kinnie & twistees

prodott ghawdxi


L-Eklissi


"Luxembourg will witness a total eclipse of the sun today, Wednesday 29 March, at around 12:53. All we want is a break in the clouds............"

Xi gharef go Lussemburgu ghogbu jwebbel lin-nies. Qallhom li illum, lejn is-siegha, ikunu jistghu jaraw l-eklissi tax-xemx. Imla rasek xbin. Illum it-temp kien dak li wiehed jistenna mid-Dukat. Imsahhab. Waqtiet xemxin kellna, imma issa... lejn it-tlieta. Mill-bqija l-uniku eklissi kien dak ta' mohhi li ilu ghajjien minn tmiem il-gimgha u qajla nista' inhaddmu ghal qattra xoghol. Ma nafx Malta x'rajtu imma hawnhekk hlief shab ta' xita ma kienx hawn. Forsi kien dik in-naqa imdallam iktar mis-soltu imma ma kontx tista' tghid jekk hux grazzi ghall-offuskament lunari jew ghall-intervent solitu tal-cumulo nimbus letzbergiz.
U ghal min ilu jifrah li Sting se jdoqq Malta, nghidilkom li se jdoqqilna hawn ukoll... f'Esch sur Alzette - nhar it-tlettax ta' Lulju.
Nispera ma taghmilx xita' dakinhar.

Ful bil-Kosksu


Ingredjenti
100gr basal ahdar
tewma hadra
3 tadamiet friski
250ml ilma
kilo ful
200gr pizelli friska
litru u nofs mishun jaghli
100gr kosksu
4 gbejniet friski

Metodu
1. Qaxxar il-ful. Go borma itfa' l-basal, it-tewm, it-tadam u l-ilma.
2. Tektithom fuq nar bati. Itfa' l-mishun jaghli fil-borma mat-tahlita tal-basal u zid l-ingredjenti l-ohra minbarra l-kosksu u l-gbejniet.
3. Hawwad bl-imgharfa u halli t-tahlita terga tiftah taghli.
4. Aghtti l-borma u kompli sajjar ghal 20 minuta ohra. Kif isir il-haxix, zid il-kosksu u hawwad sew. Kompli sajjar.
5. Itfa' l-gbejniet u kompli sajjar ghal 10 minuti ohra.
6. Aqleb u itma'. Tazza Kinnie tmur tajjeb bhala akkompaniment.

RICETTA SPUDORATAMENT MISRUQA (BL-GHELTIJIET B'KOLLOX IZDA MHUX NUMRU SITTA) MINN DI-VE (Kitchenette).

ritratt: Fula maqsuma (proprjament il-mizwed maqsum)

Les Mauvaises Habitudes


Tghix barra u tibdel il-perspettiva. Din hija wahda mit-temi ta' dan il-blog li ghazilt li nibda nikteb bil-Malti. Jidher li s-suggett huwa inqas interessanti mill-akkuza ghax hawnhekk il-qarrejja qajla jilhqu il-hamsin kuljum. Però dak mhux l-iktar haga importanti. Important li nesprimi ruhi bl-ilsien li tatni ommi ha ma nitilfux. Il-krizi lingwistika ilha timmanifesta ruhha u mohhi sar burdell ta' vokabularju imhallat fejn il-kelma tadotta indipendenza assoluta u tirrifjutà kull sens ta' nazzjonalità. Bilmod jinholoq metalingwagg fejn kull ghal kull kuncett tintaghzel biss kelma wahda mill-menu possibbli. Dan ga tkellimt dwaru qabel... dexetti (zibel), delai (deadline), u pressat (mghaggel) jiguni f'mohhi issa.

Il-haga hi li sal-metalingwagg tibqa' konxju. Tkun taf li l-kelma li uzajt mhux qieghdha f'postha. Hemm affarijiet ohra li huma iktar profondi. Il-valuri u vizzji li ingorru maghna minn pajjizna. "Ghax imdorrija naghmlu hekk". Ghal bidu li tkun wasalt f'pajjiz iehor tikkritika "kif jaghmlu dawn" - "kif jaghmlu go Lussemburgu". Affarijiet zghar ghall-bidu - hinijiet ta' l-gheluq tal-hwienet, x'jinbiegh ghand l-ispizjar, fejn jahraw il-klieb. Dawk id-differenzi l-ewwel li johorgu. IMbaghad, kull ma jmur tibda tinduna b'differenzi ohra li ghal bidu ma kienux ovvji. L-etika socjali, l-interazzjoni, id-dahk jew nuqqas tieghu, il-politika. Dawk ukoll huma parti mid-DNA socjali. Dawk ukoll ivarjaw.

Niftakar li Ficarra e Picone, zewg kummiedjanti Sqallin ta' kwalità prima ghandhom sketch dwar dan. Wiehed ikun mar l-iSvizzera u ghal bidu jitkaza b'kemm hemm indafa. Imbaghad jghid lill-iehor li wara hafna zmien jghix hemm kienu adattaw rwieghhom. GHax anki l-isvizzeri kienu bdew jarmu l-karti mal-art u ibulu fil-kantuniera. S-satira tezigi li l-adattazajoni isir bil-kontra meta fil-verità l-isqalli kien isir xi ftit svizzeru.

U aihmè xi ezigenzi Lussemburgizi bdew jintisgu fid-DNA tieghi. U kull tant dak li huwa normali f'pajjizi m'ghaudx jidher tant normali ghalija. Li naccettaw problemi ta' traffiku, ta' zvilupp eccessiv, hofor fit-toroq u politici jitnejku bina ma tibqax haga ovvja imma tidher ostinatezza inutli. U illum biex hsibt f'dan kollu kelli nara artiklu fit-Times jirraporta x'gara fil-qorti. Aqrawh hawn ghax ekk naghmel link jisparixxi wara xahrejn:

Conditional discharge
A man was conditionally discharged for three years after he admitted to employing three men illegally in an attempt to "help" them so they would not lose their right to unemployment benefits. Magistrate Jacqueline Padovani Grima heard Paul Cutajar, 45, of Luqa plead guilty to employing the three men without a workbook, failing to pay money due in social security and defrauding the government between January and July 2003.

The magistrate heard how Mr Cutajar did not make any gains out of his actions which were an attempt to "help" the men who would seem unemployed and therefore not miss out on unemployment benefits. The magistrate recommended that Mr Cutajar does not lose his job.
Police Inspector Angelo Gafà prosecuted.


Mela' jekk qrajtuh sew l-artiklu forsi indunajtu intom ukoll kif tahdem il-gustizzja f'Malta. Bazikament, il-Magistrat Padovani Grima ikkunsidrat il-fatt li Cutajar iddefrawda (hexa) lill-gvern u t-tezor ta' Malta bhala xi haga pozittiva ghax ghamel dan bl-intenzjoni kristjana li jghin lill-ghajru jidher li huwa unemployed meta fil-fatt kien qed jaqla l-flus.

Qed tifhem? Cutajar impjega lil dawn in-nies minghajr ma iddikjarahom sabiex huma ikunu jistghu jibqghu jidhru li m'ghandhomx xoghol u jaqilghu c-cekk tal-ETC. Sadattant hu kien ihallas biss lilhom minghajr taxxi u boll u x'naf jien. U ghal dal-isforz kollhu Cutajar rebah rakkomandazzjoni li izomm xogholu.

Helwa wisq. Issa spjegali kif wiehed jigi lura Malta wara zmien go pajjiz b'amministrazzjoni superstretta u ma jkollux xokk kulturali. U leee.... imnalla hemm il-Kinnie (overrated kemm trid) u t-Twistees inkella hawn nibqghu bid-Diekirch u s-Sauerkraut minflok. U hallina ha!

Rebbiegha Gdida

Image hosting by Photobucket

Il-bierah morna sal-park. Konna xi tmienja kollox. Bhal bqija ta' Lussemburgu ma stajniex nirrezistu ghall-ewwel jum mimlija xemx u minghajr shaba wahda fis-sema. Il-Parc de Merl kien imbullat nies. Generalment familji bit-tfal li japprofittaw min-numru kbir ta' loghob li hemm biex jehdew it-trabi. Hemm minn kollox - ramel biex tilghab futbol, ramel biex tilghab futbol, zriezaq, imwejjed tat-table tennis, basketball, u anki perkors gdid ma nafx x'taqba tghidlu ima qisu xi haga li juzaw il-militar ghat-training (imma adattat ghat-tfal). Insomma qisu t-Ta'Qali tan-nouveau riches.

Id-differenza hi li f'ta' Qali kull ma konna insibu kienet wesgha kbira haxix. Il-pa jipparkjalek il-karozza vicin kemm jista' jkun imbaghad tlaqna ha naraw xi hbieb godda se naghmlu illum. Jekk ghandek ballun bully ghax kemm tintefa' taghti daqtjn u malajr jizbukkaw mix-xejn ghaxart itfal ohra u tghaqqdu loghba. Lasti mobbli li jinkwadraw l-iktar bicca art prezentabbli minn fost il-hofor u pjanti ostici li jiddecideu jikbru f'nofs bicca perfetta u ma taqlaghhom xejn ghax ghandhom gheruq iktar sodi mill-iktar diehard partiggjan.

Erhilna nilaghbu. Limiti kien hemm tnejn. Jew li jispicca Tutto il Calcio jew li taghmel ix-xita. Fiz-zewg kazi ma kontx tkun int li tinduna. Int kont tkun f'sakra ta' tajn u hamriija u grif li ma jwegghax sakemm ma tqumx l-ghada ghall-iskola. Le, kien ikun il-papa lib'tisfira li tirbombja mal-erba' kantunieri tal-wesgha kien jissenjala t-tmiem tal-ostilita' (kif jghidu fuq it-tv taljan). Imbaghad hafna "Caw" u"Niltaqghu gimgha ohra"... nofs wieghdiet ghax kollox jiddependi fuq jekk il-pa ghandux aptit. Il-pa kien imbaghad jizviluppa kapacita ta' sewqan bhal ta' Giancarlo Fisichella u konna naslu id-dar ftit minuti wara li nitilqu minn Ta' Qali - dan kollu sabiex nilhqu lil Paolo Valenti u l-gowls fuq l-uno.

Il-bierah minn dan kollu sibna t-tajn. Certi hofor fil-haxix jafu iweggghu imma ghalgrazzjatalla ma weggha hadd. Papa ma kienx hemm biex isaffrilna imma kulltant issib ruhhek thares lejn xi ftit mill-mummies li jkun hemm jiehdu hsieb it-trabi taghhom. Koz. Kemm tinbidel id-dinja hux. Fl-ahhar morna hadna gelat u coca hdejn il-speci ta' pond enormi li hemm f'nofs il-park. Ma' kellhomx Kinnie u l-anqas Twistees of course. Pero' huwa minnu li meta taghlaq nhar ta' Hadd b'dak il-mod tibda thoss dik il-kuntentizza gewwiena li r-Rebbiegha biss taf tatghtik.

Issa bdiet il-gimgha... nistennew tmiem il-gimgha ohra imbaghad naraw x'nivvintaw.

El Gordito

Ghadni diehel minn loghba five-a-side. Nilghabu gewwa s'intendi. Tnax il-referendarju jinsew l-enigmi legali u jghaddu ghal loghba semplici tal-ballun. Kulltant jinghaqad maghna l-Avukat Generali Maduro, bhal ma ghamel illum. Hafna pjacir imma jien nizbalja ghax ma mmurx spiss. Tort naqra taghhom ukoll ghax jilghabu l-Erbgha u normalment ikun hemm ic-Champions League u l-Juve ergo prioritajiet ohra.

Insomma. Illum mort. Mort ghax intizint u sibt li issa nizen 73 kg. Xejn sabih. U jekk ha mmur nitmattar fuq il-plajjiet ta' Cuba hemm bzonn niddistanzja ruhi mill-Free Willy State. Issa qbizt it-tletin. U z-zmien u l-piz beda' jinhass. It-touch ghadu hemm - Brazilian u x'naf jien. Imma l-istamina le. Nieqsa dik xbin. U minkejja li t-tipjip ilu li intnesa minn Milan-Liverpool xorta ghadhom iwegghuni il-pulmuni.

Tinduna li kbirt meta s-somiljanza ma Cassano, Ronaldo u Gascoigne tittiehed miz-zaqq u mhux mill-pass. Tinduna li xi haga bdiet tinbidel meta bejn round u iehor (nilghabu bi tlett teams - round robin) tibda tpartat ricetti ta' kejkijiet ma Maduro. Tinduna li z-zmien qed jaghmel bik meta taghraf li ma tantx kienet idea tajba tibla' BLT sandwich ftit qabel il-loghba.

Imma l-finezza ghadha hemm. Dawk il-lobs li Totti jista' biss johlomom. Dawk il-passes di tacco li Ibrahimovic ghadu jipperfezzjona. Dawk id-daqqiet ta' ras ala l-aqwa Van Basten. Dik il-bomba stile Dunga jew Branco.

U kif qed forsi tindunaw il-holm tat-tfal ma jisparixxi qatt. Ghax il-futbol jghin biex tibqa zaghzugh. Tista tiflef il-forma imma il-menti hemm se jibqa' fanatiku u mimli holm. Ghalhekk isjehulha il-Loghba Sabiha (the Beautiful Game).

U issa qieghed id-dar. Tazza Kinnie mill-bottijiet li gabuli l-ahhar. Ghax hekk xieraq. La ma nistax immur Zmerc wara l-loghba u nibla gwienah tat-tigieg u Orange and Orange ta' l-inqas nixrob kinnie bil-kwiet. U ghada naghmel il-kejk Portugiz mimli cholesterol la jibaghtli r-ricetta Maduro.

Fejn taf... forsi xi darba insir bhal Maradona. (pero droga le... u kburi!)

Nuccali

Ma tarax. Qed nghidlek ma tarax.

Daqs xahrejn ilu tfarrakli in-nuccali funky li kont xtrajt minn ghand il-Grand Opticien ta' l-Auchan. Joghgobni ghax ghandu dik il-feel anni cinquanta fejn kull ma jkun jonqosni il-vespa piaggio u l-muzika Sapore di Sale biex inhossni mort lura f'wahda mill-epoki l-iktar felici tas-seklu li ghadda. Peress li kont ghazilt wiehed state of the art kellhom jordnaw iehor mill-Amerka. Kopert bl-assigurazzjoni u kollox. Ma nhallasx penny. Imma xorta xahrejn minghajr in-nuccali tieghi.

Kelli l-ghazla li noqghod indur bin-nuccali tax-xemx ghax moghni bil-lenti tal-vista. Imma mal-hames ghageb li jitfaghlek is-soltu cajta ta' "Kemm hawn xemx illum" ikollok jew tigdem ilsienk u ma twegibx b'ton aspru li qed "issalva ghajnejk mill-brillantezza ta mohhu" jew inkella issib par qadim u tinqeda. U hekk ghamilt. Ilni xahrejn indur bi preskrizzjoni hazina tal-lenti. Ifisser mini-ugiegh ta rasijiet illi ikkombinaw ruhhom ma sinna imnejka. M'hemmx x'taghmel.

Issa cempluli minn Auchan. Il-frejm wasal. Ha mmur sparat nigbru ha forsi nara nidghi. X'salib dawn in-nuccalijiet koz. Imma nippreferi immut milli nilbes xi lenti go ghajnejja. Ilni nilbes nuccalijiet minn Form 1. Minn meta' dhalt f'lezzjoni ta' dik l-inutiltà miexja ta' ghalliema ta' l-Ingliz liebes nuccali imzanzan gdid fjamant. F'dak iz-zmien ma kellniex Harry Potters li jbiddlu l-ilbies ta' nuccali f'fashion item. Dak iz-zmien kellna terminologija vasta bhal "nerd" u "kwatrocchi" li malajr tifhem kemm int cool liebes in-nuccali. Imnalla fil-fubol kont daqxejn ahjar minn normal ghax inkella addio reputazzjoni.

Minghajr il-gost u genn tal-futbol kien ikolli nispicca fuq iz-zokk ta' sigra mejta ma dawk in-nerds iharsu lejn il-keshin bhalna niggerrew wara ballun filwaqt li jsoffu il-Kinnie mill-istrò u jaqsmu xi borza Twistees.

first sign you line up
second sign you shut up


erm sir... I think your car is on fire!

Il-Bard


Tghix go Lussemburgu u tissieheb mal-klabb tal-bard. Il-bard issir haga kwotidjana. Li thares lejn it-termometru filghodu u jindika hamsa taht iz-zero u ma tistaghgibx hija parti mill-Lussemburgifikazzjoni. Stramba ghall-bidu. Iddum ma tinduna kemm dahlet gos-sistema din l-idea. Sakemm tqum xi darba filghodu. Tohrog barra u tghid bejnek u bejn ruhhek li illum bnazzi ghax qieghda grad fuq iz-zero. Sahansitra tittanta tilbes in-nuccali tax-xemx.

Illum mort ippruvajt post gdid ghall-ikel sabiex nahrab mill-canteens kommunisti istituzzjonali. Spiccajt got-Tverna ta' Belair. Ilhom sena' miftuha u ghandu x'jghidli li ha nsir "regular". Hitan mizbughin homor homor. Ritratti ta' isdra u srum femminili fl-abjad u l-iswed mal-hitan. Xejn isbah biex iqabbdek l-aptit. Muzika Kubana u menu varjatissimu bi platt specjali ghal nofsinhar kuljum. Sibtu posti. L-iktar haga li toghgobni dwar dan il-post huwa il-mod spavald kif jaghmel il jista' biex inessi il-bard barrani. bejn il-hitan homor, ir-ritratti ta' igsma fil-ghera u fliexken ta' rhum u caipirinha tinsa' li barra l-art ghada bajda bis-silg. Tidhol fl-ambjent shun u ghal mument tisthajlek go speci ta' trijanglu ta' bermuda f'nofs Lussemburgu.

U filghaxija jiftah ukoll u qieghed pass mid-dar. gawdejt wisq. L-ispirtu sahan u l-qalb kompliet il-melodija ferriegha li donnha qabdet ir-ritmu dawn l-ahhar jiem. Il-pjacir li tghix u ssib il-pjaciri zghar tal-hajja. Kullimkien qieghdin. Anki fl-eqqel bard li jaf joffri id-Dukat.

Kull ma jonqos Kinnie u pakkett twistees.

Seat ta' Wara'

Qed joqrob l-Ghid. Fost hafna affarijiet strambi li jfakkarni fihom l-Ghid hemm is-seat (xtaqt nuza' maghqad imma ma ddoqlix f'karozza u nobghod niktibha "sit") ta' wara' tal-karozza. Ghax il-wasla ta' l-Ghid kienet tfisser li sejrin Ghawdex ghall-gimaghtejn tal-btala u kienu jibdew il-gimaghtejn ta' relazzjoni mas-sit ta' wara tal-karozza. Is-sit ta' wara huwa siggu iehor fl-iskola tal-hajja. Huwa s-siggu minn fejn tfal bhali kienu jisparaw elf mistoqsija lejn il-genituri bilqieghdha quddiem u nippretendu twegiba immedjata.

Id-dinja tibda tifimha xi ftit ghall-ewwel darba mis-seat ta' wara. Thares il-barra mit-tieqa tal-FIAT Uno jew DATSUN jew x'ikunu taw lil missierek ta' Farsin u titghallem bil-mod. Tosserva u tiddigerixxi. U Ghawdex kien joffri xenarji meraviljuzi mis-seat ta' wara'. Hdura ma tispicca qatt u l-isfar u l-ahmar ta' l-Ingliza u s-Silla jpingu l-ghelieqi. R-riha tax-xita li tkun ghada kif bierket l-art tkun ghada imdendla fl-arja u tiftahlek imnifsejk.

Ga minn qabel ma tizbarka mill-iMgarr jew Melitaland tkun hadt postok wara l-pa'. Strategikament tkun tista' tara ir-rearview mirror tieghu u idu diehla u hierga bis-sigarett dejjem imqabbad. Sahansitra timmagina li minghajr sigarett il-karozza ma timxix. Imbaghad jinnegozja ma tal-Gozo Channel. Fi zmien il-ghaks kien ikun jaf lil xi wiehd minnhom u flok karozza u erba passiggieri konna naqtghu karozza u driver. Il-bqija jghaddu grazzi ghal flixkun whisky kulltant lil Censu jew Chalie jew min jinzerta fuq il-moll. U l-id tohrog mit-tieqa taghtih il-biljetti u l-iehor jaghmel ta birruhu qed jaqta' l-biljetti u minflok jaghtik kollox lura tale quale. Sic transit gloria gaulitanum.

Imbaghad konna nabbandunaw it-tron tas-sit ta' wara sabiex nitilghu hdejn il-Kaptan (ghax kien jafu ukoll il-pa' - il-pa' lil kullhadd jaf - tghallem Ghawdxi tghallem) u noqghodu b'idejna fuq it-tmun inhossuna l-allat li qed jiggwidaw il-vapur filwaqt li nippruvaw nevitaw li nidhlu go Kemmuna.

Malli konna nizbarkaw go Ghawdex diga tkun dinja ohra. U l-Gzira Ghasel kienet tirrezerva vjaggi sabiex nigbru il-gbejniet mill-Munxar, hobz mix-Xaghra, xorb minn Farsin u xirja minghand Chalie ta' Batu fi Pjazza San gorg. Dehlin u hergin minn gol karozza nibilghu arja bnina u ferriegha tar-Rebbiegha Ghawdxija. Imbaghad jaslu ir-riti Kattolici. Fis-sieat ta' wara lejn il-quddies ir-Rabat, fis-seat ta' wara nintonaw ir-ruzarju jew mal-pa' jew maz-ziju Kavallier sakemm naghmlu s-seba' Knejjes. Carcade ta' tlett familji nigru minn Knisja ghall-ohra u naraw l-imwejjed ta' l-Appostli fl-istess hin. Il-formazzjoni fis-seat ta' wara dejjem tinbidel u kull ruzarju ikollu ton differenti skond il-partecipanti. Sliemghalikmarijabil-grazzzja....

Imbaghad carcade ohra lejn il-purcissjonijiet tar-Rabat u tilhaq bicca tax-Xaghra ukoll. Imbaghad bejn haga ou ohra tigri fis-seat ta' wara mal-pa' sakemm ilahhaq erba' qadjiet.

Ghax il-friefet ghandhom il-pupa u l-krysalide imma ahna ghandna s-seat ta' wara. Dak il-post fejn taf li id-dinja ghadha f'idejn dawk li qieghdin bilqieghdha quddiem. L-uniku hsieb huwa fuq id-dmanda li jmiss. U fuq ix-xita li qed thabbat mat-tieq u l-qtar li qed jiggerra mat-tieqa qisu ghandu hajja tieghu. Ghadek komdu, fil-wens u l-kenn tal-familja u tixtieq li tibqa hemm imwennes u imkenni. Xi sentejn ihra ma jkollokx kwiet go gismek imma ghalissa kemm jixtrulek Kinnie u Twistees u erhilek tiekol u tmeclaq u ssoff hemm wara u d-dinja barra affarihom.

Dak kien zmien... fis-seat ta' wara.

Numri

Image hosting by Photobucket

0 D: 0 P: 0 L

"the beginning of time"

Mitluf fi traduzzjoni: Is-Shab

Image hosting by Photobucket

Mid-dehra jghidulha Interferenza proattiva. Tkun qed titghallem linwga ohra u din tibda tinterferixxi f'dawk li suppost ikun wahhlu sew l-eghruq go mohhok. Jibdew isiru gheltijiet li jdahhqu imma jinkwetaw. Jinkwetawk ghax thossok xi xih bl-alzheimers u f'daqqa it-tletin sena' li skorrew fuqhek ikunu donnhom immoltiplikaw. Bhal meta' tghid "dexetti" flok "zibel" jew "lami" flok "xfafar". Helwa ghal bidu... imma kerha jekk persistenti.

Il-problema tibda tikber meta' xi kliem jibdew joghsfru mill-vokabularju u tibda biss tiftakar kelma wahda minn ilsien wiehed indipendentement minn dak li qed titkellem. Ghalhekk "dexetti" saret l-ewwel kelma li tigi go mohhi ghal-"rubbish", "zibel", jew "'munnezza". U l-bierah ghall-ewwel darba taghni attakk ta' paniku.

Ghax il-bierah x'hin azzardajt ingorr bl-inadegwatezza tal-ilsien Malti f'dak li ghandu x'jaqsam ma' bard nordiku u l-manifestazzjonijiet differenti tan-natura f'temperaturi polari kelli bzonn nuza kelma. Kelma facli. U ijja....dawk l-affarijiet bojod li jkunu fis-sema...qishom qoton... imma ghandna kelma ghalihom. U ftakart "nuages" ftakart "clouds" u ftakart "nuvole" imma il-Malti kien ghosfor. Lahaq tar. U wara kwarta intella u nnizzel kelli incempel lil Owen u nistaqsih.. "X'inhuma nuages bil-Malti?" Oh x'sodisfazzjon tismaghha!

Shab. Shab. Shab. Jahasra. Kelma tant sabiha. U ghal mument kont hsibt li tliftha ghal dejjem. Nittama li din l-esperjenza ma tergax tittenna imma nahseb li m'hux se tkun l-ahhar darba li ser ikolli mohhi fl-ishab.

Sahhiet.

Mitluf fi traduzzjoni: Il-Borra


Din tak-borra qatt ma' nizlitli. Ghandna bzonn kelma ghall-isnow. B'urgenza. U hallikom miz-zikk ta' maghmudija ta' Kristu fuq l-Ewro. Isa. Iffurmaw kumitat bl-ordni, preferibilment ta' xi nies li jifhmu, u imlew din il-karenza lingwistika illi ghandna. U tieqfux hemm. Jekk joghgobkom ghandi bzonn kelma ghal "snowstorm" li tkun inqas pedantika minn tempesta ta' borra. U aqtaghuli erba' frazijiet godda li jikkombinaw il-forom differenti ta' snow. Dik morbida li tinzel helwa qisha qoton u li facli tnehhiha minn fuq il-windscreen (anki bil-wajpers). Dik daqxejn iktar imsilga li taf twegga jekk tidhol fil-ghajn. Dik il-kelba li tikkombina ma' kutra ta' silg fin li ma jitnehha b'xejn. Dik li tinzel donnha xita imma tkun silg li jehel ma xarek u malli issib naqa' kenn tinhall f'salt u tkun qisek ghadek hiereg mid-docca. U xi nghidu ghall-effetti generali ambjentali? Sema' shab imhabbla bi snow lesti biex iwelldu u jkopru l-art bl-abjad. Sema griza b'vizibilità nulla mimlija snow niezel bla waqfien.

Isa mela. Aqtghuli erba' kelmiet kif suppost. Hekk jew b'hekk daz-zmien mhux kollox hekk? Kultura tat-take away, do-it-yourself u caqlaq ha mmorru. Itfaghhomli go borza' ghax ghal mieghi dawn. Se nehodhom Lussemburgu u nikkunsmahom hemm bil-kwiet bejn maltempata u ohra.

U kif qieghed hemm ghamillu Kinnie u Twistees ghal ma' t-triq.

*Pittura: Turner - Tempesta tal-borra (snowstorm).

Gallarija

Dalghodu qomt bil-buli. Kemm ghax Xitan iddecidiet li ghat-tielet darba f'temp ta' xahrejn ghandha tibda tghaddi l-iljieli tnewwah f'sahna ta' Cicciolina qabel ma sparixxiet, u kemm ghax ghandi xi seba' mitt darsa ta' l-ghaqal li iddecidew jghaddu jghidu kelma fl-istess hin. Skoprejt pero' li tahlita felica ta' borra u xemx brillanti (ghax izzeggeg mhux tisreg) hija formola tajba sabiex terga ggibdek fuq saqajk. Allura forsi wara 500 mg paracetamol (ghlija) u pillola Calmovet (ghal Xitan) it-tnejn flimkien kapaci insibu l-wens inharsu l-barra mit-terrazza lejn dawn l-imgienen t'hawnhekk li johorgu passiggata fl-isnow li jaslilhom sa' rkoppithom.


Ha noqoghdu ftit gallarija insomma. Sakemm isir il-hin li morru l-cremailleure ta' Frankie 'Dario Argento' li issa inghaqad mal-upstarts kollha u gie joqghod Belair u telaq minn dak il-flat fuq il-gay bar fic-centru. Cremailleure huwa "house warming" - haga li taghmel meta tixtri dar jew tikri post gdid. Tistieden xi nies id-dar ha ssahhanha ftit u twarrab il-kesha tal-iskonoxxut. Iddarriha. Malta m'ghandniex dik it-tradizzjoni, jew tal-anqas ma kellniex tradizzjonalment sakemm ma sirnix xi ftit iktar ewropizzati. Forsi qatt ma kellna bzonnha ghax il-bieb ta' barra dejjem miftuh jew ic-cavetta fil-bieb. Ghallinqas hekk kien. Ghawdex damet ftit iktar din ta' kollox miftuh u xejn imsakkar. Niftakar il-Maltin jitnejku biha din il-haga - jitnejku bil-fatt li Ghawdex kienet dar wahda - miftuha ghal kullhadd.

Allura qieghed hawn inharbex kellmtejn u nhares barra mit-tieqa fuq it-terrazza lejn park miksi abjad u sigar iqandlu l-borra li waqghet f'dawn l-ahhar jumejn. Qieghed gallarija. Li toqghod gallarija hija ukoll xi haga Maltija. Il-kostruzzjoni arkitettonika li naqsmu ma' l-iSqallin, il-Maghrebin u l-iSpanjoli, tisporgi 'lbarra mid-dar ghal fuq it-triq. Testendi minn gol-privat ghal gol pubbliku minghajr ma vera tithallat. Ghax bejn persjani u purtieri tal-hatab u x'naf jien il-hsieb dejjem kien li min hu gewwa jara barra u min hu barra jibqa' bix-xewqa.

Li toqghod gallarija saret espressjoni. Tfisser toqghod kwiet, imekken sakemm dak li jkun ghaddej jibqa' ghaddej minghajr ma tiddeffes. Generalment jippermetti li x'hin jispicca kollox taghzel liema naha jaqbillek. Taf tfisser li tosserva filosofikament imma xi drabi dan ifisser li trid tibqa sieket ghal dejjem ghax malli tiftah halqek tinkixef jekk intix verament filosofu jew gakbin. Tal-gallarija hija haga li tissemma kemm il-darba f'pajjizna. Kwazi insult jekk tirreferi ghal haddiehor imma kwazi mossa intelligenti jekk tkun qed taghmilha int stess. Ma hix l-ewwel espressjoni b'dan il-karattru ambivalenti.

***
Go l-universita' beda' r-rebus. Il-gvern irid lil Juanito. It-tlettax-il membru tal-Kunsill li ghadhom kif inhatru ga jafu x'inhu l-ahjar ghall-Universita' u forsi xi hadd kien ga qalilhom. Id-dekani u akkademici li jifformaw in-nofs l-iehor tal-Kunsill issa jridu jiddeciedu jekk jergghux jivvutaw ghal REM saiex iservi it-tielet term tieghu - u jaghtu sinjal lill-gvern li l-Universita' ma hix se titmexxha minn imnehirha. F'kaz ta' rizultat ta' 13-13 allura jidhlu fiz-zifna tnejn li nahseb li ghal bidu se joqoghdu gallarija... Andre Camilleri (President tal-Kunsill) u l-Isqof Annetto Depasquale.

Interessanti l-bicca. Jien se noqghod gallarija u nara x'inhu gej.
Sahhiet.

Countdown ghal Kuba : 37 jum
Countdown ghat-Tazza tad-Dinja : 96 jum

Trattat Egocentriku

Allura issa innominaw lspecjalist fit-Tekonologija u l-Informatika biex jiehu post iz-Ziemel bhala Rettur. Missni ghidt Roger Ellul Micallef (Profs) imma f'Malta kullhadd jghidlu z-Ziemel. L-aqwa li wara daru. Imbaghad l-hypocrisie obligee tobbligana nghidulu Sur Rettur. Qrajt l-ahbar dalghodu. Juanito Camilleri innominat mill-membri kollha tal-Gvern li jpoggu (e basta) fuq il-Kunsill. Bdejna bit-tajjeb ukoll ghax il-Profs Juanito (li ma nafux minn Adam) qalilhom li ma qghadx jigri wara n-nies izda ghalkemm nomina wahda kienet tkun bizzejjed xorta sab ruhu bi tlettax. Ghallinqas kredibbli u ta' l-affari tieghu.

Iz-ziemel ma tantx iddardar (s'issa) u bhal Moggi ta' Tal-Qroqq qed ihalliha ghall-ahhar biex jaghti indikazzjonijiet jekk hux ser jikkontesta ghal term iehor u jgawdi l-uzu tal-karozza immarkata UOM 001. Jien li ghogbitni kienet li dal-Gvern modern u futurista li diga beda' jrodd is-slaleb ghal wicc hafna mis-setturi universitarji tradizzjonali issa ha pass iehor lejn il-qatla. M'ghandi xejn kontra Juanito. Ghidtilkom ma nafux. Imma IT jibqa'. U bhala snob di prima kwalita' gej mill-Fakulta' tal-Ligi u Studji Umanistici (hudha ma' saqajk) ghandi qisu dardir meta nara xi hadd gej minn-New Wave "Arts". U nafu ghalfejn huwa z-ziemel favorit tal-Gvern f'din it-tellieqa ghall-mexxej ta' l-Universita' falluta.... ghax iridu l-intraprizi u prodott kompetittiv.

Iridu li l-universita isservi ta' sors ghall-iSmart Cities tal-futur. Iridu li tkun kompetittiva. Iriduha tkun kapaci tirbah f'ambjent ta' kompetizzjoni ahrax. Ghalhekk ghazlu lil Juanito. Ghandu l-esperjenza fil-kompetizzjoni.

...
CEO tal-Melita Cable.
...

U mela zo** sur kappillan. L-ghorrief ilhom li telqu. Kullhadd jifhem issa. Kullhadd jaf din l-edukazzjoni terzjarja fejn sejra. Sejra fit-triq ta' l-egocentrizmu sfrenat li diga kien qed jivvelena l-akkademja qatra qatra izda issa se jinbiegh bil-garra monopolistika. L-egocentrizmu tal-jien (nifhem) u qabel kollox. U l-Universita' tmur ghal sormha of course.

Issa ikollna European (ghax based in Swisserrlandd) Diplomas, Computer Driving Courses u Distant Learning. Niftahru bil-B.Comm, FEMA u Mediterranean Studies filwaqt li l-klassici jinharqu. Forsi dejjem hekk kellu jkun. Forsi qatt ma kien haqqha Alma Mater din il-gzira gebla u bhal ma Cipru jibaghtu z-zghazagh taghhom jifthu moghhom Ateni forsi ahna ukoll konna nibaghtuhom Londra u Ruma ha jingabru.

Minflok issa nzommuhom hemm bil-holma tan-nofs stipendju u korsijiet gegwigija. Kull tant xi buras fil-Ministeru tal-Mizedukazzjoni jiddeciedi li ikollna Universita kompetittiva u ghalhekk hemm bzonn titmexxa professjonalment u li jitnaqqsulha s-sussidji.

Imbaghad x'naghmlu Wenz? Bil-professuri jistrajkjaw bhal tax-xarabank? Ghax Juanito bil-monopolju sussidjat biss dara jahdem!

** Ir-ritratt (bhat-titlu) m'ghandux x'jaqsam mal-bqija tal-kitba imma l-kontroversja tbiegh u anki l-isbuhija. Issa ma nafx jekk hux wicci s-sabih u t-titlu kontroversjali imma la wasalt s'hawn blajtha siehbi!

L-Emigranti Frustrati


"Frustranti wisq li jekk tivvota lill-ohrajn xorta ma jigri xejn u jekk tivvota lit-tielet hemm cans jigri xi haga imma m'ghandomx cans jispiccaw il-parlament hlief f'xi gita turistika. Frustranti wisq li l-unika mod biex tbiddel l-affarijiet huwa li tippakkja u tmur x'imkien fejn jahdmu l-affarijiet." - Gybexi (ga ikkwotat f'xi blog iehor imma insejt fejn qrajtha! - sibtha Grazzi Rod)

Il-gybexi hadha bi kbira. U bir-ragun. Meta' tmur lura lejn l-art imwieghda, lejn l-art li tobzoqlok u tghajrek ghax "X'minghalik ha ssib hemm barra? Ma tajnikx bizzejjed hawn? Sejjer tahleb l-Ewropa hux?" qisu l-istonku ma joqghodx kwiet. Tibda tiddardar tiltaqa' man-nies li tant xtaqt tara qabel ma wasalt. Ghax trid toqghod attent u tigdem ilsienek u xejn tmaqdar. Ma jmurx ghal xi mument jahsbu li tlaqt minn Malta ghax ma toghgbokx.

Kif tispjegalhom hux? Ilbierah kelli mistiedna ghall-ikel. Estona li giet tiddegusta il-pjaciri Lussemburgizi ghal hames xhur bhala gurista-lingwisa (ghax taf int, l-avukati jifhmu fil-lettere ukoll ohrog il-ghageb). Staghgbet mhux ftit xhin ghidtilha li ghandi hawn mill-inqas hames snin ohra. Donna ma riditx temmen li tlaqt mill-gzira genna bhal dik u gejt nghix fil-mizerja bajda-silg Lussemburgiza. U sa certu punt nifimha.

Ghax xhin tasal fil-punt fejn tinsa r-riha tal-melh tal-bahar jew il-hoss tar-rih ivenven li jgorr dik ir-riha sa' l-inqas hofra, is-saudade tkun lahqet limiti insopportabbli. X'hin tmur tibbukkja safra ghal-Cuba u fost il-lukandi utopici fil-brochure issib il-Westin Dragonara (Paceville) u Hilton (Paceville) u Intercontinental (Paceville) ghal mument tghid x'izzikk sejjer naghmel Havana meta l-Havana qieghdha d-dar (no pun intended)?

Id-distanza tnessi. Imnalla tkun ix-xorti l-hazina tal-Gybexi li tghinek terga' tiffoka. Ghax lill-Estona jien spegatilha li kont kuntentissimu Malta. Xoghol l-Universita' - akkademiku nghallem id-dritt Ewropew, xoghol freelance naghti pariri legali lill-avukati li kellhom wisq x'jaghmlu u ma kellhomx hin jaggornaw ruhhom ma din il-ligi gdida (u b'hekk nevita il-kuntatt mishut mal-klijent), u xemx, bahar u Paceville. Xi trid iktar? Imma ma l-ewwel nifs ta' arja gdida, ma l-ewwel cans li nahrab mill-gheluq tal-hsieb, mill-klawstrofobja politika u mill-limiti izolani tirt bhall -ghasfur li sab il-bieb tal-gagga miftuha bla hsieb.

Dak il-hin ma tahsibiex darbtejn. Bhall Gybexi kont staqsejt ukoll: Jien x'nista naghmel? halt fil-politika imma hlief timbri u klassifikazzjoni ma ssibx. Hadd ma jaccetta li m'ghandekx gheruq hlief dawk li jridu jtejbu d-dinja ta madwarek. Il-lejberisti jittimbrawni nazzjonalist, in-nazzjonalisti traditur u l-alternattivisti dejjem iharsulek naqra bl-ikrah ma tmurx tehdilhom it-tarbija minn idejhom. Ghax sellunek malajr ikissruh ma tmurx toghla iktar minnhom. Allura x'taghmel gybex? Titlaq hux. Titlaq tfittex it-twegiba forsi la tigi lura tista tghin ahjar. Ghax minghalik li meta tigi lura tista tinvesti din l-esperjenza biex tghin lil haddiehor.

Imma sentejn wara li tlaqt nibda ninduna li hadd ma talbek tghinu. Hadd ma jimpurtah. Kullhadd jigi jitnejjek. Vot blu jew ahmar jew ahdar vi jew va. Waslna fil-punt ta' si salvi chi puo. U dawk l-erba bastids li telqu lejn l-Ewropa jistghu jibqghu hemm jerdghu il-baqra l-hoxna. Gej biz-zikk ta' docklands light railway. Min hsibt li int? Allura nibqa' ftit iehor... nipprova ngharrex kif tista tkun kostruttiv minghajr ma tigi interpretat bhala xi tgheddida gdida. Kulltant nara xaqq ta dawl imma m'ghadnix daqshekk pozittiv.

Nistenna hawn sakemm il-passaport tieghi jsir l-ahhar ness ma dak li tant hu ghal qalbi. U forsi la nirtira immur lura nghix go dar bil-parapett o Marsalforn. U jekk xi hadd jistaqsini kif inhi l-Ewropa, jekk hux ghaqli li titlaq kollox u ttir s'issa naf ki inwiegbu....

"X'qed tistenna? X-xarabank biex tehdok?"

Imbaghad nerhila ghal ghand Peppu Ghezza (Neptunes ghal pagani) u nixroblok Kinnie, nomghod it-Twistees (preferibilment bit-tmeclieq inkluz) u inhares lejn il-bahar filwaqt li niftakar d-dwejjaq silg Lussemburgiz u niftakar iz-zmien meta kont emigrant frustrat.



Web This Blog

jacques rene' zammit

  • Jacques jghix fid-dinja minsija ta' Lussemburgu fejn jahdem bhala avukat fil-Qorti tal-Gustizzja Ewropeja. Il-kuntrasti bejn il-hajja go Malta u l-hajja fuq il-kontinent servew ta' ispirazzjoni biex jinholog "kinnie&twistees". Originalment il-blog beda' bhala semplici rubrika fuq "J'Accuse" li kien jisimha Sibtijiet Flimkien. kinnie&twistees huwa l-post fejn il-kontradizzjonijiet u l-affarijiet komuni jigu registrati. Dizzjunarju Malti-Ghawdxi m'huwiex essenzjali izda jista' jghin fil-qari ta' dan il-blog.


XML

Powered by Blogger

make money online blogger templates



© 2006 kinnie & twistees | Blogger Templates by GeckoandFly.
L-ebda parti ta' dan il-blogg ma tista' tigi riprodotta minghajr permess bil-miktub.
Dan il-blogg huwa intenzjonat ghal uzu personali. Il-kittieb jichad kull responsabiltà lejn qarrejja ta' dan il-blogg. Il-fehmiet espressi kinnie&twistees huma kollha tajbin. Fehma espressa fil-passat ma hix garanzia tal-futur. Jekk ha teqred ahjar bqajt id-dar. Jekk weggajt jghaddilek. Jekk hadt ghalik – haqqek. Jekk ghadek qed taqra prosit. Ghawdxi tajjeb aharqu. Kont qed taqra kinnie&twistees… prodott iehor Ghawdxi ta' veru.