Sejjer Maastricht ghal tmiem il-gimgha. Se mmorru nghaddu jumejn go din il-belt fir-regjun ta' Limburg gewwa l-Olanda. Proprjament ma sibtx lukanda vojta gewwa c-centru. Xtaqt immur gewwa il-La Colombe fejn kont qghadt fis-sena elfejn izda kien mimli. Se nkunu noqghodu Kerkrade - bejn Aachen u Maastricht.
Tinteressani Maastricht. Ma hijiex biss il-belt tat-Trattat. Ghandha storja twila li gejja minn zmien ir-Rumani li bnew pont hemmhekk - it-Trajectum ad Mosam. It-tradizzjoni kalcistika ma hix xi wahda kbira u forsi ftit semghu bl-MVV Maastricht. Iktar hemm cans li semghu bit-tim tal-post fejn ha noqghod - ir- Roda JC Kerkrade.
Ftit boghod minn Maastricht hemm Aachen, jew Aix-la-Chapelle. Bi hsiebni nghaddi s'hemm ukoll biex nara t-tomba ta Karlu Manju. Tant biex inkompli t-tema kalcistika irrid insemmi l-Alemannia Aachen, tim li issa jimmilita fl-ewwel divizjoni germaniza. Fuq in-naha l-ohra, lejn il-punent ta' Maastricht hemm il-Belgju u Liege. Forsi nghaddi ukoll sal-pajjiz tal-iStandard jekk ikolli hin. Insomma dawra tajba fejn niekol ftit fritjes u forsi anki xi ftit frikandel kif suppost. Il-kilba ghall-fast food fjammingo/olandiz ma tbatti qatt.
Nittama li t-temp ikun tajjeb u li nkun nista' niehu ritratti sbieh ghax rega gie l-aptit tal-isnapshots. Se nkun hemm max-xih u ma' Melanie. Nerga' lura l-Hadd. Saghtejn sewqan kollox.
Hallejtkom. Ghal ftit jiem se nipprova ngheda fil-frites u frikadel flok fil-kinnie u twistees.
PS: Fil-Gazzetta dello Sport tal-llum (verzjoni onine inezistenti minhabba strike) irrapurtaw illi gewwa Università go Ruma issa hemm credit dwar Geografia del Calcio. Dan il-post tnebbah xi ftit jew wisq minn din l-idea.
Tinteressani Maastricht. Ma hijiex biss il-belt tat-Trattat. Ghandha storja twila li gejja minn zmien ir-Rumani li bnew pont hemmhekk - it-Trajectum ad Mosam. It-tradizzjoni kalcistika ma hix xi wahda kbira u forsi ftit semghu bl-MVV Maastricht. Iktar hemm cans li semghu bit-tim tal-post fejn ha noqghod - ir- Roda JC Kerkrade.
Ftit boghod minn Maastricht hemm Aachen, jew Aix-la-Chapelle. Bi hsiebni nghaddi s'hemm ukoll biex nara t-tomba ta Karlu Manju. Tant biex inkompli t-tema kalcistika irrid insemmi l-Alemannia Aachen, tim li issa jimmilita fl-ewwel divizjoni germaniza. Fuq in-naha l-ohra, lejn il-punent ta' Maastricht hemm il-Belgju u Liege. Forsi nghaddi ukoll sal-pajjiz tal-iStandard jekk ikolli hin. Insomma dawra tajba fejn niekol ftit fritjes u forsi anki xi ftit frikandel kif suppost. Il-kilba ghall-fast food fjammingo/olandiz ma tbatti qatt.
Nittama li t-temp ikun tajjeb u li nkun nista' niehu ritratti sbieh ghax rega gie l-aptit tal-isnapshots. Se nkun hemm max-xih u ma' Melanie. Nerga' lura l-Hadd. Saghtejn sewqan kollox.
Hallejtkom. Ghal ftit jiem se nipprova ngheda fil-frites u frikadel flok fil-kinnie u twistees.
PS: Fil-Gazzetta dello Sport tal-llum (verzjoni onine inezistenti minhabba strike) irrapurtaw illi gewwa Università go Ruma issa hemm credit dwar Geografia del Calcio. Dan il-post tnebbah xi ftit jew wisq minn din l-idea.
Folklur Urban ghas-Seklu 21 (II)
0 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar domenica, settembre 24, 2006 at 11:23 AM.Numru tnejn: Kafe'
Rega’ fetah il-ktieb. L-gharaq kien niezel mal-genb ta’ wiccu. Ma kienx jaf minn fejn se jaqbad jibda. Il-werrej kien jafu bl-amment.. Ir-riha tal-kafe’ nawzeanti kienet bdiet tqazzu izda mhux daqs dik tal-incens indjan li kien xtara’ jumejn qabel u li kien qed jinharaq bilmod fuq il-mejda. Rega ipprova jibda mill-bidu. Ghax minn hemm l-ahjar li tibda. Il-hsejjes tad-dar billejl ma jghinux. It-televixin jaghti fil-bod kien donnu mixghul f’kamartu b’Peppi Azzopardi jghajjru kemm hu injorant. Ghalxejn jghidilhom ibaxxulu. Ghalxejn jispjegalom li l-iskiet irid ikun perfett, il-kafe’ qawwi u d-dawl ideali. Imma dawk qatt ma kellhom jistudjaw. Ma jifhmux. U l-ittri kull ma jmur jidhlu f’xulxin, is-sentenzi ma jaghmlux sens u minghajr ma jaf jintelaq f’holma kerha ohra. Dik il-holma li fiha jkun wasal jum l-ezami orali u ma jkun jaf xejn. Xejn.
***
>Momu. Momu. Ma smajtux il-bieb? Iftah isa. Nahseb tal-posta.
Fetah ghajn wahda. L-ohra kienet ghada imkahhla, maghluqa sew bil-fdalijiet ta’ raqda fil-fond u zgur ma kenitx se tinfetah minghajr ma joghrokha wahda sew kif haqqha. Madwaru seta' jilmah il-fdalijiet tal-gwerra tal-bierah. L-incens kien inharaq sal-qiegh. Il-magg tal-kafe’ kien ghadu hemm, xi pulzier il-boghod minn imniehru. Kollu imkahhal ukoll, bit-ticpis tal-kafe’ imdawrin ma’ xofftejn il-magg fejn bhalissa hemm dubbiena habrieka tizfen minn naha ghall-ohra probabbilment ikkargata b’doza qawwija ta’ kafeina. Gholla rasu bi ftit tbatija. Taht ghabtu u riglejh li kienu servew ta’ imhadda kien ghad hemm miftuh il-mishut ktieb. Il-pagna ma kenitx inbidlet.
Inhasad. Ghax bhal kull meta jhares lejn xi pagna tal-ktieb jghaddi minn mohhu farfett il-lejl ta’ hsibijiet hziena. Kull pagna ikun qisu qed jaraha ghall-ewwel darba. Bhal din il-pagna 23 li hawn spjegata quddiemu. Ma tistax tkun iktar accessibbli. Qieghdha hemm biex tiehu minnha. Imma hu xejn. Lanqas jiftakar jaraha x’imkien. M’ghandu l-ebda memorja taghha. La l-ewwel ittra tal-pagna u lanqas id-dizinn li hemm immarkat “Fig.12” ma jgibulu l-ebda memorji. Din il-pagna hija frustiera daqs kull cittadin fl-iktar villagg remot fl-eqqel tac-Cina. Ma setax jifhem. Kien ghadu kif ghadda lejl shieh jipprova jifhem. Jipprova jdarri ruhu jifhem. Jipprova jaghraf xi haga u jidra l-kontenut. Izda xejn. Minkejja d-disponibilta’ kollha tal-pagni, minkejja li zammewlu kumpanija ghal lejl shih flimkien mal-kafe’ u l-incens xejn.
Qisu qam b’hangover bi tfajla rieqda hdejh fis-sodda. Qisu l-ewwel reazzjoni kienet “Min il-madonna hi din?” U l-farfett il-lejl mimli bizghat baqa’ jittajjar go rasu. Ma jaf xejn. M’hux se jghaddi. U l-ugigh ta' ras tibda. Awtomatikament id tmur lejn mohhu. Tohrog karba minn fost il-bili maghquda gol grizmejn. “Ajma rasi”. U mill-boghod terga tinstema l-litanija li ghal mument kienet giet riklassata ghat-tieni prijorita’ f’mohh Momu...
>Momu. Sejjer tigbor dik il-madonna posta? Mela kollox irrid naghmel jien?
U johrog minn kamartu. Xaghru imzebbel. Bidu ta’ daqna tixhed nuqqas ta’ kuntatt mad-dinja barranija. T-shirt ta’ fuqu ilha erbat ijiem. Ghandha riha ta’ kafe, incens u gharaq. Il-boxers bilkemm ghandu bzonn il-lasku ghax jehel mieghu ma’ kull pass. Jasal sal-bieb. Jifthu u hemm jara wicc il-pustier bi tbissima ta’ iblah ferhan. Ghallinqas hu hekk sthajlu - iblah ferhan - ghax ma fehemx x’kellu daqshekk x’jitbissem dan il-hin ta’ filghodu.
>Bartolomeo Theuma. Ghandi pakkett ghalih. Hawn joqghod?
Laqqas wiegbu. Ghamel sinjal b’rasu. Gemgem xi haga u ivvibra ftit il-bili li kien ghadu ma helisx minnhom. Iffirma u rega’ dahal il-gewwa lejn il-kenn falz ta’ kamartu semi-imdallma. Lil ommu la qalilha x’kien hemm posta, la lissnila li kollox sew, xejn. Ma kellux aptit kuntatti mad-dinja ta’ barra. Inqas ma jisma u jara tant ahjar. Ghalih il-krucjata kienet se tkun l-istess. Il-ktieb ta’ quddiemu d-dragun u hu l-kavallier li b’xi mod kellu jissielet u jirbah. Izda s’issa kien qed jitlef u ma setax jitlef iktar hin. Diga hazin li raqad.
Forsi sewwa kien qallu Kampnari li bil-Proplus tibqa imqajjem. Imma Momu qatt ma kellu x’jaqsam ma dan-nejk. Illum tibda bil-Proplus u ghada tispara xi haga fil-vini. Le, nibqghu bil-kafe. U forsi illum jibla' tnejn minn dawk il-pirmli tal-ginseng. Kien hassu tajjeb bihom. Halli li xorta ma fehemx akka mill-ktieb dakinhar u kien sabbtu mal-hajt ta’ faccata imma insomma dejjem trid xi haga biex twennsek fil-mumenti ta’ genn.
Mawra sal-kamra l-baxxa kemm biex gismu jehles minn likwidi u semi-likwidi li kienu akkumulaw f’dak il-lejl ta’ taqlib. Il-purifikazzjoni tieqaf hemm u l-banju ta’ Momu ma kellux il-privilegg jisma l-ilma niezel dik l-ghodwa. M’hemmx hin. Jixghel il-kitla li qieghdha imwahhla ma socket hdejn saqajn is-sodda u jitfa erba kuccarini kafe gol magg inkallat. Jaghti harsa l-boghod mill-ktieb filwaqt li jimmagina strategija gdida ta’ kif se jibda. Filwaqt li qed ihawwad l-erba zokkor gol magg mimli kafe kremuz tigih l-ispirazzjoni.
Ir-riga... l-lapis. Iva r-riga tad-dixxiplina. L-ezattezza militari, ir-ritmu marzjali. Illum se jghaddi linja linja bir-riga u se jhozz bil-lapis taht kull bicca importanti tal-ktieb. Hozz. Hozz. Hozz. Il-hoss tat-thazziz bil-lapis jiggerra mat-tarf tar-riga kienet iggennen lil kwalunkwe individwu iehor. Izda mhux lil Momu. Dak il-hoss ghalih kien it-tnabar li qed imexxu l-armati ghall-gwerra. Kien qisu il-kornamuza Skoccizi li jafu ikunu irritanti izda jafu igibu l-kuragg. Ghax Momu kien iddikjara gwerra miftuha fuq il-ktieb. Come what may. No holds barred. You’ll never walk alone. U x’naf jien. Kellu jitghallem x’hemm gol-ktieb BILFORS. Anki jekk ma jifhmux. Anki jekk lanqas l-icken ness ma jorbtu lil Momu u l-ktieb. Anki jekk fil-futur l-istint Pavlovjan se jirrikjedi li kull darba li jissemma IL-KTIEB, il-mishut ktieb, Momu ikollu tikk nervuz filwaqt li n-narici tieghu jimtlew irwejjah koroh ta’ kafe u incens.
Ma kull sink li jinholoq bir-riga u l-lapis jerga’ jghaddi l-farfett il-lejl ta’ hsibijiet. Jghaddi moghbbi bin-numru ezatt ta’ sieghat privatijiet li mar biex forsi jifhem xi haga. Jghaddi bl-ammont ezatt ta’ liri li nefaq missieru biex batu l-privatijiet. Bl-ammont ezatt ta’ sieghat li ghadda barra l-klassi fejn kien tkecca fl-ewwel minuta minhabba espozizzjoni ta’ partijiet privati lill-Profs. Bl-ammont ezatt ta’ liri li ma kienx se jaqla jekk ma jghaddix u ma jiggradwax. Bl-ammont ezatt ta’ drabi li shabu kienu diga qraw il-ktieb. Bil-figura ezatta ta’ kilojiet ta’ kafe li kien diga belgha. U ahjar jghaggel ghax ghada l-ezami....
***
Il-kamra kienet zghira. Izda dan ma jimpurtax ghax anki l-ikbar kamra bhalissa ghalih kienet tinhass klawstrofobika. L-erba persuni quddiemu ma kienx jafhom. Suppost kellu ikun jaf lil dak tan-nofs ghax dak id-Dekan. Izda peress li d-dekan la jkun wara l-bar tal-parties ta’ nhar ta’ gimgha u lanqas qieghed fl-ewwel hdax tat-tim tal-futbol ftit kien hemm cans li jgharfu. L-istess diskors ghall-profs li gie minn barra u l-iehor li suppost huwa xi espert Malti. Fl-ahharnett hemm dak li suppost kien jghallmu. Dan ukoll ma kienx rah wisq. Imma din id-darba ma hix tort tieghu. Dan ftit kien jigi u d-drabi li gie kien spicca dejjem kecca lil Momu.
Quddiem l-erba maghzula kien hemm munzell karti. Wisq probabbli ghazla ta’ mistoqsijiet u rapporti dwar kull student. L-ghoqla fi grizmej Momu kienet qed tikber kull ma jmur. Il-farfett il-lejl kien ghadu hemm jiggerra go l-iswali vojta ta’ mohhu. Kien inghaqad mieghu ukoll serp twil li bhalissa kien qed jilghab bil-fondamenti ta’ l-istonku. Haga wahda kien jaf Momu... li ma jaf xejn.
Malli sema l-qanpiena iddoqq u ismu jinghajjat minn gol-kamra bilkemm seta’ jqum fuq saqajh. Ma kienx jaf jekk kenux l-erba espresso li kien ha mill-bar qabel ma gie jew kienx l-ghonq issikkat tal-qmis li ma kien jghin xejn f’din it-temperatura tropikali. Wasal bilkemm sal-kamra. Irnexxielu jislet tbissima minn bejn xufftejn issummati u jigbed is-siggu ghal tahtu bl-idejn inkallati bl-gharaq. Pogga dritt dritt u tefa' idejh ma xulxin qisu ha jibda' jitlob u qieghdhom bej kuxxtejh biex bhal donnu jahbi l-gharaq. Ittama li forsi ma jindunawx li kien nervuz jew li ghandu xmara gharaq niezla mas-sinsla ta’ daru.
Damu iparlaw bejniethom l-ghorriefa. B’dak it-tifel iccassat lejhom b’ghajnejh se jaqbzu l-barra, b’roghda li tidher sa minn spallejh u biz-zarbun tal-jogging mal-libsa bl-ingravata. Qishom hadu gost jarawh jitghawweg bl-agunija - bl-istenniija tal-ikkundannat sakemm taqa’ x-xafra harxa tal-giljottina li tikkundannak ghal hajja ohra fejn forsi ma taghmilx l-istess zbalji. Damu jahsbuha x’se jsaqsuh minn fost il-programm vast f’dak il-ktieb li kienu ghadhom kif ziedu fil-kurrikulu. Imbaghad fl-ahhar stenbah wiehed minnhom.
>Taqbel li skond it-teorija Superprofilattika Kuntrastata mat-Teorema Astratta Infinta gewwa Vacuum minghajr Batterija jew Indhil Barrani allura kull mibdi huwa mitmum?
Momu hares lejhom. Dak il-hin il-kafeina kienet lahqet ritmu mghaggel. Xtaq iqum jizfen fuq l-imwejjed. Xtaq jghajjat “Jien alazobbi mit-Teoremi Astratti”. Izda xi haga qaltlu ieqaf. Taqbel? Ma taqbilx? Iva jew le. X’affarijiet dawn. 50/50 din. Mela nitfaghha ghal-saqajha.
>Iva
U kollha jitbissmu kuntenti. Hadd minnhom ma tniffes. Hadd ma nduna li t-twegiba kienet azzardata. Anzi kienu ga lesti ghat-tieni domanda.
>Studjajtu D-Diskors Apostrofat skond it-Tieni Premessa tal-Arcidjakonat Interkontinentali minghajr Produzzjoni Zejda ta’ Materja Prima?
Rega ma fehemx. Dawn qed jitnejku bijja? X’il-madonna qed jghidu? Jien naf. Mela hawn xi kretin li se jghidilhom li ma studjax xi haga. Sadattant il-farfett il-lejl li s-soltu kien jghajjat “Ma taf xejn” issa kien libes libsa psikedelika, kien qieghed bilqieghda f’rokna ta’ mohhu ipejjep il-haxixa u jkanta “The Meaning of Life” minn Monty Python. Heqq ghidilhom mela. Li studjatha hux... mela li qatt tibla' l-ginseng u l-kafé?
>Iva studjajtha sew.
U kollha ghadhom kuntenti. Anzi qalulu prosit. Qalulu m’hemmx ghalfejn jistaqsuh dwarha jekk studjaha ghax il-logika hekk tirrikjedi. La jafha jafha, hux hekk? U daqt jghaddu ghall-ahhar domanda. U daqt jehles mill-hames minuti infern u jkun jista jmur jaqbad il-pitrolju u jaghti n-nar lill-mishut ktieb.
>Ghidilna mela. Theuma. Hux hekk jismek? Bartolomeo. Ghidlna ftit x’gieghlek tistudja das-suggett?
Ghajnejn Momu kienu se jaqbzu. Imtlew demm f’kull vina possibbli. Kien qisu barri lest ghall-attakk. Ried iqum u jsawwat lil kull wiehed minnhom li kien hemm bilqieghda quddiemu qishom imbecilli. L-kafeina kienet qed taghmarlu li jqum u jaghmel herba. Kien biss il-farfett-il lejl hippie li qallu relax u hudha easy. L-ikreh ghadda. M’hemmx ghalfejn ikunu jafu minn xiex ghaddejt biex ippruvajt iddeffes ktieb bla sens go mohhok. M’hemmx ghalfejn ikollhom hjiel tad-deni li kellhek gimaghtejn ilu. Deni ta’ ziemel fejn bdejt tispara teoremi bl-addocc waqt li kont rieqed. Hasra li malli ghadda d-deni ghadda kollox. Anki t-teoremi kienu tnaddfu bl-antibijotici qawwijja. Le. Tghidilhom xejn. Tinkorla xejn. Tbissem u irringrazzjahom ghax jifhmu.
>Iva Sir. Ghax inhobbu hux. Vera ghal-qalbi. Nixtieq dejjem nitghallem iktar.
U kuntenti kienu u kuntenti baqghu. Anzi kien qisu tellaghhom fuq pedistall. Taptpu fuq dar xulxin. Irnexxielhom jikkuntentaw student iehor. Irnexxielhom ifasslu gewwa student iehor l-imhabba ghat-taghlim. L-imhabba ghall-gharfien. Il-philo-sophia.
>Ghandna filosfu iehor. Prosit Theuma. Narawk sena ohra. Sellilna ghaz-ziju ta’.
U Momu qam bi tbissima falza izzarrat halqu. Hadilhom b’idejhom u hallilhom souvenir gharaq gol-palma ta’ idejhom. Bhalissa kellu bzonn kafe’. Kafe’ qawwi. Inkella jibza’ li gismu se jieqaf u jikkollassa.
Pre-Gudizzji
1 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar mercoledì, settembre 20, 2006 at 9:16 AM.Ghogbitni hafna l-iSlovakkja. Proprjament ghogbitni Bratislava, ghax mill-iSlovakkja kollha lilha biss rajt. Mort hemm ghat-tieg ta’ Frank ma’ Linda. Li kieku ma kontx mistieden ghal dan it-tieg ma nafx kemm kont immur Bratislava - u x’hasra kienet tkun. Vjagg qasir minn Lussemburgu sa Bratislava. Jittawwal ftit ghax trid taghmel siegha u nofs karozza sal-mitjat ta’ Hahn gewwa l-Germanja. Incidentalment, il-mitjar ta’ Hahn huwa xempju inkredibbli tas-successi li l-ajruplani tal-vjaggi irhas jafu jgibu. Minn l-ahhar li mort kiber l-ajurport, zdiedu l-hwienet u qed isiru hafna xogholijiet fil-parkings.
Bratislava ukoll. Ajruport zghir izda efficjenti. Il-problema tal-mishutin taxi drivers issibha kullimkien u avolja l-prezz tar-rikba huwa medjokri ghal hejn bliet ohra Ewropej xorta tinhasad meta tinduna li driver qed jipprova jehodlok darba u nofs il-prezz normali biex tmur mill-ajruport sal-lukanda. Imisshom jaghmlu direttiva dan ta’ l-Ewropa - “D-Direttiva 23 tal-2006 dwar l-eradikazzjoni tat-taxis fl-Ewropa u l-implimentazzjni ta’ sistema gusta, ekwa u ekologika bhala mezz ta’ trasport”.
Imma lura ghall-Belt. Kelli hafna pregudizzji dwarha. Ghandi iktar hbieb Ceki minn Slovakki. U c-Ceki qishom ghandhom tant bokka kbira b’dik Praga tal-Pont u l-Kastell li erhilhom imaqdru c-cokon tal-pajjiz tal-kugini taghhom. Jghidulek li l-iSlovakkja ma hemm xejn u li l-iSlovakki poplu lura. U b’hekk tinbena pregudizzju. U forsi minhabba l-ahhar vjagg tieghi fiz-zewg ajjizi ftakart fic-Ceki arroganti u razzisti li kont iltqajt maghom fis’96 u fl-iSlovakki li kienu ghadhom ma farfrux t-trab kommunist min fuq spallejhom.
Izda xejn minn dan kollu. Go Bratislava hassejtni komdu. Belt daqs dik ta’ Lussemburgu (ghallinqas il-parti pedestrijana) u migbura sew. Veru m’hemmx bizibilju monumenti u landmarks izda hemm bizzejjed irkejjen x’tiskopri, hallew bizzejjed xhieda tal-passat li tgawdi l-belt ma kull pass. Ir-ristoranti u hwienet jilqghuk b’menus inkredibbli u bi dhulija li ma niftakarx naraha gewwa Praga. Ghalhekk il-Hadd filghaxija l-ahhar Kafe go ristorant b’dekor kommunist fuq id-Danubju nizel ghasel u r-risotto gewwa Medusa kien ta’ barra minn hawn.
Indunajt li l-pregudizzji li holquli c-Ceki kienu ibbazati fuq deskrizzjoni mghawwga. Qiseu meta MAlti jkun jirrakonta dwar Ghawdex lil barrani. Dejjem ikun hemm l-istess reazzjoni wara - “It was nothing like they told me”. Ghax il-pregudizzji jinbnew fil-mohh. Huma kundizzjoni stramba ta’ finzjoni mahluqa sabiex nippreparaw ruhna ghal dak li ma nafux. Jew inkella qieghdin hemm ghax hekk iddecidejna li ha nippercepixxu dak li ha niltaqghu mieghu. Bhal ma jghid isimhom il-pre-gudizzji huma gudizzji minghajr ma inkunu informati bizzejjed. U qatt ma huma tajbin.
U waqt li kont Bratislava qrajt dwar pregudizzju iehor ikrah li se johloq hafna problemi. Id-dinja Musulmana qamet inkorlata kontra Benedittu. Dan kollu ghax hadd ma indenja ruhu jaqra d-diskors tal-Papa. Jien qrajtu. Fhimt li kien diskors dwar dwar ir-raguni u r-religjon. Dwar kif ma hemmx lok ghall-vjolenza ir-religjon. Il-Papa kien qed jibda dibattitu intellettwali. Ghal darba il-Knisja Mqaddsa Kattolika ma kenitx qed titratta lin-nies ta’ cwiec li jibilghu r-ross bil-labra. Ma kentix qed titkellem b’editti u kmandamaneti imma bi stedina ghad-diskussjoni u djalogu sabiex in-nies ta’ kull kredu jindunaw li ma hemmx post ghall-vjolenza fir-religjon.
Hadd ma ta kaz l-istedina. Ippreferew jisiltu citazzjoni li ghamel il-Papa (biex juri l-izball tal-pregudizzju) u jitfghuha bhala titlu fil-gurnali. Ghamluha b’mod li jidher li l-Papa al dawk il-kliem hu stess u jemmen fihom. Li vera m’ghandux x’jaqsam. Imma l-Al Jazeera u s-CNN huma x-xerrieda tal-pregudizzji primi. Jiddeterminaw l-lenti li minnha se naraw id-dinja. U ghalhekk issa l-Misilmin iridu l-Papa jitlob skuza ta’ xi haga li ma ghamilx.
Ghalhekk biex juru kemm hu giddieb il-Papa Garrej tal-Krucifiss meta jghid li l-Islam huwa vjolenti dawn l-erba bciecen li jibilghu kollox qed jgheddu vjolenza estrema fuq l-Papa, il-Vatikan, Ruma u d-Dinja Insara.
U ahna min ahna biex niggudikaw?
(ritratt: Statwa barra l-Katidral ta' San Martin)
Djaletti u Lingwistika
1 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar domenica, settembre 10, 2006 at 12:29 PM.Il-bierah kont qed nilghab il-biljard ma xi hbieb u hin minnhom spiccajna nitkellmu dwar il-Lussemburgizi. Owen skopra illi gewwa l-Lussemburgu jezisti fenomenu simili ghal wiehed li jezisti Malta. Mid-dehra hawn Lussemburgizi li jafu jitkellmu biss bil-Franciz u ma tantx ihobbu jaqilbu ghall-lingwa materna. Jinghad ukoll (ghax s'issa dan huwa kollu detto del detto) li meta xi hadd minn dawn jazzarda jiftah halqu bil-Lussemburgiz jingharaf minn mili l-boghod minhabba l-accent tieghu. Tajba din... anki go Lussemburgu hawn tal-Pepe'.
U din ta' l-istigma tal-pepe fakkritni f'argument iehor li kelli dan l-ahhar. Uhud minn fostna l-Maltin ta' Lussemburgu indunajna li meta inkun grupp imhallat - Maltin u mhux - hemm maggoranza kbira fostna li ma jaghmlux sforz jitkellmu b'lingwa li tkun komuni ghal kullhadd. Personalment din in-nuqqas ta' krijanza tqazzizni. Anzi tqallani. Filfatt sirt bla ma rrid nevita li nkun f'postijiet fejn hemm cans kbir li issir din il-pastazagni.
Forsi mhux qed tifhmuni. Din il-haga tigri meta ikun hemm talanqas persuna wahda li ma titkellimx bil-Malti. Erhilhom ipacpcu f'wiccha qisu m'hu xejn. Ghalxejn tigbed l-attenzjoni ta' dawk prezenti li mhux kullhadd ghandu l-unur li jpacpac f'ilsien Vassalli ghax wara xi sforzi b-ingliz imfarrak jergghu jaqilbu ghall-Malti. Jiddispjacini ghax hafna drabi dawn huma l-istess nies li meta jaqbdulek dwar 'tal-pepe' u kemm huma injuranti erhilhom jinsultaw. Erhilhom jghidu li imisshom jisthu l-iSlimizi u 'dawk mimlija inglizati'. Basta huma jafu jitkellmu bil-Malti. Ghax dak l-importanti xbin (u forsi jitfghulek xi dawgha bhala enfasi).
Imbaghad tasal ir-ridikolagni ta' gustifikazzjoni: "Mhux Malti jien? mela Malti nitkellem." X'injoranza jahasra. Il-lingwisti estremisti waslu biex holqu alibi bazwija ghall-barbari. Il-"barbaroi" dawk li ma jitkellmux hlief ilsienhom u jostru l-injoranza taghhom u l-biza taghhom ghall-ftuh wara premessa falza ta' patrijottizmu.
Ghax jien kburi li Malti. Kburi li naf nitkellem b'ilsien pajjizi u bl-ilsien li taghtni ommi. Ghax ma nhosx li qed nigri wara l-ilsien barrani jekk naghmel sforz nuza lingwa li biha jista jikkomunika xi hadd prezenti. Ma nhossx li qed nnqos mill-fedelta' lejn il-gbejna u l-pastizz jekk ghal xi mument naqleb ghall-ingliz u l-franciz jew it-taljan.
Hekk jew mhux hekk?
Schueberfouer
0 Comments Miktub minn Jacques René Zammit nhar martedì, settembre 05, 2006 at 5:24 PM.Gewwa id-Dukat waslet il-Festa. Il-pjazza tal-Glacis m'ghadhiex parking ghall-elf-u-wiehed karozza li s-soltu ikunu ippakkjati hdejn xulxin b'xehta ta' cimiterju tal-magni. Minflok il-karozzi hemm gostra kontra gostra. Il-fuq minn mitt gostra differenti ghal min ihobb igawdi mis-"sudden rush of blood to the head". Gostri li jdawruk rasek l-isfel, gostri li jixhtuk hesrem lejn l-art, gostri li jibghatuk fl-arja b'ghaggla inkredibbli. Gostri fejn it-twerzieq, il-qtugh ta' nifs, l-emozzjoni, il-pipi fil-qalziet u r-ramettar isiru haga wahda. Fejn il-limiti umani ta' rezistenza jissarfu fi pjacir allucinanti. U bejn saqajn dawn il-gganti mekkanici hemm kull xorta ta' kjosk. Gelati u gauffres (galletti), zalzett u kebab.
Il-Lussemburgu waqfet. Ghal ghaxar't ijiem ta' heden u genn ic-centru tal-attenzjoni tad-Dukat ghazzien huwa proprju ix-Schueberfouer. Nies jipparkjaw mili l-boghod u jaqbdulek il-minibus li tnediet attalapposta. Min jonfoqlok mijiet ta' ewri f'loghob bl-ixkubetti jew bil-qaws biex forsi jiehu lura xi trofew prestiggjuz bhal forsi xi pelouche (soft toy). Min jippreferi il-kjosk tal-birra u fruit de mer (frott il-bahar). Min lewa ghonqu wara lejl ihares il-fuq jara t-twerzieq ta' dawk lawdaci li jaghzlu li jittantaw il-limiti taghhom u jirkbu xi gostra. U r-regina tal-gostri tibqa' ic-cirku t-tond li jtellghek hemm fuq, kwazi tmiss mas-shab u tgawdi l-veduta tad-Dukat tahtek.
U nhar-il hdax tax-xahar jaghlqu l-festa b'pompa u maesta'. Loghob tan-nar minn fuq il-Pont vertiginuz imsemmi ghad-Dukessa Charlotte (incidentalment hemm tip ta' patata bl-istess isem!) ikun il-kulminu tal-genn kollu. Kullhadd ikun kuntent. L-adrenalina tieqaf tiggerra fil-vini u ningabru ghal xitwa kwieta u ibernazzjoni obbligata.
U dawk l-erba imgienen dilettanti tal-festa ikunu ga bdew jippreparaw ghal sena ohra. Meta l-gganti u l-ghajjat jergghu ikunu fosta u meta l-loghob tan-nar jerga jimla s-sema bil-kuluri kalejdoskopici.