kinnie & twistees

prodott ghawdxi


L-Ghoggieba

Kont qed nisma' il-podcast ta' kuljum mill-BBC. Illum wahda mir-rappurtaggi specjali kienet dwar is-support tal-futbol fil-Bangladesh. Milli jidher, il-poplu Bangladeshi jinqasam fi tnejn waqt il-Werld Kapp - nofsu jzomm mal-verdeoro Braziljani u n-nofs l-iehor mal-gauchos Argentini. Xtrajt ukoll l-Economist li jaghlaq tal-gimgha li taghlaq illum u artiklu minnhom jitkellem dwar is-support qawwi li hemm ghall-Brazil gewwa l-Lebanon. Beirut tindbidel f'mewga ta' ahdar u isfar meta jasal zmien it-Tazza tad-Dinja.

Iktar ma naqra dwar dawn il-fenomeni tas-support madwar id-dinja kollha iktar qed jitkisser il-mit li Malta ghandna xi haga specjali. Xi haga unika. Din ta' Malta maqsuma bejn Inglizi u Taljani b'xi qatriet tedeski, francizi jew braziljani m'ghadhiex tinzilli bhala xi fenomenu uniku ta' pajjiz b'kumpless ta' inferjorita' f'dak li ghandu x'jaqsam mal-futbol. Iktar ma naqra u nifhem iktar ninduna li dak il-famuz argument ta' "ghax ma zzommx ma Malta? Mela m'intix patrijott?" huwa argument tal-ghoggieba.

L-ghoggieba ihobbu jaghmlu l-ghageb u jistaghgbu. Ghax tal-ghageb l-Ewrovixin u r-reunions mimlijin dmugh televiziv fuq Tista' Tkun Int! L-ghoggieba ihobbu l-argument null Biscardjan (minn Biscardi) bhal dak li gieli jitkewwes fuq Xarabank. L-ghoggieba x'iktarx jaqrawlek biss l-Orizzont jew in-Nazzjon. L-ghageb ihares lejn il-politika bhala estensjoni tat-tifo kalcistiku u ma jafx jiddifferenzja bejn il-Partit Nazzjonalista u l-FC Hararaw. L-ghageb jaqa' dejjem ghan-nassa tas-simplifikazzjoni tal-psewdopolitiku Malti. Kapaci jemmen li l-problema tal-imigrant hija l-radix malorum tal-komunita' u li l-iswed gej minn razza inferjuri.

L-ghageb ma jridx wisq biex tbellhu ghax ga qieghed nofs triq. L-ghageb jiskrupla ghax tkellmu bl-Ingliz. Ma jaghtix kaz il-fatt li taf titkellem daqstant iehor bil-Malti. Ghandu timbru lest ghal dak kollu li hu differenti ghax l-ghageb huwa l-iprem xempju tal-konservatizmu insulari.

U ghalhekk meta jarak ixxejjer dik il-bandiera hadra u safra jew hi x'inhi, l-ghageb dejjem se jitkaza bik, se jinjora realta' mondjali u jiggudikak bl-ghajnejn tal-ghageb li hu biss (u xi 400,000 ohra) ghandu.

Kull sena, il-Maltin jarmawlek presepju u fost l-ikar figuri popolari li ghandna hemm "l-ghageb tal-presepju". Dan jirraprezenta lil dawk li baqghu imbellha u bla kliem meta raw l-istilla biblika tieqaf fuq id-dimora tal-bambin Gesu'. Tghama bl-istilla u ma ndunax bl-avveniment inkredibbli li kien qed jigri. Ma marx iqim lit-tarbija. M'ghamel xejn. Kull ma kien jaf jaghmel hu li jistaghgeb. U probabbli l-ghada kont issibu fil-bar ta' Betlehem jistaghgeb u jtawwal l-istorja (fl-istess stil bhan-Nazzjonalisti kollha li kienu tal-Barrani - l-Inglizi ghandhom cajta dwar is-66. Jghidulek li kieku kull min qal li kien hemm kien qed jghid il-verita' allura kellhom bzonn xi sitt Wemblies. Huma ghandhom Wembley u l-PN ghandhom tal-Barrani).

Ghaddew elfejn sena' u l-ghoggieba ghadhom izabbu ma saqajna.

* Nota. Qabel ma jiehu ghalih xi hadd, din il-bloggata ma nkitbet bl-ebda riferenza ghal eventi jew diskussjonijiet li graw fuq il-blogosfera.

Tifosi

Id-definizzjoni tal-kelma "tifoso" hija wahda spekulari - ghax trid tispekula u m'hemmx prova li dak li jinghad huwa minnu. Mid-dehra l-origini Inglizi tal-futbol taljan waslu ukoll biex id-deskrizzjoni tal-ferh tas-support jinghata kelma Ingliza - typhoon - ir-rih li jimbotta lill-benjamini ghar-rebh. It-typhon kien ukoll mostru grieg. L-ahhar iben ta' Gaia u Tartarus li kellu jissielet ma' Zeus.
Imbaghad hemm min f'lapsus ta' nuqqas ta' romanticizmu ifakkrek li tifun jew typhoon tfisser "hot smoke" jew "hot wind" (mill Grieg: typhein, u Persjan: tufan). U li tifoso xi kulltant jaghti l-impressjoni ta' xi haga li tipproduci hafna rjieh shan hija mezza verità ukoll!

Ma hux cert jekk il-massa kumulattiva ta' ferh u rabja, ta' dizappunt u entuzjazmu, haditx isimha mit-tifun jew le. Haga hija certa - li kull min ipprova jispjega n-natura tat-tifoso dejjem intilef. Tasal biex tiddeskrivi naha wahda ta' poliedru (polyhedron) infinit. It-tifo seta' twieled qabel il-futbol. Huwa sinjal ta' appartenenza li jittraxxendi kull fruntiera. Ghalhekk issib Ghawdxi akkanit tal-Juventus minn Turin u tal-Brasil. Ghalhekk il-lingwagg uzat bejn it-tifozi huwa illogiku u infantili ghal dawk il-ftit pagani li qatt ma iddeffsu fl-isport.

Ghax it-tifo stil ta' hajja u filosofija. It-tifo huwa l-ghasel li jnaqqas il-qrusija tal-hajja illi f'mossa paradossali u inspjegabbli jaf iwassal ghal mumenti fejn il-hajja ssir bla sens ghax l-iskwadra favorita tieghek ghadha kif tilfet il-finali tac-Champions League bil-penalties. It-tifo, huwa perverzjoni ta' l-imhabba, u bhall-imhabba ma jista' jigi qatt inkwadrat f'xi logika jew sett ta' formoli. It-tifo huwa l-qalb thabbat sitta sitta meta' ta' kontrik ghandhom free kick minn tarf il-kaxxa. Huwa r-rabja kontra dinja konsumistika li qed tishet il-magija tal-ballun. Huwa Michael Degiorgio jiskurja ghal Malta kontra l-Portugall u l-boato rari ta' ta'Qali bl-"o" mkaxkra u mdawra fl-ghajta "gooooooooowwwwwwwwwwwwl".

It-tifo huwa passatemp li jaf jqieghed kollox f'perspettiva imwieghra. U t-tifoso huwa t-tarbija ta' dejjem. Huwa l-Avvokato Prisco nerazzuro li kien qal li qabel ma jmut jirregistra mal-Milan Supporters Club halli meta' "jmut hu, jmut wiehed minnhom". Huwa d-dmugh jahraq m'ghajnejk meta tara lil Romario u Bebeto u Cafu jerfghu t-tazza ghall-tetracampeon u jiddedikawha lill-sehibhom Ayrton li sab it-triq il-qasira ghall-genna.

It-tifo huwa dan u huwa hafna iktar. Forsi ghax il-ballun tond u jibqa jitrembel ma' l-ewwel daqqa. Imma bhall-ballun it-tifo qatt ma hu fl-istess post, fl-istess dimensjoni. Dejjem jibdel. Dejjem jisbieh u jsebbah, bhala parti integrali, il-loghba s-sabiha.

Supporters Kbar

Photobucket - Video and Image Hosting


Hawnhekk gewwa il-Gran Dukat il-fervur kalcistiku ma naqasx. Huwa minnu li parti l-kbira tac-celebrazzjonijiet wara l-loghob isiru mill-kommunitajiet Portugizi, Taljani jew Inglizi illi hawn. Minkejja l-fatt li hafna minn dawn huma issa Lussemburgizi ad hoc xorta meta jigi ghall-futbol qalbhom ghadha thabbat favur l-pajjiz originali. Ma tistax tlumhom ghax wara kollox l-Lussemburgu daqs tal-gzira taghna tajbin fil-loghba tal-ballun. Dan il-fenomenu ta' appartenenza lejn art missirijiethom deher car per ezempju meta l-Portugall laghab kontra Lussemburgu gewwa l-istadkum nazzjonali f'Lussemburgu. Stadjum imballat nies. Stadjum jghajjat b'lehen wiehed favur Figo u Ronaldo minghajr misthija u minghajr skizofrenija.

Il-lokali - il-Lussemburgizi ta' Letzebeurg - m'humiex daqshekk zbukkati. Lanqas naf nghid jekk ghandhomx preferenzi lejn les bleus Francizi , jew lejn ix-xjaten il-homor Belgjani jew lejn l-Allemanni - kollha nazzjonijiet round-the-corner biex niftiehmu. Is-sensazzjoni generali li jaghtuk hija ta' tolleranza - ghax m'hemmx x'taghmel bhalissa l-World Cup. Imbaghad halli ghall-puluzija dukali tappella ghal-celebrazzjonijiet iktar kontenuti. Tappella biex jekk jergghu jirbhu l-Portugall, s-supporters ghandhom jiftakru li hemm min mhux ezattament ewforiku f'dawn iz-zminijiet. Speci ta' nittollerawkom tizzablu f'pajjizna imma ftakru dejjem li hawnhekk Letzeburg u hafna ghajjat u frakass ghal bicca ballun tal-gilda jaf jigi ikkunsidrat bhala "breaking the public peace" u anki sahansitra "riotous assembly".

Ghalhekk meta nhares lejn ic-celebrazzjonijet frenetici gewwa pajjizi - jirbhux il-Brazil, l-Italja., l-Ingilterra jew il-Germanja - qatt ma kont nitkaza. Issa wisq inqas. Ghax ahjar pjacir bil-loghba tal-ballun. Ahjar il-murtali tal-hajja u celebrazzjoni milli l-bard nordiku ta' pajjiz li kull ma jmur iktar jidhirli bhala l-killjoy ta' l-Ewropa.

"Supporters kbar" ikantaw tal-Belt. U hekk ghandu jkun. Supporters kbar li jafu jehdew bil-ballun - bix-schadenfreude b'kollox. Ghax hekk ghandu jkun.

Il-loghba s-sabiha. Però wisq isbah bl-ucuh ferrieha, bil-kant u x-xalar...

Illum il-festa taghna naghmlu li rridu!

Enchante'

Il-francizi ghandhom dil haga li meta jiltaqghu ma persuna ghall-ewwel darba jghidulha "enchante'". Issa jiena m'ghandi l-ebda problema bil-"Pleased to meet you" ingliza avolja xorta inhoss li daqxejn imbieghda mir-realta'. Ghax nghiduha kif inhi - bniedem li ma tafx minn Adam int u tehodlu b'idejh ghall-ewwel darba... x'il-mnieghel trid taralu biex tghidlu "kemm jien kuntent li ltqajt mieghek". Anki t-taljani jabbevjawha ghal "piacere" - il-famuza "ghandi pjacir" bil-Malti.

Pero' din ta' l-enchante' ghadha ma tinzilli vera xejn. Ghadni sallum ninhasad meta niltaqa' ma ragel u dan jghidli enchante'. Ghax ghalija enchante' ghandha mill-incantato - speci ta' bellahtni bis-sbuhija jew tajtni orgazmu ta' pjaciri infiniti hekk kif rajtek. Mhux ezattament l-ewwel haga li tghid lil min jigi. Allura ghadni sallum qisni nehel meta jghiduli "enchante'" ghax ilsieni ikun mejjet biex jghid xi haga imma ma tkunx f'waqtha u ma tantx jibqghu enchante' wara!

Forsi din il-haga gibtha mieghi mir-rabja li kont inhoss Malta meta n-nies jghidulek "Kif inti?" u inti tkun taf mill-ewwel li jigu jaqaw u jqumu minn kif inti u li dan huwa kollu small talk. Imma insomma. Enchante' forsi jekk nirrepetuha xi erba' drabiet ohra nibdew nidrawha. Jew forsi jekk insibu ritratt biex inzommuh f'mohhna kull darba nghiduha... forsi forsi tinstema kwazi sinciera.

Sahhiet.

Tolleranza

Dan l-ahhar fuq il-bloggosfera it-tema hija dik tat-tolleranza. Bdejna il-kampanja favur it-tolleranza bil-hsieb li tkun kampanja pozittiva. Baldu, bloggatur t'esperjenza qisu ma nizlitlux kompletament din tat-tolleranza. Mhux ghax ma jaqbilx mal-kampanja, anzi. Imma skond Baldu il-kelma tolleranza xorta thallilek dik it-toghma hazina f'halqek. Bhal meta' jaghtuk Kinnie minn tal-magna ta' wara l-counter... ftit gass u m'ghandu x'jaqsam xejn mal-Kinnie kiesah tal-iXtruppaw. Lil Baldu nifhmu. Ghax logikament it-tolleranza timplika differenza u sa certu punt timplika ukoll nuqqas ta' qbil fuq xi haga. U t-tolleranza timplika li minkejja li ma taqbilx xorta thalli l-idea l-ohra ghaddejja... thalliha tghix minghajr ma tikkundanna, minghajr ma tkisser, minghajr ma tahraq dak li fl-ahhar mill-ahhar ma taqbilx mieghu.

It-tolleranza ghandha tibda minn hemm. Mill-fatt li inkunu komdi bid-diversitajiet. Li naghrfu li mhux ha naqblu fuq kollox. Li ma nkunux utopici izzejjed sakemm l-utopja ma hix il-possibilità li nghixu lkoll flimkien. It-tolleranza tista' tfisser ghal bidu li t-toghma qarsa hemm tibqa'. Mhux kollox sabih u fjuri. It-tolleranza twasal ghas-simbijozi. Twassal ghall-isfruttar ta' dak illi ghandna in komun biex tinbena dinja ahjar. Anki jekk dan jigri b'kumbinazzjoni. Anki jekk dan jigri bla hsieb.

It-tolleranza ghandha tkun naturali. Ma hix favur. Il-fatt li nittollera lil haddiehor ma jfissirx li dan ghandu jibqa' jaghfuli ghal ghomri. Ma jfissirx li qed naghmel att ta' karità. Ifisser li jien matur bhala bniedem modern u naghraf ir-realtà moderna ta' tolleranza u konvivenza.

U fl-ahhar ghal min haseb li K&T spicca bejta tal-hippies tas-seklu elfejn nixtieq inzid li bhalma qalet b'mod fit goff l'avukatessa li tikteb f'Maltatoday, it-tolleranza timplika ukoll rispett ghat-tradizzjonijiet u uzanzi ta' pajjiz. Tfisser li l-ittollerat u t-tollerant jghixu f'sistema li ghandha metodi u uzanzi taghha u li m'hemmx ghalfejn jitgerrxu f'isem il-modernizmu.

Ghalhekk it-tollerat jintlaqa' f'pajjiz nisrani b'dejh miftuha. Jintlaqa' fid-dinja tal-pastizzi tal-pizelli, tas-suf bit-tarzanell u tal-qassatat u qubbajd. Jintlaqa' bit-trasport pubbliku jitkaxkar u bil-wardens dejjem attenti, bil-kupoli u l-knejjes u l-kazini u l-pupazzi fil-parlament. Jintlaqa' biex jekk irid jaghzel li jaghmel parti minn din ir-realta' li tant inhobbu merhba bih. U jekk irid ukoll... belgha kinnie kiesha u borza twistees hadd m'hu ha jichadhielu.

Dan-Nies



Il-bierah iltqajt ma xi hadd u d-diskors waqa' fuq dan-nies. Ghax qaltli li dan-nies kollha imgienen -tant huma maghluqa fihom infushom illi qed igennu lil xulxin. Ghax qaltli li l-pajjiz tant hu zghir u insulari li ftit hemm tibdil ma nies ohra, ftit hemm skambju ta' ideat, ftit huma l-ideat friski li jirnexxilhom jidhlu jaghtu ftit nifs lil pajjiz fgat u mahnuq mill-injoranza. Ghax qaltli li n-nies kienu minn dejjem intolleranti imma issa l-intolleranza m'ghadiex tinheba. Ghax qaltli li ma jistghux jifilhu lill-eluf ta' barranin li qed jigu f'pajjizhom u jheddulhom l-identità u l-ekonomija. Qaltli li dan-nies indannati ghax l-Unjoni Ewropea flok tghinhom tkompli tisfurzahom jippruvaw jifhmu d-diversità.

Qaltli li n-nuqqas ta' tbissim lejn il-frustieri kollu gej minn din ir-rabja gewwieni ta' dan il-poplu zghir li jinstab stordut bil-ftit xquq ta' dawl li ippenetraw id-dlam insulari li kien ghal tant zmien imdorri jitwennes bih. Qaltli li dan il-poplu dejjem kellu mexxejja li hadu hsieb li ma' jkunx hemm indhil barrani zejjed . Hadu hsieb li jitimghu lil dan il-poplu b'morfina u oppju sabiex huma jmexxu u l-poplu jghix injurant u kuntent. Qaltli biex inhares madwari u nara kif it-trasport lejn pajjizi ohra ghadu l-istess - medjokri - minkejja li qieghdin f'nofs l-Unjoni Ewropa tal-moviment hieles. Qaltli biex nara kif l-investiment barrani mhux li qed jizdied imma li qed jahrab lejn pajjizi ohra Ewropej iktar akkoljenti bhal dawk il-pajjizi godda ta' l-Est habrieka. U qaltli hafna affarijiet ohra...

... imma f'hin minnhom donni intlift. Donni tfejtha dik il-vuci mimlija garr u rabja. Ma ridtx nemmen jew nisma' iktar. U bejni u bejn ruhi ghidt... x'jien naghmel hawn fost dan nies f'Lussemburgu... mhux ahjar immur lura lejn Malta... dik l-art imwieghda ta' ghasel, halib, kinnie u twistees?



Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.