. Ta' kemm nivvinta ostakoli minghajr ma lanqas jezistu. U frahitlha u xtaqtilha kull risq qabel ma qtajt. "Keep in touch". U malli nizzilt it-telefon xorta ma stajtx ma nergax newden darba darbtejn.
Ghax nghiduha kif inhi... li titlaq kollox u tmur tghix Beirut xi riskju fiha.... hekk jew mhux hekk?
* ritratt intitolat "Beirut" mehud mill-gabra ta' ritratti ta' lifelaw fuq flickr
Nghid il-vera kont ferhan imma hasditni. Minn naha ma tantx tbellaht ghax mis-sena li ghaddejt nixxala maghha Bruges kont naf li fuq taghha u kapaci tasal takkwista dak li trid. Imma l-ghazliet taghha kienu qishom dawru d-dinja taghha ta' taht fuq... u bellhitni bil-pozitività li kellha go lehena. L-ebda dubju li kollox kien ser imur ghall-ahjar. L-ebda dubju li bidu gdid f'pajjiz gdid kien kull ma jonqos biex tkun kuntenta.
U dak il-hin qisni canfart lili nnifsi ta' kemm stajt inkun negattiv. Ta' kemm kapaci nahseb hazin u ninkwieta ghal xejn. Ta' kemm nivvinta ostakoli minghajr ma lanqas jezistu. U frahitlha u xtaqtilha kull risq qabel ma qtajt. "Keep in touch". U malli nizzilt it-telefon xorta ma stajtx ma nergax newden darba darbtejn.
Ghax nghiduha kif inhi... li titlaq kollox u tmur tghix Beirut xi riskju fiha.... hekk jew mhux hekk?
* ritratt intitolat "Beirut" mehud mill-gabra ta' ritratti ta' lifelaw fuq flickr
Allura l-Lussemburgu ghandu ukoll industrija tat-turizmu. Mhux li l-Gran Dukat jirreklama ruhu tant bhala pajjiz li jilqghek u x'naf jien. Imma kemm ghax xi kulltant bilfors trid tghaddi minnu, kemm ghax il-kurzità lil kullhadd ghelbet xi darba jew ohra t-turisti dejjem hawn. Il-prezenza turistika fic-centru timmanifesta ruhha bil-coaches li jnizzlu ghexieren ta' frustiera li jduru dawra mac-centru f'hames minuti u bhal dawk it-turisti li jinqabdu quddiem il-Manneken Pis tisma' hafna esklamazzjonijiet ta' "That's it?".
Il-belt zghira u l-Lussemburgu fiha hafna iktar attrazzjonijiet. Fin-natura jizbqu lill-Malta b'elf darba. Ghax ahna ghandna l-bahar imma dawn ghandhom widien u hdura inkredibbli. Gholijiet u lakes (ghadajjar?) ixennquk. In-nies ma tantx huma dhulin imma tista' tinjorahom kompletament. Storja hemm imma mhux xi wahda impressjonanti daqs wahda imballata grajjiet perdipiù go gzira tikka f'nofs Mediterran.
Imma jigu, it-turisti. Però l-ekonomija qisha thares lejhom b'mod differenti. Bizzejjed tara li fl-ahhar ghaxar snin in-numru ta' Hotels go Lussemburgu naqas minn 369 ghal 292 (naqsu bi kwazi 20%) izda n-numru ta' sodod zdied bi 12%. Kwazi 700,00 ruh fis-sena joqoghdu gol-Hotels Lussemburgizi (u dan minghajr sforzijiet kbar ta' promozzjoni) - izda johrog ukoll li n-nies qed joqghodu ghal inqas tul ta' zmien god-Dukat. U ma tlumhomx. L-iktar nies li jigu apparentement huma l-Olandizi u l-Belgjani.
Ma nafx. Stramba kif pajjiz hekk ckejken li ma joffrix xi affarijiet inkredibbli u minghajr ebda sforz ta' xejn itella' dawn il-figuri. U pajjizna bhal donnu iridu ikissru kull m'hemm u jibnu Hotel ghal kull kantuniera biex forsi nhaddmu t-turizmu.
Strambi dal-Lussemburgizi... imma m'hux cwiec ta'!
* ritratt L-Ufficju tat-Turizmu Lussemburgiz gewwa Parigi